Jista' l-Ministru jgħid kemm numru ta’ rapporti saru lill-Pulizija rigwardanti aġir illegali li jinkludi storbju, abbużi, theddid, fastidju, eċċ in konnessjoni ma' persuni li joqogħdu f'Thouret House, Triq il-Fawwara Santa Venera u dan minn Jannar 2014 sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn ir-rapporti saru mill-pubbliku in ġenerali u kemm saru minn persuni li jaħdmu f'din id-Dar? Jista' jgħid jekk ittieħdux passi kriminali? Jekk iva, kemm hemm każijiet li għadhom pendenti? Jista' jgħid ukoll x'passi ttieħdu mill-Pulizija sabiex dan l-aġir ma jirrepetix ruħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma sar l-ebda rapport mill-pubbliku dwar storbju u aġir illegali ieħor lis sar f'Thouret House. Madankollu kien hemm diversi rapporti dwar aġir abbużiv u illegali li seħħ fl’istess d-dar min-persuni li preżentement jinstabu residenti hemmhekk. Il-parti l’kbira ta' dawn il-persuni (tfajliet) jinstabu taht 'care order' u minnhom hemm min għad għandhu tlettax il-sena u għaldaqstant ikunu eżenti minn azzjoni Kriminali kontrihom.
F’ħafna kazi ir-rapporti li saru mill-persuni li jaħdmu f'din id-dar kienu jirrigwardaw kazijiet fejn dawk akkomodati f’din id-dar jiġu rrapurtati 'missing' u min dawn ir-rapporti kien hemm tmienja. Kien hemm ukoll tmien rapporti oħra ta' theddid, insulti, glied, storbju jew inċidenti simili li ġieli seħħew bejn dawk il-persuni akkomodati u dawk li jaħdmu f'din id-dar.
F’kazijiet bħal dawn biex dan l-aġir ma jirrepetix ruħu il-Pulizija jkollha taħdidiet mal-management tal-post kif ukoll mad-direttorat tal-Appoġġ biex jiġi stabilit kif l’aġir in kwistjoni jiġi kkontrollat mingħajr ma ssir ħsara liz-zagħzagħ konċernati. F’każijiet bħal dawn iz-zagħzagħ jiġu ndirizzati wkoll mill-awtoritajiet u fejn ikun hemm deċiżjoni u l-ligi tippermetti, jigu istitwiti proċeduri kriminali wkoll. Listi tar-rapporti li saru u l-azzjoni li ttieħdet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra,
Residenza San Vinċenz de Paul – passi dixxiplinarji kontra impjegat
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17478, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ilha tokkupa din il-kamra -il persuna konċernata qabel ma sar ir-rapport fit-3 ta' April 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara talba mis-Sezzjoni tal-ħaddiema tal-Kamra Mortwarja, il-ħaddiema tat-tindif pubbliku u l-ġardinara, u diversi persuni oħra użaw il-kamra bħala staff room.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17477 u jgħid kemm-il binja għandha l-Awtorità tad-Djar konsistenti fi blokkok ta’ appartamenti li huma attrezzati bis-sistema ta’ lift? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-blokkok għandhom lifts li mhumiex qed jiffunzjonaw? Jista’ jgħid fejn huma dawn il-lifts u ċjoe jsemmi l-blokka konċernata bl-indirizz sħiħ? Jista’ jgħid kull lift li attwalment mhuwiex qed jaħdem, kemm ilu wieqaf? Jista’ jagħti d-data meta dawn il-lifts se jkunu qed jerġgħu jiffunzjonaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha 97 blokk tal-kiri attrezzati bis-sistema tal-lift. Hemm ukoll 22 blokk ieħor li għadhom proprjeta` tal-Gvern u qed jiġu amministrati mill-Awtorità tad-Djar. Mill-aħħar informazzjoni li kisbet l-Awtorità tad-Djar jirriżulta li hemm 13-il lift mhux qed jiffunzjonaw li d-dettalji mitluba qed jingħataw fit-tabella t’hawn taħt.
Lifts li mhux jaħdmu
Isem il-Blokka
Indirizz
Lokalità
Kemm ilu wieqaf / irrappurtat wieqaf
Rimakri
Entrance A Binja Tas-Salib
Triq G. Dimech Debono
Birkirkara
2010
Nuqqas ta' manutenzjoni minħabba dizgwid bejn residenti.
Block 1 Binja Indipendenza Entrance C
Triq Il-Villa Ta' L-Ammirall
Kalkara
30/05/2013
Nuqqas ta' manutenzjoni minħabba diżgwid bejn residenti.
Block C
Triq Alfier De Medran
Tarxien
Qatt ma ġie attivat
Issiġillat minħabba diżgwid bejn ir-residenti.
Lifts
li mhux qed jaħdmu imma qiegħda tittieħed azzjoni
Isem il-blokka
Indirizz
lokalità
Kemm ilu wieqaf / irrapurtat wieqaf
Rimarki
Block B
Triq Wesgha tan-Nattivita’
Bormla
19/09/2013
Qed jiġu ppreparati speċifikazzjonijiet għal ħruġ ta' Tender biex dan il-lift jiġi msewwi u aġġornat għa¿-¿minijiet tal-lum.
Block C
Triq it-Tarzna
Isla
20/10/2013
Tender
ħareg fuq dan il-lift u wasal biex jiġi
handed over
lir-residenti.
Block A
Triq it-Tarzna
Isla
Mhux qed jaħdem b’mod regolari
Tender
ħareg għat-tieni darba (jinqala l-antik u jitwaħħal il-ġdid)
Block 1
Triq Danny Cremona
Kirkop
11/01/2008
Tender
ġie mogħti. Dan għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena 2015.
Block 3 Appartamenti l-Ġublew tal-Fidda
1964-1989
Triq Karlu Darmanin
Kirkop
21/05/2015
Qegħdin isiru investigazzjonijiet wara talba li saret mir-residenti riċentement.
Binja San David
Triq San David
Mtarfa
16/09/2014
Inħarget sejħa għall-offerti sabiex il-lift jiġi msewwi.
Block 2 Binja Ħamrija
Triq il-Ħamrija
Naxxar
08/01/2015
Tender
ħareg biex il-lift jiġi mibdul. Dan il-lift mistenni li jitlesta u jiġi
handed over
lir-residenti sal-aħħar tas-sena 2015 (jinqala l-antik u jitwaħħal il-ġdid).
Binja Indipendenza
Triq Maria de Dominicis
Santa Luċija
Mhux qed jaħdem b’mod regolari
Dan il-Lift qiegħed attwalment jiġi msewwi u aġġornat għa¿-¿minijiet tal-lum.
Block 2
Triq B’Bugia
Tarxien
22/12/2009
Għad trid tittieħed azzjoni mir-residenti
Block L Ent D
Housing Estates
¯abbar
08/05/2015
Qegħdin isiru l-investigazzjonijiet sabiex jiġu verifikati l-ħsarat fil-lift.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta Soċjali — lista ta’ direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17363 u jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Jannar li għadda sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – tmexxija taċ-Ċentru għat-Taħriġ
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17362, jista' l-Ministru jgħid minn huma l-persuni li ser ikunu qegħdin imexxu l-Professional Development Unit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Il-Professional Development Unit bħalissa huwa ko-ordinat minn Practice Develelopment Nurse, li ser tkun responsabbli għat-tmexxija taċ-Ċentru għat-Taħriġ fir-Residenza San Vinċenz de Paul li għadu kif ġie inawgurat.
Public Service Commission — binja użata bħala uffiċini
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Public Service Commission tużax il-fond magħruf, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala uffiċini tagħha taħt titolu ta' kera? Jekk iva, jista' jgħid kemm qed tħallas kera l-PSC u jgħid ukoll minn meta bdiet din il-kirja?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tgħarraf lill-Onor. Interpellant li wara diversi tentattivi sabiex issib ufficini alternattivi minn dawk li kienet tokkupa fil-Palazz tal-President, liema tentattivi bdew fis-sena 2009 wara talba mill-amministrazzjoni precedenti, hija kriet sular wieħed mill-fond riferut għall-u¿u tagħha. Din il-kirja bdiet fl-1 ta’ Novembru 2014. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qed tħallas kirja ta’ €60,000 fis-sena, jiġifieri €40,000 inqas minn dak li kien lilha approvat mill-Ministeru tal-Finanzi fl-2010. Dan meta fl-2010, il-Kummissjoni kienet qed tinnegozja kirja ta’ €100,000, liema kirja kellha l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi.
Foundation for Social Welfare Services – positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Foundation for Social Welfare Services u l-aġenziji tagħha hemmx persuni li ġew appuntati f'position of trust?
Jekk iva, jista' jgħid kemm huma dawn il-persuni, min huma dawn il-persuni, x'karigi għandhom, meta ġew appuntati u kemm hu t-terminu tal-kariga li ngħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninform lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paul – Procurement Officer — ħatra
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17354 u 16388 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat mill-Procurement Officer tar-Residenza San Vinċenz de Paul li nħatar f’position of trust? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki u l-esperjenza ta’ dan il-Procurement Officer fir-rwol li qed jokkupa llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-amministrazzjoni preżenti wirtet nuqqasijiet kbar f’dak li huwa tendering u procurement fir-Residenza San Vinċenz de Paul; liema nuqqasijiet kienu anke ġew innutati mill-Awditur Ġenerali. Kien għalhekk li kienet ittieħdet id-deċiżjoni li b’mod immedjat jiġi impjegat xi ħadd fuq bażi ta’ fiduċja sabiex jagħmel ix-xogħol ta’ Procurement Manager.
Il-pjan minn dejjem kien li, eventwalment, meta l-affarijiet jistabilizzaw ruħhom u jkun hemm titjib, toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta’
Procurement Manager
. Għaddejjin il-preparamenti meħtieġa biex toħroġ din is-sejħa.
Residenza San Vinċenz de Paul – passi dixxiplinarji kontra impjegat
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17233, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-oġġetti personali li nstabu fil-binja li kien qed jokkupa l-persuna konċernata? Jista’ jgħid jekk f’din il-binja din il-persuna kenitx qed iżomm ċilindru tal-gass maqful f’post li ħadd ma kellu aċċess għalih u dan mingħajr l-għarfien tal-awtoritajiet tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan kienx jikkostitwixxi f’riskju u periklu għas-sigurtà pubblika ġaladarba ħadd ma kellu aċċess għal dan il-post u ħadd ma kien jaf li din il-persuna kienet qed iżżomm ċilidru tal-gass? Jista’ jgħid jekk fuq dan il-fatt biss, jekk jirriżulta li hu hekk, jikkostitwixx bħala reat gravi kif joħroġ ċar mir-Regolamenti tad-Dixxiplina?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi skont ir-rapport tas-Security Officer, fil-kamra kien hemm ċilindru tal-gass, pero’ ma kien hemm l-ebda indikazzjoni jekk kienx hemm ħaddieħor li kellu aċċess għalih. Il-kamra jingħad li kienet aċċessibli għal ħaddiema oħra tant li filwaqt li l-persuna kkonċernata kienet bil-leave, kienet persuna oħra li fetaħ il-kamra inkwistjoni. Il-preżenza taċ-ċilindru tal-gass fil-kamra li qegħdin nitkellmu dwarha, kienet tikkostitwixxi l-istess riskju li jista jkun hemm fid-djar jew f’kull post ieħor fejn jintuża kull apparat li jaħdedm bil-gass. Ma jidhirlix li l-fatt li żżomm ċilindru tal-gass jikkostitwixxi reat gravi.
Residenza San Vinċenz de Paul – passi dixxiplinarji kontra impjegat
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17233, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna konċernata li kienet qed tokkupa l-binja, kenitx qed tagħmel użu minn elettriku u ilma għal għanijiet personali? Jista’ jgħid min ħallas għal dawn l-ispejjeż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Tista' l-Onorevoli tispeċifika xi trid tfisser biha "għal għanijiet personali"?
Residenza San Vinċenz de Paul – passi dixxiplinarji kontra impjegat
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17233, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-Service and Leave Record Form li tikkonferma li l-persuna konċernata ma kienet pperpetwat ebda ommissjoni oħra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-Service and Leave Record Form mitluba titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra biss jekk l-Onorevoli Interpellant tikseb il-permess tal-persuna kkonċernata.
Residenza San Vinċenz de Paul – passi dixxiplinarji kontra impjegat
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17233, ġaladarba l-Ministru jikkonferma li dan l-aġir ma kienx permess u xieraq u anke ġie ordnat jiżgombra u jnaddaf il-kamra msemmija, għaliex il-persuna konċernata tħalla jiżgombra l-kamra disat ijiem wara li l-awtoritajiet saru jafu b’dan l-aġir?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari 17233
Residenza San Vinċenz de Paul – CEO – prattika professjonali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17325, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol privat li taħdem is-CEO tar-Residenza San Vinċenz de Paul u x'inhuma l-ħinijiet uffiċjali tagħha bħala CEO tar-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kap Eżekuttiv m'għandhiex ħinijiet speċifiċi, pero' nassiguraha li s-siegħat li taħdem f'din il-kariga, jaqbżu ferm l-40 siegħa fil-ġimgħa.
Residenza San Vinċenz de Paul – awtorizzazzjoni maħruġa mis-Segretarju Permanenti
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17327, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-parametri tal-awtorizzazzjoni maħruġa mis-Segretarju Permanenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-awtorizzazzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m'għandi xejn iżjed x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17327.
Residenza San Vinċenz de Paul – Ċentru għat-Taħriġ — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema ħaddiema se jkunu qegħdin jingħataw taħriġ fiċ-Ċentru għat-Taħriġ fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taħriġ f’dan iċ-ċentru se jkun qed jingħata lill- ħaddiema ta’ San Vinċenż de Paul, lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Anzjani u Servizzi fil-Komunità u Community Care (Comm Care) Unit u lil dawk kollha li ser jieħdu l-kors ta’ Care Workers offrut mid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta Soċjali — lista ta’ direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inluż id-dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Jannar li għadda sal-ġurnata ta’ din il-mistoqsija? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament tneħħilha r-reserved parking minn quddiem id-dar tar-residenza tagħha? Jista’ jgħid għalfejn iċ-ċertifikati prodotti mill-istess persuna li jikkonfermaw id-diżabilità tagħha ġew skartati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-talbiet għar-reserved parking jiġu pproċessati minn Transport Malta u mhux mill-KNPD. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Transport.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il binja għandha l-Awtorità tad-Djar konsistenti fi blokkok ta’ appartamenti li huma attrezzati bis-sistema ta’ lift? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-blokkok għandhom lifts li mhumiex qed jiffunzjonaw? Jista’ jgħid fejn huma dawn il-lifts u ċjoe jsemmi l-blokka kkonċernata bl-indirizz sħiħ? Jista’ jgħid kemm ilu wieqaf kull lift li attwalment mhuwiex qed jaħdem? Jista’ jagħti d-data meta dawn il-lifts se jkunu qed jerġgħu jiffunzjonaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – passi dixxiplinarji kontra impjegat
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17233, jista’ l-Ministru jikkonferma kemm kienet ilha tokkupa din il-kamra l-persuna konċernata? Jista’ jikkonferma jekk din il-persuna kenitx ilha tokkupa din il-kamra minn Ottubru 2014? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex qatt ma ttieħdu passi kontra din il-persuna qabel it-3 ta’ April 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi r-rapport wasal għall-attenzjoni tal-Kap Ezekuttiv fit-3 ta’ April 2015 u mill-ewwel skattaw il-proċeduri applikabbli.