Il-Ħamrun — persuni li jieħdu l-Pensjoni tad-Diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm benefiċċjarji fil-Ħamrun li preżentement qegħdin jieħdu l-Pensjoni tad-Diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ benefiċċjarji fil-Ħamrun li preżentament qegħdin jirċievu l-Pensjoni tad-Diżabilità jammonta għal 67 persuna, kif qed jiġi spjegat fit-tabella hawn taħt:
BenefiċċjuNumru ta’ Benefiċċjarji
BLD3
HP50
SHP14
Total67
Tifsira għall-Abbrevazzjonijiet Imsemmija
BLD – Blind Pension
HP – Disabled Pension
SHP – Severely Disabled Pension
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Guardianship Board kif stabbilit bl-Att XXIV tal-2012?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord dwar il-Kustodja (Guardianship Board) huwa kompost kif ġej:
President: Imħallef Emeritus Geoffrey Valenzia
Membri: Is-Sa Alison Bezzina
Prof Joseph M Cacciattolo
Membri Sostituti: Is-Sa Marthese Mugliette
Prof Angela Abela
Reġistratur tal-Bord: Is-Sa Marilyn Spiteri
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret s’issa quddiem il-Guardianship Board kif stabbilit bl-Att XXIV tal-2012 u kemm minn dawn it-talbiet ġew deċiżi? Jista’ jgħid kemm-il talba għad hemm pendenti u kemm ilhom pendenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Settembru 2014 u April 2015, il-Bord dwar il-Kustodja rċieva tlieta u għoxrin (23) applikazzjoni għall-Kustodja.
Tnejn (2) minn dawn l-applikazzjonijiet ġew irtirati u sittax-il (16) applikazzjoni ġew deċiżi mill-Bord. Hemm ukoll żewġ (2) applikazzjonijiet skedati għas-smiegħ f’Lulju.
Bħalissa l-Bord għandu tlett (3) applikazzjonijiet li nstemgħu fi Frar u f’Marzu 2015 pendenti quddiemu.
Residenza San Vinċenz de Paul – Procurement Officer — ħatra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi skala għandu l-Procurement Officer fir-Residenza San Vinċenz de Paul li nħatar f’
position of trust
mingħajr ebda sejħa interna jew esterna għal dan il-post? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat ma’ dan il-Procurement Officer? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki u l-esperjenza ta’ dan il-Procurement Officer fir-rwol li qed jokkupa llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Procurement Officer fir-Residenza San Vinċenz de Paul qiegħed jokkupa skala 7.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14937, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda jew tnaqqis fil-persuni li qegħdin f’position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid min huma l-persuni li ġew ingaġġati f’position of trust u jgħid x’kariga qed jokkupaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali – persuni ingaġġati f’position of trust –telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ingaġġati f’position of trust fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li għandhom permess sabiex jagħmlu telework? Jekk iva, jista’ jgħid min huma u kemm-il siegħa fil-ġimgħa jaħdmu bit-telework?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi ħdan il-Ministeru u/jew l-entitajiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru, m’hemm l-ebda persuna ingaġġata f’position of trust li għandha permess sabiex taħdem permezz tat-telework.
Residenza San Vinċenz de Paul – impjegati – proċeduri dixxiplinarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħdux proċeduri dixxiplinarji kontra impjegati fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn Jannar 2015 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kienu dawn il-każijiet u x’inhuma n-natura taċ-charges li nħarġu kontra dawn l-impjegati? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċeduri dixxiplinarji li ttieħdu kontra impjegati fir-Residenza San Vincenz de Paul minn Jannar 2015 sal-lum, b’kollox kienu 19:
Minn dawn id-dsatax:
-10 każijiet kissru Regolament 20 tal-Proċeduri Dixxiplinarji tal-Kummisjoni dwar is-Servizz Pubbliku,
- 8 kazijijiet kissru Regolament numru 18,
- każ wieħed kiser Regolament 19 u nbidel fi twissja verbali.
In-natura taċ-
charges
li nħarġu kontra dawn l-impjegati huma mqassma kif ġej:
· 8 każijiet rigward assenza mingħajr awtorizzazzjoni.
· każ wieħed rigward dikjarazzjoni falza u abbuż mill-attendenza
· każ wieħed rigward nuqqas ta’ eżerċizzju ta’ kontroll u superviżjoni xierqa
· każ wieħed li jinvolvi arroganza lejn uffiċjali pubbliċi u assenza mingħajr awtorizzazzjoni
· każ wieħed li jinvolvi nuqqas ta’ dmir
· każ wieħed li jinvolvi arroganza, u
charges
oħra fejn l-individwu ikkonċernat naqas li jilbes
tag
u irrifjuta li jagħti ismu
· każ wieħed rigward arroganza u diżubbidjenza
· każ wieħed rigward imġieba aggressiva fil-konfront tas-CEO
· każ wieħed rigward imġieba vjolenti fejn l-individwi saħansitra fera persuna
· 3 każijiet ta’ negliġenza gravi waqt ix-xogħol
Minn dawn ic-charges imsemmija aktara ‘l fuq, 4 każijiet għadhom mhux deċiżi.
Wara l-kummenti li l-Ministru ta lill-media riċentement dwar l-addozzjonijiet tat-tfal mis-Slovakkja, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-problemi li l-Gvern Malti kien qed jiffaċċja u xi żviluppi kien hemm s’issa? Jista’ jikkonferma li koppji Maltin se jkollhom il-fakultà li jaddottaw minn dan il-pajjiż mingħajr dewmien esaġerat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-ftehim bilaterali li sar f’Jannar 2014, saru tliet (3) tqabbiliet ta’ tfal minn dan il-pajjiż ma’ ġenituri adottivi prospettivi f’Malta.
Wieħed irid iżomm f’moħħu li biex issir adozzjoni jrid ikun hemm tfal li huma fil-pożizzjoni li jistgħu jiġu adottati u dan isir skont ir-regoli/liġijiet interni tal-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hekk isir il-proċess tat-tqabbil fejn it-tfal jiġu mqabbla mal-ġenituri prospettivi fi proċess li jsir ukoll mill-pajjiż li jkun se jibgħat lit-tfal għal adozzjoni.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15866, jista’ l-Ministru jgħid fejn l-Awtorità tad-Djar qiegħda tikkunsidra li tibni l-proprjetajiet tagħha sabiex sussegwentement toħroġ l-avviżi legali għall-bejgħ ta’ proprjetà?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qegħda tikkonsidra ħafna lokalitajiet f'Malta u f’Għawdex u għad irid jiġi deċiż jekk dawn hux se jintużaw għal skop ta’ housing soċjali jew inkella joħorġux b’avviż legali għal skop ta’ housing affordabbli.
Awtorità tad-Djar – strateġija ġdida dwar il-qasam tal-housing
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15151 u 15491, peress li l-Ministru wieġeb li r-rapport dwar l-istrateġija l-ġdida dwar il-qasam tal-housing tlesta, u peress li għalkemm il-Ministru ntalab ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, dan ma sarx, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li ma poġġihx fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ issa jitpoġġa? Jista’ wkoll jgħid min kienu l-istakeholders li saret konsultazzjoni magħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li r-rapport fuq din l-istrateġija tlesta fit-23 ta’ Diċembru 2013.
L-Istakeholders involuti kienu l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, iċ-Chairperson u l-Membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar, il-Kap Eżekuttiv, l-impjegati tal-Awtorità tad-Djar inkluż ukoll dawk mis-Sezzjoni tal-Customer Care u stakeholders oħra minn barra l-Awtorità tad-Djar.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15152 u 15492, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom pendenti l-applikazzjonijiet għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda fil-lokalitajiet imsemmija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-aktar applikazzjoni li ilha pendent saret fl-1982 u l-aktar waħda riċenti fl-2014.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex ikun rikoverat f'Dar tal-Anzjani? Jista' jagħti preċedenza lil din l-applikazzjoni u dan peress li l-applikant huwa persuna nieqes mid-dawl u jgħix waħdu? Peress li l-applikant ilu li applika sentejn, jista' jgħid ukoll għaliex għadu qed jistenna li jiġi rrikoverat meta l-każ jimmerita ċertament prijorità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fis-snin 2013 u 2014, ma ntużawx servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li saru mill-Ministeru għat-Turiżmu u d-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu.
Tali servizzi jingħataw meta jkun meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm care orders in vigore u jgħid ukoll kemm ilhom li ħarġu? Jista’ jgħid kemm minnhom huma subien u kemm minnhom huma bniet? Jista’ jgħid minn kemm ilhom li ħarġu dawn il-care orders?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ Ordnijiet ta’ Ħarsien jammonta għal 388. Minn dawn, 315 huma tfal Maltin waqt li 73 huma Unaccompanied Minors.
Dawn huma maqsuma kif ġej:
315 taħt il-ħarsien ta’ Aġenzija Appoġġ:
Total ta’ Minuri Bniet – 167
Total ta’ Minuri Subien – 148
73 taħt il-Ħarsien ta’ Aġenzija AWAS
Total ta’ Minuri Bniet – 5
Total ta’ Minuri Subien - 68
Il-kumplament tad-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Strateġija għal kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid ma' liema unions jew korpo kostitwiti ltaqa' fis-sena 2014 sabiex jiddiskuti l-istrateġija biex jiġi miġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali? Jista' jgħid jekk intlaħaqx xi forma ta' ftehim dwar kif se tiġi implimentata din l-istrateġija? Jista' jagħti d-dettalji dwar din l-istrateġija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2013 saret konsultazzjoni wiesgħa fuq livell nazzjonali li anke wasslet għall-pubblikazzjoni ta’ Green Paper f’Jannar 2014. Sussegwentament kien hemm perjodu ieħor ta’ konsultazzjoni pubblika li wassal biex inkitbet il-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali 2014-2024 li ġiet imnedija f’Diċembru 2014. Wara twaqqfu żewġ kumitati, wieħed minnhom inter-ministerjali, sabiex jissorveljaw u jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ din il-Politika Strateġika li tippreżenta 94 azzjoni mqassma taħt sitt dimensjonijiet (Dħul u Benefiċċji Soċjali, Xogħol, Edukazzjoni, Saħħa u Ambjent, Servizzi Soċjali u Kultura). Din il-Politika Strateġika tista’ tiġi aċċessata fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali https://mfss.gov.mt/poverty/Pages/default.aspx
Ministeru għall-Finanzi – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma għamlux użu ta interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ fil-perjodu kkonċernat.
It-tali servizzi jingħataw meta jkun meħtieġ.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġewx użati dawn is-servizzi. Tali servizzi iżda jingħataw dejjem meta jkun meħtieg.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li dan it-tip ta’ servizz ma jintużax, kemm għaliex ma kienx hemm il-ħtieġa kif ukoll għax ma saritilniex l-ebda talba f’dan ir-rigward. Aħna nkunu lesti nużaw dan it-tip ta’ servizz kemm il-darba jirriżulta li jkun hemm il-ħtieġa li jsir hekk. Infakkar ukoll li l-istazzjon tat-televiżżjoni pubbliku joffri dan is-servizz f’bullettini tal-aħbarijiet appożiti li jkunu qed jirrapurtaw l-attivatijiet tagħna.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Jista’ jgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Jista’ jgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi t’interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li saru fis-snin 2013 u 2014 mill-Ministeru, Dipartimenti jew Entitajiet qatt ma ġew mitluba. Is-servizz jingħata meta jkun meħtieġ.
Għalliema peripatetiċi – sapport lill-istudenti neqsin mill-vista u smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema peripatetiċi li jżuru l-iskejjel b’mod regolari biex jissapportjaw ’il-istudenti neqsin mis-smigħ u/jew il-vista? Jista’ jgħid kemm hemm studenti neqsin mis-smigħ u/jew vista fl-iskejjel tal-Gvern li għandhom bżonn dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ għalliema fi ħdan is-servizz ta’ għalliema peripatetiċi għall-istudenti neqsin mis-smigħ huwa ta’ tnax f’Malta u tlieta f’Għawdex, filwaqt li n-numru ta’ għalliema peripatetiċi għall-istudenti neqsin mid-dawl huwa ta’ tnejn.
F'din is-sena skolastika (2014-2015), hemm 68 student neqsin mis-smigħ u 47 student neqsin mill-vista li qed jingħataw dan is-servizz fl-iskejjel tal-Gvern.