Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx konflitt ta’ interess bejn il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar u xi kuntratturi minħabba xi xogħlijiet li huwa ġie imqabbad jagħmel? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja mingħand l-entitajiet jew awtoritajiet finanzjarji biex juri li l-kap eżekuttiv preżenti ma għandu l-ebda shares jew rabtiet finanzjarji, kummerċjali jew oħrajn ma’ kuntratturi jew oħrajn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa li saret u r-rekwiżiti meħtieġa għall-post ġdid ta’ koordinatur tal-IT ġewwa l-Awtorità tad-Djar? Jista’ jpoġġi kopja tal-permess tal-PAHRO għal dan il-post? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri tal-bord tal-għażla u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tagħhom fuq l-għażla finali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar ħarġet sejħa interna kif ukoll mal-ETC għall-post ta’ Koordinatur tal-IT. Il-Bord tal-għażla kien immexxi mis-Sinjura Margaret Quintano, is-Sinjura Antoinette Vassallo u s-Sinjura Helen Mallia.
Kopja tas-sejħa kif ukoll il-permessi meħtieġa biex tinħareġ din is-sejħa qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-sena l-oħra l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar u persuni oħra marrux l-Ingilterra? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal din iż-żjara? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanja lill-Ministru u x’kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara? Jista’ jgħid liema laqgħat kellu l-Kap Eżekuttiv u x’kienu r-riżultati ta’ din iż-żjara fl-Ingilterra u jekk kienux qed jakkumpanjaw il-Ministru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kap Eżekuttiv u l-Head tal-ICT tal-Awtorità tad-Djar, is-Chief Information Officer tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, kif ukoll rappreżentant tal-MITA attendew għall-‘IT in Housing Conference and Exhibition’ fl-Ingilterra. Dan peress li bħalissa għaddej eżerċizzju flimkien mal-MITA sabiex l-Awtorità tad-Djar iddaħħal sistema ta’ IT ġdida. Matul din iż-żjara, il-grupp iltaqa’ ma’ Service Providers biex jaraw il-prodotti tagħhom. Riżultat ta’ din iż-żjara, l-Awtorità tad-Djar u l-MITA jafu aktar ċar x’tip ta’ sistemi ta’ IT jeżistu fis-suq meta mqabbel ma’ dik li tixtieq iddaħħal l-Awtorità. L-ispiża totali ta’ din iż-żjara kienet ta’ €4,358.55.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul il-perijodu msemmi jien kont Strasbourg u ghalhekk parti mill-mistiqsija hija rrelevanti.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li kienet deployed mal-Awtorità tad-Djar ġiet mitluba sabiex ma tibqax taħdem fl-istess Awtorità, meta din il-persuna kienet kordinatur tat-taqsima soċjali tal-istess Awtorità? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan u għalfejn intgħażlet hija biss meta fil-fatt hemm numru ieħor ta’ persuni deployed mal-Awtorità u għahdom jaħdmu mal-Awtorità? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ ħaddiema li huma deployed mal-Awtorità tad-Djar u jgħid kemm ilhom deployed? Jista’ jgħid kemm kien hemm minnhom li ġew revokati minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jikkonferma li dan ma sarx minħabba raġunijiet politiċi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija flimkien ma’ tmien persuni oħra kienet detailed mal-Awtorita’ tad-Djar mill-15 ta’ Jannar 2008. Apparti dawn l-impjegati, impjegat ieħor irtira filwaqt li mpjegata oħra ġiet revokata fis-27 ta’ Marzu 2014. Il-persuna msemmija ma baqgħetx detailed minħabba li ma kienux meħtieġa aktar is-servizzi tagħha.
Hemm 8 impjegati.
Awtorità tad-Djar – koppji li jaħdmu fl-istess uffiċċju
Question
Jaħseb il-Ministru li hija best practice għall-Awtorità tad-Djar li timpjega koppja li jaħdmu fl-istess rwol u fl-istess uffiċċju ta’ nutara tal-Awtorità tad-Djar? Jaħseb il-Ministru li jista’ jkun hemm konflitt ta’ interess meta l-ħidma tagħhom ta’ nutara hija li jsir double checking tal-kuntratti kollha tal-Awtorità? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex konformi mal-Public Service Management Code maħruġ mill-PAHRO? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm koppji li jaħdmu f’entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jaħdmu fl-istess uffiċini u għandhom l-istess rwol fil-ħidma tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex koppji li huma impjegati fl-istess rwol u fl-istess uffiċċju ta’ nutara tal-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm skemi ġodda tnedew matul l-2014 u jgħid liema huma (b’referenza biss għal skemi li huma totalment ġodda u mhux għal skemi li kienu diġà jeżistu u ġew estiżi)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-Awtorita’ tad-Djar kompliet toffri l-iskemi tagħha għal irranġar u titjib, u sussidju fuq il-kera privata, fis-sena 2014 ħarġet ukoll skema ta’ bejgħ ta’ propjeta’ tal-Gvern bi prezz issussidjat.
European Aid Programme – Tqassim ta’ ikel – tender
Question
B’referenza għat-tender “Call for Partner Organisation – Call for Volunatary Organisation and/or Public Bodies to become Partners to the Ministry for the Family and Solidarity for the Distribution of Food Packages under the Fund for the European Aid to the Most Deprived” li ħarġet fit-28 ta’ Novembru 2014, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan it-tender ġiex evalwat u jekk iva, min huma l-organizzazzjonijiet li rebħu dan it-tender?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-evalwazzjoni għadha mhix konkluża u għaldaqstant m’inix f’pożizzjoni għalissa li nagħti aktar informazzjoni f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li dan il-każ jeħtieġ attenzjoni urġenti skont kif jirriżulta mill-assessment li sar mis-social worker datat 21 ta’ Marzu 2014 mibgħut lill-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-social assessment li qed issir referenza għalih sar fis-17 ta’ Novembru 2014 sabiex tiġi determinata l-prijorita’ tal-każ. Dan il-kaz qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – konsulenti ġodda
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13306, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-konsulenti msemmija li għadhom bil-kuntratt sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u ghal daqs tant it-twegiba tinghata f’seduta ohra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7873, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fil-lista ta’ arbitri mil-lista msemmija? Jista’ jgħid min huma l-arbitri l-ġodda jekk hemm? Jista’ jgħid kemm huwa l-ħlas ta’ dawn l-arbitri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu tal-Uffiċċju tad-disa’ Arbitri preżenti jiskadi fit-2 ta’ Frar, 2015.
Il-lista l-gdida tal-Arbitri ser tithabbar aktar ‘l quddiem
Kull Arbitru jitħallas onoraria ta’ €2329.36 fis sena u €25.62 għal kull seduta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ltaqa’ l-aħħar il-Bord għall-Fostering? Jista’ jgħid ukoll meta hija l-laqgħa li jmiss ta’ dan il-Bord?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord ltaqa’ l-aħħar nhar il-Ħamis 15 ta’ Jannar 2015. Il-laqgħa li jmiss hija skedata għal nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-fostering pendenti sal-lum? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati diġà mill-Bord għall-Fostering u kemm minnhom qed jistennew li jsir il-placement neċessarju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Artijiet ħariġx permess għal kiosk li qiegħed fi Triq it-Torri, is-Swatar, fil-limiti ta' Birkirkara u li ilu fit-triq imsemmija b'mod fiss għal dawn l-aħħar xhur? Jekk iva, jista’ jgħid jekk il-permess huwiex għall-użu temporanju u kemm hu twil t-terminu ta' dan il-permess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda kjosk fiss fil-post indikat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il public warning inħareġ mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum? Tista’ tgħid kontra min inħarġu u tgħid ukoll jekk dawn il-public warnings għadhomx fis-seħħ jew ġewx irtirati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarget numru ta’ avviżi pubbliċi fiż-żmien imsemmi. Dawn kienu kontra:
Light Projects Limited
Di Natura International
Francis Camilleri (472061M)
Marphil Gauci (584391M)
Carmel Gauci (421770M)
Inħargu wkoll avviżi pubbliċi dwar prodotti li jistgħu jkunu ta’ periklu u li jikkonċernaw travel chargers, inka tat-tattoo u aċċessorji, loom charms, Jacuzzi, ġugarelli (wooden hand drum), canopies tas-sodod tat-trabi u plakkek tal-elettriku.
Dawn l-avviżi pubbliċi għadhom fis-seħħ.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12210, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-ispezzjonijiet li saru fuq lifts mill-Awtorità ta Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sarux fuq talba tal-konsumaturi jew fuq inizjattiva tal-istess MCCAA? Kemm minn dawn l-20 spezzjoni li saru, kienu fuq talba tal-konsumaturi u kemm minn dawn saru fuq inizjattiva tal-MCCAA?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li n-numru ta’ lifts spezjonati fuq talba tal-konsumatur hija ta’ 11 filwaqt li l-kumplament saru fuq inizjattiva ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur jew ikunu ġew riferuti lill-Awtorita’ mill-ACABs (Accredited Conformity Assessment Body) kif mitlub mill-ligi.
Awtorità dwar il-mediċini – twaqqif ta’ entita ġdida
Question
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-entità ġdida li sejra titwaqqaf fi ħdan l-Awtorità dwar il-Mediċini biex jitnaqqas il-prezz tal-mediċina? Tista tgħid min sejjer imexxi din l-entità u min huma l-uffiċjali li sejrin jaħdmu f’din l-entità?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma twaqqfet l-ebda entità ġdida biex tieħu ħsieb ir-roħs tal-mediċini fl-Awtorità dwar il-Mediċini. Twaqqaf Medicines Intelligence and Access Unit li se jkun qed jiġbor intelliġenza li tista’ tgħin biex ikun hawn aċċess aħjar għall-mediċini bi prezzijiet ġusti.
Awtorità dwar il-mediċini – twaqqif ta’ entita ġdida
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’baġit ġie allokat lill-entità ġdida li sejra titwaqqaf fi ħdan l-Awtorità dwar il-Mediċini li l-għan tagħha huwa li jkomplu jitnaqqsu l-prezzijiet tal-mediċina?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma twaqqfet l-ebda entita ġdida biex tieħu ħsieb ir-roħs tal-mediċini fl-Awtorità tal-Mediċini. Twaqqaf Medicines Intelligence and Access Unit li se jkun qed jiġbor intelliġenza li tista tgħin biex ikun hawn aċċess aħjar għall-mediċini bi prezzijiet ġusti.
Dan il-Unit huwa intenzjonat li jikkumplimenta funzjonijiet ezistenti tal-Awtorità u jaħdem f’teamwork m’entitijiet oħra bħall-MCCAA, imsieħba soċjali u industrijali, ministeri, professjonisti u entitajiet oħra li għandhom interess f’dan il-qasam.
Dan il-Unit se jiffunzjona billi juza r-rizorsi b’mod iktar effiċjenti.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk ir-riżultati tal-interviewsli saru għal post ta' Diretturi Ġenerali fl-Awtorità tal-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ġewx annullati jew le? Jekk iva, tista’ tgħid għaliex ġew annullati? U jekk fin-negattiv, tista' tgħid meta ser ikunu qed joħorġu r-riżultati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ġew annulati ebda riżultati tal-intervizti li saru għal postijiet ta’ Diretturi Generali fl-Awtorità tal-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Il-proċess biex jimtlew dawn il-postijiet għadu għaddej.
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra jekk skont l-Artikolu (6) tal-liġi li tirregola l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ġiex appuntat uffiċjal biex jaqdi l-funzjoni ta’ Awditur Intern? Jekk fl-affermativ, tista’ tgħid min hi din il-persuna li ġiet magħżula? U jekk din il-persuna għadha ma ġietx appuntata, tista’ tagħti data meta din sejra tiġi appuntata?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li minkejja li kienet ħarget call fit-2011 biex uffiċjal ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur taqdi il-funzjonijiet ta’ Awditur Intern, l-ebda uffiċjal ma ngħata t-taħrig neċċessarju biex jaqdi din il-funzjoni.
Din il-pożizzjoni se tiġi riveduta b’seħħ tal-emendi l-ġodda li se jsiru fl-Att dwar l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.