Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-sena 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma kienx hemm użu ta’ dawn is-servizzi. Tali servizzi jingħataw meta jkun meħtieġ.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali s-servizz jingħata meta jkun meħtieġ.
Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat kien hemm ftehim ta’ servizz mal-Assoċjazzjoni tal-Persuni Neqsin mis-Smiegħ u allura m’hemmx informazzjoni miġbura.
Però fil-preżent is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva fi ħdan dan il-Ministeru għandu kuntratti individwali ta’ servizz ma’ numru ta’ interpreti li permezz tiegħu l-interpreti nfushom jistgħu jieħdu l-
bookings
direttament huma. Dan biex nagħtu servizz lill-persuni neqsin mis-smiegħ anke f’attivitajiet extra kurrikulari.
Tali servizzi jingħataw meta jkun meħtieġ.
Dalwaqt se toħrog sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta’ interpreti mal-Aġenzija Sapport.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma d-diversi skemi li jeżistu fl-Awtorità tad-Djar għall-first time buyers?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-first time buyers jistgħu jibbenefikaw mill-iskema ’Għotja biex Tgħin lis-Sidien fil-Bini, Irranġar u /jew Tkomplija tal-Ewwel Residenza Tagħhom’. Din l-għotja hija ntiża sabiex tikkompensa parti mill-ispiża tal-kostruzzjoni jew fuq xogħol ta’ tlestija jew irranġar fl-ewwel dar ta’ abitazzjoni. Barra minn hekk, first time buyers li jkunu għadhom kemm xtraw proprjetà li tkun ilha li nbniet aktar minn ħmistax-il sena jistgħu wkoll jibbenefikaw minn għotja biex jagħmlu xogħlijet ta’ irranġar u titjib li jista’ jkollha bżonn il-proprjetà taħt ’Skema għal Sussidju fuq Xogħlijiet ta' Rranġar u Titjib f'Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini’.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Awtorità tad-Djar tibni aktar proprjetajiet? Jekk iva, jista’ jgħid fejn se jkun qed jibni dawn il-proprjetajiet u meta se jkun qed joħroġ l-avviżi legali ta’ bejgħ ta’ proprjetà?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa għaddej studju fejn l-Awtorità tad-Djar qed tikkunsidra l-possibiltà li tibni aktar proprjetà jew alternattivi oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġewx użati dawn is-servizzi. Tali servizzi iżda jingħataw dejjem meta jkun meħtieg.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu konċernat ma ġiex utilizzat is-servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smiegħ.
Meta jkun rikjest li jiġi pprovdut dan is-servizz isiru l-arranġamenti meħtieġa.
Ministeru għal Għawdex – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2013 u 2014 il-Ministeru għal Għawdex, id-dipartimenti u l-entità li jaqgħu taħtu, ma għamlux użu mis-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ. Tali servizzi jingħataw meta jkun meħtieġ.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Tista’ tgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Tista’ tgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li s'issa qatt ma ntużaw is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ għaliex ma kienx hemm il-ħtieġa. It-tali servizzi jingħataw meta jkun meħtieġ.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2013 u l-2014 dan il-Ministeru ma kellux attivitajiet fejn kien hemm il-ħtieġa għal servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ, kif jidher li kien ukoll il-każ tal-anqas sa mis-sena 2008.
Meta titfaċċa l-ħtieġa li jiġi pprovdut servizz bħal dan, allura jsiru l-arranġamenti meħtieġa.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fid-dekasteru tiegħi servizzi għall-persuni neqsin mis-smigħ ingħataw kull meta kien hemm bżonn.
Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li l-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ jagħtu servizz ta’ interpretu lil numru ta’ studenti neqsin mis-smigħ waqt il-lezzjonijiet fil-ħin tal-iskola. Fis-sena 2013 ingħataw 2176 siegħa ta’ interpretu waqt lezzjonijiet filwaqt li fl-2014 ingħataw 877 siegħa ta’ interpretu waqt lezzjonijiet.
Fis-sena 2013, id-Dipartiment tal-Eżamijiet flimkien mal-Matsec Support Unit tal-Università ta’ Malta għamel użu mis-servizz ta’ communicator għal ħames kandidati li kellhom nuqqas ta’ smigħ għal waqt l-eżami tal-Ingliż fil-karta tal-‘Listening Comprehension’. Fis- sena 2014, id-Dipartiment għamel użu minn żewġ communicators għal seba’ kandidati tal-Ingliż waqt il-‘Listening Comprehension’.
Infurmat ukoll li matul is-sena 2014, għall-Youth Specialisation Training Scheme Programme - Youth.Inc immexxi minn Aġenzija Żgħażagħ, sar użu minn Sign Language Interpretor sabiex studenta nieqsa mis-smigħ setgħet tkun assistita. Matul il-perjodu minn Ottubru sa Diċembru 2014 dan is-servizz intuża tmien darbiet, jiġifieri darba f’Ottubru, erba’ darbiet matul Novembru u tliet darbiet f’Diċembru.
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ toffri servizzi ta’ interpreti għal persuni neqsin mis-smigħ meta dawn jinfurmawha li ġejjin biex jirreġistraw għax-xogħol u meta jitolbu dawn is-servizzi għal waqt intervista għax-xogħol. Kull meta l-Korporazzjoni torganizza laqgħat ta’ informazzjoni jew attivitajiet oħra għal persuni b’diżabilità, tistaqsi lil dawn tal-aħħar jekk għandhomx bżonn ta’ interpreti. Madankollu, l-esperjenza tal-Korporazzjoni hi li persuni neqsin mis-smigħ jippreferu li jkunu akkumpanjati minn qraba jew ħbieb meta jiġu għas-servizzi tal-Korporazzjoni. Fil-fatt fl-2013 u fl-2014, il-Korporazzjoni ma kellha l-ebda talba għal servizzi ta’ interpreti.
L-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma użawx servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ fis-snin 2013 u 2014.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10644, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-reviżjoni tal-Politika Nazzjonali għat-Tfal? Jista’ jagħti timeline sħiħ kif ukoll indikazzjoni ċara tal-passi li jmiss u meta se tiġi ppubblikata din il-politika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni tal-Politika Nazzjonali għat-Tfal jinsab fi stadju avvanzat u huwa mistenni li jiġi komplut fil-ġimgħat li ġejjin sabiex wara jkun preżentat lill-Kabinett.
Skema ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’ – kunsilli lokali li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kunsilli lokali bbenefikaw mill-iskema ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’ fis-sena 2013? Jista’ jgħid liema huma dawn il-kunsilli lokali li l-Awtorità tad-Djar daħlet fi ftehim magħhom sabiex jibbenefikaw minn din l-iskema u dan sabiex jitwettqu xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-komun ta’ binjiet fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom? Jista’ jgħid kemm saru binjiet f’kull lokalità fejn sar dan il-ftehim?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 l-Awtorità tad-Djar indirizzat każijiet pendenti ta’ Kunsilli Lokali li x-xogħlijiet fil-binjiet tagħhom kienu skedati għas-sena 2012, iżda tkomplew matul is-sena 2013. Madanakollu matul is-sena 2013 ma ġie ffirmat l-ebda ftehim ġdid ma’ Kunsilli oħra.
Skema ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’ – kunsilli lokali li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kunsilli lokali bbenefikaw mill-iskema ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’ fis-sena 2014? Jista’ jgħid liema huma dawn il-kunsilli lokali li l-Awtorità tad-Djar daħlet fi ftehim magħhom sabiex jibbenefikaw minn din l-iskema u dan sabiex jitwettqu xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-komun ta’ binjiet fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom? Jista’ jgħid kemm saru binjiet f’kull lokalità fejn sar dan il-ftehim?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2014 permezz ta’ Skema 2 - Manutenzjoni tal-komun fil-binjiet tal-Gvern, l-Awtorità tad-Djar approvat li jsiru total ta’ 60 blokka mifruxin fuq seba’ lokalitajiet differenti. Dawn il-lokalitajiet jinkludu Bormla, il-Mosta, Ħaż-Żebbuġ, l-Isla, Ħal Luqa, Tal-Pietà u Ħal Qormi. L-ebda Kunsill minn dawn imsemmija għadu ma nfurmana li x-xogħlijiet tlestew.
Barra minn hekk l-Awtorità approvat ukoll proġett taħt Skema 1 - Riġenerazzjoni f’Oqsma tad-Djar tal-Gvern, fil-Lokalità tal-Ħamrun fejn hawnhekk ukoll ix-xogħlijiet għadhom għaddejin.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15152, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet huma t-talbiet għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda? Jista’ jgħid kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-lokalitajiet huma kif ġej:
Ħ'Attard
Ħal Balzan
Birkirkara
Ħad-Dingli
Għargħur
Il-Gżira
Il-Ħamrun
L-Iklin
Il-Mellieħa
L-Imġarr (Malta)
L-Imsida
Il-Mosta
In-Naxxar
Ħal-Qormi
Ir-Rabat (Malta)
San Ġiljan
San Pawl il-Baħar
San Ġwann
Santa Venera
Is-Siġġiewi
Tas-Sliema
Is-Swieqi
Ta' Xbiex
Ħaż-Żebbuġ
Birżebbuġa
Bormla
Il-Fgura
Ħal Għaxaq
Il-Kalkara
Ħal-Luqa
Marsaskala
Marsaxlokk
L-Imqabba
Il-Marsa
Raħal Ġdid
Tal-Pietà
Il-Qrendi
L-Isla
Ħal-Safi
Ħal-Tarxien
Il-Belt Valletta
Ħaż-Żabbar
Iż-Żejtun
Iż-Żurrieq
In-Nadur
Ir-Rabat (Għawdex)
Ix-Xaghra (Għawdex)
Ix-Xewkija (Għawdex)
Ix-Xlendi (Għawdex)
L-Għarb (Għawdex)
Ta' Sannat (Għawdex)
Żebbuġ (għawdex)
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-homehelp ta’ persuna anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma sab l-ebda applikazzjoni għas-servizz tal-homehelp mill-persuna msemmija.
Pazjenti bl-isklerożi multipla – servizz ta’ fiżoterapija
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9045, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi u jekk hemmx xi data stabbilita meta dawn il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu l-fiżjoterapija fir-residenzi tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità m'għandux aktar informazzjoni xi jżid mar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentaru 9045.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15171, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jaħdmu fis-Sexual Assault Response Team (S.A.R.T.) u mil-liema dipartiment ġejjin? Jista’ jgħid kemm huma l-persuni li ġejjin minn kull dipartiment involut?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tas-S.A.R.T., li tniehda bħala proġett pilota fl-1 ta’ Marzu 2014, qiegħed jiġi kkordinat mill-Għaqda Non-Governattiva Victim Support Malta permezz ta’ żewġ koordinaturi flimkien ma’ Bord ta’ Tmexxija.
F’dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi professjonali mhux immedjati, is-SART joffri mill-inqas ħames (5)
social workers
(
on call
) mill-Agenzija Appoġġ u l-intervent ta’ mill-inqas żewġ (2) spetturi tal-Pulizija mis-sezzjoni tal-Vice-Squad. Servizzi oħra li jiġu provduti mis-settur privat jinkludu servizzi legali, ta’ ‘
counselling
’, ta’ psikjatrija u ta’ traduzzjoni. Is-servizzi mediċi jingħataw mill-istaff tal-isptar Mater Dei skont il-ħtieġa ta’ kull każ.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15147 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13306 u 13700, jista’ l-Ministeu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-konsulenti msemmija li għadhom bil-kuntratt sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14522, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet se jiġu stallati l-25 lift fi blokkok ta’ flats residenzjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-25 lift imsemmija jinsabu fil-blokki u lokalitajiet imsemmija hawn taħt:
Tender
inħarget, ingħatat u ġie ingaġġat kuntrattur
Numru ta’
Lifts
Isla
1
Mtarfa
6
Pembroke
4
Birkirkara
1
San Gwann
1
Tender
inħarget, u għadha fil-proċess ta’ aġġudikar
Numru ta’
Lifts
San Gwann
2
Ta’ Xbiex
3
Qormi
1
Mgarr
3
Siggiewi
1
Tender
inħarġet f’April u qed jigu milqugħa offerti
Numru ta’
Lifts
Isla
1
Naxxar
1
Total
25