Legislature:
Category:
Reset
Active:

Politika Nazzjonali dwar it-Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq ir-reviżjoni tal-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal ġiex komplut? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx ippreżentat lill-Kabinett? Jekk le, jista' jagħti timeline sħiħ kif ukoll jagħti indikazzjoni ċara meta ser jitressaq quddiem il-Kabinett u meta se tiġi ppubblikata din il-politika?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq ir-reviżjoni tal-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal qegħda fi stadju avvanzat u se titressaq fil-ġimgħat li ġejjin.

Pensjoni tar-romol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu r-romol li mill-1 ta' Jannar li għadda sal-lum baqgħu jibbenefikaw mill-pensjoni sħiħa tar-romol u dan skont kif ġie mwiegħed fil-Baġit 2014? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Gvern sa issa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – Public Private Partnership

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar li għadda sal-lum, l-Awtorità tad-Djar daħlitx f'Public Private Partnership sabiex tibni aktar appartamenti għall-persuni li għandhom mezzi limitati? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji kollha inkluż ma min daħlet f'Public Private Partnership, fejn ser tkun qed tibni dawn l-appartamenti u meta ser ikunu lesti? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża sa issa u min ser ikun intitolat sabiex jakkwista dawn l-appartamenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar ma daħlitx f’Public Private Partnership sabiex tibni aktar appartamenti għall-persuni li għandhom mezzi limitati mill-1 ta' Jannar li għadda sallum.

Awtorità tad-Djar – appartamenti shell u semi-finished għall-bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ tan-numru ta' appartamenti shell, jew inkella semi-finished li l-Awtorità tad-Djar ħarġet għall-bejgħ din is-sena u dan skont kif ġie mwiegħed fil-Baġit 2014? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet kienu u kemm-il persuna ser ikunu qed jibbenefikaw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, filwaqt li matul din is-sena l-Awtorita’ tad-Djar ma kellha l-ebda sejħa għal bejgħ ta’ appartamenti, kompliet toffri l-iskemi tagħha għal irranġar u titjib, u sussidju fuq il-kera privata, waqt li ġew iffinalizzati l-kuntratti fuq l-appartamenti li ħarġu għall-bejgħ taħt l-Avviż numru 77. Taħt dan l-Avviż, li ġie ppubblikat fi Frar 2014, l-Awtorita’ tad- Djar ħarġet għall-bejgħ 43 appartament u 3 maisonettes , bi prezz issussidjat b’35% fil-lokalitajiet ta’ B’Kara, Burmarrad, Kalkara, Kirkop, Mellieħa, Mġarr, Mtarfa, Paola, Pembroke, Qawra, Qrendi, Tarxien, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. L-ipproċessar ta’ dan l-avviż huwa kif jidher hawn taħt:- Kuntratti ffinalizzati 29 Kuntratti fil-proċess li jiġu ffirmati 3 Konvenji fi proċess li jiġu ffirmati 3 Postijiet rifjutati 10 Konvenju Pendenti minn-naħa tal-klijent 1

Day Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-full capacity ta' kull Day Centre għall-Anzjani f'Malta u Għawdex, lokalità b'lokalità? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li jattendu kull Day Centre u kemm hemm anzjani li qed jistennew sabiex ikunu jistgħu jattendu f'kull Day Centre?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paule – pazjenti taħt is-60 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti taħt is-60 sena ddaħħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule fis-sena 2012, 2013, 2014 u 2015 sal-lum? Jista' jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa u f’liema swali qegħdin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fis-snin imsemmija ddaħħlu ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule total ta’ 41 Resident taħt is-60 sena, imqassma kif ġej: 2012 – 15- il resident taħt is-60 sena 2013 – 7 residenti taħt is-60 sena 2014 – 14 – il resident taħt is-60 sena 2015 – 5 residenti taħt is-60 sena It-tabella t’hawn taħt turi it-totali indikati hawn fuq, maqsuma skont il-ġeneru: SenaIrgielNisaSwali 20128SJ1, SJ2(2), SJ3(3), SJ8(2) 7SF2, SF3, MT1, MT2, MT3,SER2, RB1 20136SJ1, SJ2, SJ3, Loreto, Fatima(2) 1Ser2 20146SJ3, SJ4, Loreto, Fatima, Lourdes(2) 8MT1(3), JP1, SF2, SER3, MT3, JP4 20152SJ3, SJ6 3MT1, SJ7, JP3

Residenza San Vinċenz de Paule – health & safety officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kemm saru risk assessments mill-2013 sal-lum u jgħid ukoll f’liema areas ta' xogħol saru dawn ir-risk assessments?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risk assessments saru skont il-bżonn. Minn żmien għal żmien, il-Faċilità għall-Kura fit-Tul f’San Vinċenz de Paul, toħroġ sejħiet ta’ assessjar għar-riskji. L-imsemmija sejħiet, bejn l-2013 sal-lum, kienu 5. Dawn saru f’numru ta’ sezzjonijiet, fosthom fis-swali St Frances 3 u 4, minħabba x-xogħlijiet ta’ rinovar li sar, għall-ispiżerija, il-kċina, it-tejatru u l-MMMU.

Residenza San Vinċenz de Paule – manutenzjoni tal-arja kkundizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid min jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal- arja kkundizzjonata fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista' jgħid ukoll kull meta ssir din il-manutenzjoni? Jista' jgħid jekk fil-bidu tas-sajf li għadda kienx hemm manutenzjoni tal-arja kkundizzjonata kollha fis-swali kollha tar-Residenza San Vincenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-manutenzjoni tas-sistema tal-arja kkundizzjonata jieħu ħsiebha kuntrattur, fuq superviżjoni tas-Sezzjoni tal-Inġinerija ta’ San Vinċenz de Paul.

Djar tal-anzjani – spezzjonijiet fuq l-arja kkundizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fi Djar tal-Anzjani kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat sabiex jiġi assigurat li l-arja kkundizzjonata matul il-jiem tas-sajf li għadda kenitx qed tiffunzjona tajjeb? Jista'jgħid fejn saru dawn l-ispezzjonijiet u fejn irriżulta li l-arja kkundizzjonata ma kenitx qed taħdem jew ma kenitx qed taħdem kif suppost?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoloi Interpellant illi, minn żmien għal żmien, l-Audit Team fi ħdan id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern kif ukoll fil-privat fejn il-Gvern għandu s-sodod mixtrija (PPP Homes). Il-Home Managers kemm tad-Djar tal-Gvern u l-PPP Homes, kuljum jibgħatu lid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ rapport li fih jirrekordjaw kif kienet it-temperatura f’diversi partijiet tad-Djar ikkonċernati. Fir-Residenza San Vinċenz de Paule, ukoll jieħdu ħsieb li l-arja kkundizzjonata tar-Residenza tkun iċċekjata b’mod regolari mis-Sezzjoni tal-Inġinerija u l-kuntrattur.

Awtorità tad-Djar – postijiet vojta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'postijiet vojta għandha l-Awtorità tad-Djar għall-allokazzjoni, f'liema lokalitajiet u kemm-il kamra tas-sodda fihom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sad-data preżenti, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 32 fond f’diversi lokalitajiet u li jistgħu jiġu allokati għal social housing. Il-postijiet vojta qegħdin ġewwa Bormla, Birgu, Birkirkara, Luqa, Floriana, St.Lucia, Paola, Marsa, Mellieħa u Valletta. Il-kmamar tas-sodda jvarjaw minn kamra waħda għal tlett ikmamar tas-sodda. Numru minn dawjn il-postijiet qed jiġu evalwati biex naraw hux possibbli li jinbidlu għal djar għal persuni bid-diżabilita’ fil-komunita’, filwaqt li numru ieħor jinżammu għal każijiet ta’ emerġenza.

Awtorità tad-Djar — allokazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il allokazzjoni għamlet l-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum u f'liema lokalitajiet saru? Jista' jgħid jekk sarux trasferimenti minn post tal-Gvern għall-ieħor, kemm saru u f'liema lokalitajiet saru?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-15 t’Ottubru 2015, l-Awtorita’ tad-Djar allokat 320 post kif murija fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita' fejn ġew allokati Total Birkirkara 9 Birżebbuġa 12 Buġibba 3 Burmarrad 2 Cospicua 22 Fgura 6 Floriana 9 Għaxaq 3 Gżira 1 Ħamrun 6 Kalkara 2 Kerċem Għawdex 5 Kirkop 1 Luqa 1 Marsa 5 Marsalforn Għawdex 5 Mellieħa 3 Msida 8 Mtarfa 1 Paola 5 Pembroke 1 Pieta' 1 Qawra 6 Qormi 19 Qrendi 4 Rabat 5 Rabat Għawdex 6 San Ġwann 4 Sannat Għawdex 1 Senglea 5 Siġġiewi 8 Sliema 1 St Julians 3 St Paul's Bay 37 Sta Luċia 11 Sta Venera 19 Ta' Xbiex 2 Tarxien 19 Valletta 20 Vittoriosa 8 Wied il-Għajn 3 Xagħra Għawdex 3 Żabbar 7 Żebbuġ 7 Żejtun 4 Żurrieq 7 Fir-rigward tat-traferimenti li saru minn post tal-Gvern għal ieħor, l-Awtorita’ tad-Djar tinforma li għamlet 30 trasferiment mill-1 ta’ Marzu sad-data li fiha kienet qed tinġabar din l-informazzjoni, kif murija fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita' fejn ġew allokati Total Birkirkara 2 Cospicua 5 Fgura 1 Floriana 1 Gżira 3 Luqa 1 Mġarr 2 Paola 1 Pembroke 1 San Ġwann 1 St Paul's Bay 1 Sta Luċia 2 Sta Venera 2 Tarxien 1 Valletta 5 Żurrieq 1

Awtorità tad-Djar — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-ismijiet tal-25 persuna li b'effett mis-17 ta' Awwissu li għadda ħadu promozzjoni fl-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-grad ta' kull wieħed u waħda minnhom u f’liema dipartiment fl-Awtorità tad-Djar qegħdin jaħdmu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: DipartimentPromozzjoni Deputy CEO Social Housing Services Department Supervisor Administration Officer Administration Officer Officer II Schemes & Policies Department Coordinator Administration Officer Administration Officer Estate Management Department Supervisor Senior Officer (Technical Draughtsman) Administration Officer Technical Services & Operations Department Coordinator Architect Coordinator Architect Coordinator Coordinator Senior Officer (Draughtsman/QS) Senior Officer (Draughtsman/QS) Senior Officer (Draughtsman/QS) Senior Officer (Clerical) Corporate Services Department Executive Head Corporate Services Administration Officer Administration Officer Support Service Assistant Support Service Assistant

Awtorità tad-Djar — vacancies

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kandidati li applikaw għall-25 vacancies li ħarġu fl-Awtorità tad-Djar ingħatawx il-fakultà li jaraw il-marki tagħhom, il-classification report jew jagħmlu l-oġġezzjonijiet tagħhom lill-Human Resources Section tal-Awtorità tad-Djar? Jekk iva, jista' jgħid sa liema data setgħu jagħmlu dawn l-oġġezzjonijiet u x'inhi l-proċedura li kellhom jużaw sabiex jagħmlu dawn it-talbiet? Jista' jgħid ukoll minn min ser ikun kompost il-Bord li ser ikun qed jevalwa dawn l-oġġezzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar imxiet bl-istess proċeduri u prassi kif dejjem għamlet kull meta kien hemm sejħa interna fi ħdan l-Awtorita’ stess.

San Vinċenz de Paule – impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paule mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawn l-impjegati ġodda u f'liema grad qegħdin jaħdmu? Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx trasferiti minn entitatjiet oħra tal-Gvern jew jekk ġewx impjegati minn barra skont il-każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li sommarju ta’ dak mitlub qed jinġieb għall-attenzjoni tal-Onor. Interpellant fit-tabella t’hawn taħt, filwaqt li tabella dettaljata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Residenza San Vinċenz de Paule – Impjegati Ġodda, u Traferiti minn Entitajiet/Dipartimenti Oħra Status tal-ImpjiegNumru ta’ Impjegati Impjegati Ġodda29 Trasferiment minn Dipartimenti/Entitajiet Oħra10 Enemalta – Engineering Resources Ltd.22 Ri-Ingaġġ ta’ Persuni 5 Persons of Trust2 (Tiġdid ta’ kuntratti)

Servizz tal-Home Help — kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji sabiex persuna li għandha 'l fuq minn 60 sena tkun intitolata għas-servizz tal-Home Help? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil f'dawn il-kriterji f'dawn l-aħħar sentejn? Jekk iva, jista' jgħid x'kien dan it-tibdil?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn ir-rekwiżiti meħtieġa biex persuna tkun tista’ tapplika għas-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar jinkludu l-punti li ġejjin: 1. Dawk l-anzjani ‘l fuq minn 60 sena li minħabba xi kundizzjoni medika, fiżika jew psikoloġika ġiet affetwata l-indipendenza tagħhom. Tingħata prijoritá lil dawk li huma avvanzati fiż-żmien, jgħixu weħidhom jew li ma jkollhomx sapport familjari fil-komunitá. 2. Dawk l-anjzani li għalkemm indipendenti esperjenzaw xi problema kemm medika, fiżika kif ukoll psikoloġika u li jkollhom bżonn xi għajnuna temporanja sakemm jerġgħu jakkwistaw l-indipendenza tagħhom. 3. Dawk il-persuni li minħabba xi diżabilita’ fiżika jeħtieġu l-għajnuna kemm huma personali kif ukoll dawk li jieħdu ħsiebhom. Importanti li tiġi ppreżentata l-karta ta’ l-identità speċjali (valida) maħruġha mill-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. 4. Dawk il-persuni (irrelevanti mill-età) u li sfortunatament qegħdin isofru minn kundizzjoni ta’ mard terminali u li għandha tkun sostanzjata b’rapport mediku. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, f’dawn l-aħħar sentejn ma sar l-ebda tibdil f’dawn il-kriterji imsemmija.

San Vincenz de Paule – Night Shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jagħmlu użu min-Night Shelter fir-Residenza San Vincenz de Paule sal-lum? Jista' jgħid mil-liema lokal jew lokalitajiet ġejjin dawn l-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, preżentament hemm 8 anzjani li qed jagħmlu użu minn Night Shelter fir-Residenza San Vinċenz de Paule. L-anzjani li qegħdin jattendu bħalissa ġejjin mil-lokalitajiet taż-Żurrieq, Ħamrun, Mqabba, Paola, Qrendi, Siġġiewi u Msida.

Benefiċċju ta’ carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jibda jagħti l-benefiċċju ta' carer lil dawk il-persuni miżżewġa li jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom bħal fil-każ ta' persuni xebbiet, ġuvintur jew separati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Gvern qed jistudja biex jimplimenta dak li ntqal fid-diskors tal-budget u wkoll qed iħares lejn dan is-settur b’mod ħolistiku.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – servizz ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Jista’ jgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi, sar użu mis-servizzi tal-kumpanija msemmija hekk kif ġej: Data Entita’ Ammont Marzu 2014 Primary Health Care Dept €7,080 Frar 2015 Projects Malta Ltd. €3,540

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – servizz ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Jista’ jgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma kienx hemm użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – servizz ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Jista’ jgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumanija li d-dettalji qed jingħataw separatament ingħatat b’ kemm jiswew €38,119.24 f’ xogħol relatati ma’ proġetti nazzjonali kif ukoll €10,959.60 relatati mal-uffiċini l-ġodda ta’ Transport Malta.