Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – Deputy CEO – pakkett finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19970 u jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju kollu, inkluż il-perkaċċi kollha tad-Deputy CEO tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sussidju għal live-in carer

Question

B'referenza għall-miżura ġdida tal-Budget 2016 li l-Gvern se jkun qed iħallas nofs il-paga minima ta' live-in carer, jista' l-Ministru jgħid x’se jkunu l-kriterji sabiex anzjan jew anzjana jikkwalifikaw għal dan is-sussidju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikanti eliġġibli biex jibbenefikaw minn dan il-proġett pilota huma dawk in-nies li huma assessjati u approvati mit-tim multidixxiplinarju għas-servizzi residenzjali sad-data tal-qari tal-Budget 2016. Il-Carer impjegata jrid ikollha kwalifiki mogħtija minn entita’ rikonoxxuta lokalment, eżempju il-Kors tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, mill-MCAST jew mill-ETC. Mal-applikazzjoni, għandha tingħata kopja tal-kuntratt eżistenti jew propost lid-Dipartiment biex jassigura l-aħjar kundizzjonijiet tal-impjieg u biex jistabbillixxi jekk l-impjieg għandux ikun fuq bażi ta’ full time jew ta’ part time. L-applikazzjonijiet ser ikunu aċċessibli mill-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-1 ta’ Jannar 2016.

Awtorità tad-Djar – postijiet vojta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19503, jista' l-Ministru jgħid x'qed jiġri mill-applikazzjonijiet kollha pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali meta t-32 postijiet vojta li għandha l-Awtorità tad-Djar bħalissa huma committed biex jinbidlu għal djar għall-persuni b'diżabilità jew għal każijiet ta' emerġenza? Jista' jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex tistenna li jiġi vakat xi post sabiex il-lista ta' applikazzjonijiet preżenti terġa' tibda tiġi kkunsidrata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant ili t-32 postijiet vojta ser jiġu allokati għal social housing. L-Awtorità tad-Djar ukoll taħdem sabiex tiżgura li qed isir użu korrett mill-propjetajiet tal-Gvern u jekk dan ma jkunx qed iseħħ, jinbdew proċeduri sabiex jittieħed lura l-pussess ta’ dawn il-postijiet biex jerġgħu jintużaw għall-akkomodazzjoni alternattiva. Barra minnhekk, bħal ma kien imħabbar fil-budget, l-Awtorità tad-Djar qed tesplora miżuri oħra biex ikollha aktar postijiet xi tqassam lill-persuni minn fuq il-waiting list tagħha.

Awtorità tad-Djar – soqfa fi stat ħażin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-saqaf ġie rraportat mal-Awtorità tad-Djar li huma fi stat ħażin u li ġew spezzjonati u ddikjarati li għandhom bżonn jinbidlu? Jista’ jgħid f’liema binjiet u meta l-Awtorità tad-Djar se tkun qed tagħmel dawn ix-xogħlijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar soqfa ta’ residenzi mikrija mill-Gvern jew mill-Awtorità tad-Djar li ġew spezzjonati u ddikjarati li għandhom jinbidlu, jew jinbidel parti minnhom, qed jiġu elenkati id-dettalji tal-binjiet kif ġej: Lokalità Xogħlijiet Raħal Ġdid x 2 Birgu Rabat Xogħlijiet Għaddejjin Siema Santa Luċija Raħal Ġdid Santa Luċija Valletta x 2 Kuntrattur ġie ingaġġat u x-xogħlijiet se jibdew f’qasir żmien Qormi Ta’ Giorni Bormla x 2 Għandu jiġi ngaġġat kuntrattur u x-xogħlijiet jibdew madwar xahar ieħor Ta’ Giorni Santa Luċija Għandu jiġi ngaġġat kuntrattur Valletta Santa Luċija Pembroke Saret spezzjoni riċenti u qed tiġi kompilata stima tax-xogħlijiet Isla

Awtorità tad-Djar – proġett tal-IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-IT fl-Awtorità tad-Djar? Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun implimentata s-sistema sabiex timmaniġġja l-proprjetajiet u s-servizzi li jingħataw mill-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid f'liema stadju wasal dan il-proċess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, qegħdin fi stadju li toħroġ tender għal din is-sistema tal-Informazzjoni Teknoloġika.

Arbitri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed iservu ta’ arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Jista’ jgħid min huma dawn l-arbitri, meta nħatru u x’inhu t-terminu tas-servizz tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern numru 19,379 datata 6 ta’ Frar 2015. Ngħarraf ukoll illi Dr. Joseph Mifsud LL.D. irreżenja minn din il-kariga fit-2 ta’ Ġunju 2015.

Arbitri – appelli pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm appelli pendenti b’kollox quddiem l-arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Jista’ jgħid kemm minnhom għadhom ma ġewx appuntati u kemm tmur lura l-aktar applikazzjoni pendenti li għadha ma ġietx appuntata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Uffiċċju tal-Arbitru għandu 755 appell pendenti. Minn dawn, hemm 465 appell li għadhom ma ġewx appuntati quddiem l-Arbitru. Infakkar li billi l-Appelli quddiem l-Arbitru m’hemmx ħlasijiet qed ikun hemm numru sostanzjali li jappellaw anke jekk m’għadhomx raġun. Għas-sena 2014, l-aktar applikazzjoni li tmur lura li għadha ma ġietx appuntata, iġġib id-data ta' Jannar 2014. Ir-raġuni ta' dan id-dewmien huwa minħabba l-fatt li, waqt li l-każ ikkonċernat kien diġa' ġie datat u skedat, biex jinstema' quddiem l-Arbitru, l-Uffiċċju tal-Arbitru kien infurmat illi l-każ in kwistjoni kien qed iġorr miegħu appell quddiem il-Qorti tal-Appell, minn fejn għad trid tittieħed deċiżjoni. Mill-banda l-oħra, għas-sena 2015, l-aktar każ pedenti imur lura għal Marzu 2015.

Pensjoni ta’ diżabilità – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-pensjoni tad-diżabilità tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien u jista’ jara li d-deċiżjoni dwar l-eliġibbilità ta’ din il-persuna għal din il-pensjoni tingħata mingħajr dewmien?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ma kien hemm l-ebda dewmien sabiex jiġi pproċessat il-każ tas-sinjur li talab għall-Pensjoni tad-Diżabilita`. Filfatt, wara li deher quddiem il-bord mediku u t-talba ġiet rrifjutata fil-bidu ta’ Ġunju 2015, il-klijent talab li l-każ tiegħu jiġi rikunsidrat minn bord mediku ieħor. Din it-talba ġiet aċċettata u l-klijent reġa' intalab jidher quddiem bord mediku ieħor, li ikkonferma l-ewwel deċizjoni fil-bidu ta’ Settembru 2015. Il-klijent ġie nfurmat bid-deċiżjoni tal-bord mediku fiż-żewġ okkażjonijiet, sewwa sew fl-10 ta' Ġunju 2015 u fil-15 ta' Settembru 2015, fiż-żewġ okkażjonijiet rispettivi.

Awtorità tad-Djar – Chairperson — messaġġier

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ċ-Chairperson tal-Awtorità tad-Djar li taħdem part time, għandhiex messaġġier magħha li huwa full-time? Jista' jgħid jekk dan il-messaġġier għandux mobile imħallas mill-Awtorità tad-Djar u jekk iva, kemm kienet in-nefqa tiegħu mill- 1 ta' Jannar li għadda sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, m’huwiex minnu li ċ-Chairperson tal-Awtorita’ tad-Djar għandha messaġġier full time magħha.

Awtorità tad-Djar – Chairperson — messaġġier

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-messaġġier taċ-Chairperson tal-Awtorità tad-Djar għandux il-permess li juża l-vettura taċ-Chairperson għall-użu personali tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Interpellanza bin-numru 19981.

Awtorità tad-Djar – akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali mill- 1 ta' Jannar li għadda sal-lum? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ingħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-1 ta' Jannar 2015 sat-23 ta' Ottubru 2015, l-Awtorita' tad-Djar allokat 82 post kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar – self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu bħala self-employed mal-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid kemm minnhom huma konsulenti, min huma u kemm qed jitħallsu? Jista' jgħid ukoll f'liema dipartimenti tal-Awtorità tad-Djar qegħdin jagħtu dawn il-konsulenzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtortia’ tad-Djar għandha 30 persuna fuq bażi self-employed. Minnhom, tnejn joffru konsulenza kif indikat hawn taħt: Kuntratt Ammont bil-VAT Dipartiment Kuntratt ta' Servizz €23,600 Corporate Services Kuntratt ta' Servizz €7,080 Technical Services and Operations

Awtorità tad-Djar – persuni f’position of trust — seconded

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'position of trust fl-Awtorità tad-Djar li ġew seconded lill-entitatjiet oħra? Jekk iva, jista' jgħid għal liema raġuni dawn ġew seconded u f'liema entitajiet ġew seconded?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar, ma għandha l-ebda impjegat sekondat li għandu kuntratt ta’ position of trust.

Awtorità tad-Djar — Skemi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-iskemi ġodda (u mhux li kienu diġà jeżistu jew li kienu estiżi jew riprodotti) fl-Awtorità tad-Djar minn April 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minn April 2013 sallum, l-Awtorita’ tad-Djar ħarġet żewg skemi ġodda, dawn jinkludu: 1. L-Iskema Strutturi Perikoluzi (SSP), li ġiet maħruġa sabiex persuni li jgħixu ġewwa postijiet mikrija mill-Privat qabel l-1995, setgħu japplikaw għall-għajnuna finanzjarja sabiex isiru dawk ix-xogħlijiet relatati mal-istrittura sabiex jiġi eleminat kull perikolu. Taħt din l-Iskema inkwilin jista’ jibbenefika minn €7,000 spejjeż f’xogħlijiet, u kif ġie mħabbar fl-aħħar baġit, dan l-ammont ser jiġi miżjud sa €8,000. 2. Skema oħra varata’ fi Frar 2014, hija l-iskema fejn inkwilin jista’ jsir sid daru. Il-valutazzjoni tal-prezz tal-fond qiegħed jiġi stabbilit skont il-lokalita’, id-daqs tal-fond, is-sular li jinsab fih, jekk hux maisonette jew dar u jekk hemmx lift installat. Taħt din l-iskema, inkwilin jista’ jixtri jew jikri il- front garden / soil area ta’ madwar il-flat bi prezz imnaqqas ta’ 50% f’każ li l-applikanti ma jkollhomx assi ta’ aktar minn €150,000. Taħt din l-iskema, inkwilin ta’ maisonettes u djar jistgħu jakkwistaw ir-residenza mikrija lilhom mill-Gvern. Jingħata sussidju to 50% f’każ li l-applikanti ma jkollhomx assi aktar minn €150,000. Barra minn hekk first time buyers igawdu wkoll minn benefiċċji li qed jagħti l-Gvern.

Proċess tal-bdil tal-Karta tal-Identità

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-bdil tal-Karta tal-Identità? Jista' jgħid f'kull lokalità kemm kienu l-persuni eleġibbli sabiex jibdlu l-Karta tal-Identità tagħhom u kemm kienu dawk li wieġbu għas-sejħa tal-Uffiċċju għall-Immaniġġar tal-Identità u marru jibdlu l-Karta tal-Identità tagħhom? Jista' jgħid meta se jkun qed jitlesta dan il-proċess?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa diġa inbidlu madwar 97% tal-karti tal-identita’ u dan il-proċess se jibqa sejjer sal-aħħar ta’ din is-sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba

Awtorità tad-Djar – impjegati — allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn April 2013 sal-lum ingħatax xi allowance ġdid lill-impjegati li kienu jaħdmu diġà fl-Awtorità tad-Djar jew li daħlu jaħdmu wara April 2013? Jista' jgħid kemm hemm impjegati li ngħataw dan l-allowance u x'karigi jokkupaw? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għaliex dawn il-ħaddiema ngħataw dawn l-allowances?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Awtorita’ tad-Djar tat is-segwenti allowances ġodda minn April 2013 ‘l hawn: B’effett minn Tip ta’ Allowance Numru ta’ Ħaddiema Kariga/Pożżiżjoni 4/9/2013 sa 16/8/2015 Disturbance Allowance After office hours duties 1 PA to CEO/ Coordinator 13/8/2013 Disturbance Allowance After office hours duties 1 PA to the Chairperson – Senior Officer 23/4/2015 Disturbance Allowance After office hours duties 1 PA to the Chairperson – Officer II 29/1/14 sa 22/11/14 Car Allowance 1 Executive Head Technical & Operations 29/1/14 sa 22/11/14 Mobile Allowance 1 Executive Head Technical & Operations 10/9/2014 sa 16/8/2015 Files Audit 2 Messengers 10/9/14 Disturbance Allowance After office hours duties 1 Administration Officer – Senior Messenger 26/2/2015 Disturbance Allowance Extra routine cleaning duties of garage 2 Office Attendants 10/9/2014 sa 16/8/2015 Emergency Call 24 x 7 1 Supervisor

Awtorità tad-Djar – vetturi – petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar li preżentement jagħmlu użu minn vettura tal-Awtorità? Jista' jgħid x'kienet in-nefqa tal-petrol u diesel b'mod separat fuq kull vettura għas-sena 2014 u kemm kienet in-nefqa totali għas-sena 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-vetturi li huma proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar, kif ukoll dawk mikrija minnha jintużaw minn Uffiċjali Tekniċi, Messaġġiera, Executive Heads u c-CEO L-Awtorita’ tagħmel użu minn 24 vettura. Fl-2014 in-nefqa totali kienet ta’ € 18,002.21 filwaqt li minn Jannar 2015 sa Settembru 2015, in-nefqa totali kienet ta’ € 14,499.73.

Awtorità tad-Djar – vetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi ġodda mill-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid x'inhi l-marka ta' dawn il-vetturi u minn fejn inxtraw? Jista' jgħid x'kienet in-nefqa għal kull vettura li nxtrat? Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta ħarġet it-tender biex jinxtraw dawn il-vetturi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Marzu 2013 sal-lum, l-Awtorita’ tad-Djar xtrat żewġ karozzi tal-marka Renault Clio mingħand Kinds Autosales Ltd. Kull vettura ġiet tiswa €13,290. Peress li dawn il-vetturi kienu għall-użu ta’ Executive Heads, ma kienx hemm bżonn ta’ tender għax-xiri tagħhom iżda biss permessi mill-Ministeru tal-Finanzi sabiex dawn jinxtraw b’direct order.

Awtorità tad-Djar – xiri ta’ uniformi ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali għax-xiri ta’uniformi ġdida tal-messaġġiera fl-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-nefqa totali għax-xiri ta’ uniformijiet għall-messaġiera tal-Awtorita’ tad-Djar matul is-sena 2015 kienet ta’ €1,518.

Awtorità tad-Djar – business plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan tal-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid x'ġie imwettaq s’issa minn din il-business plan?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara r-rakkommandazzjonijiet li ħarġu mill-Business Plan, l-Awtorita’ tad-Djar wettqet u għadha qed twettaq dawn il-miżuri ewlenin, fosthom; - Il-proċessar ta’ applikazzjonijiet filwaqt li bħala Awtorita’ tlaħħaq mat-talbiet minn għand inkwilini biex jixtru r-residenza mikrija minn għandha jew mill-Gvern. ( Fil-fatt sal-aħħar tas-sena huwa mistenni li jiġu konklużi mal-138 applikazzjoni, li huwa l-ogħla ammont miksub sa issa, f’dawn l-aħħar snin). - L-allokar ta’ €4 miljun għas-sena 2016, li ser ikunu qegħdin jgħinu lill-Awtorita’ tad-Djar tilħaq aħjar il-miri tagħha mil-qasam finanzjajru. - Diskussjonijiet u eżerċizzju li jinvolvu entitajiet ta’ natura finanzjarja dwar proġett ta’ €50m, li l-Awtorita’ ser tkun qed tidħol għalih. - Iktar kontroll intern u ingaġġar ta’ kumpanija li tipprovdi servizz ta’ awditjar intern sabiex ikunu awditjati b’mod aħjar u b’mod aktar frekwenti l-kontrolli tal-istess Awtorita’. Dan ser ikun qed jirrifletti f’aktar effiċċjenza. - L-istruttura tal-organizzazzjoni li issa hija kompluta, b’responsabbilitajiet li jagħtu direzzjoni aktar ċara minn qabel. - Il-ħidma li tinsab għaddejja fil-proġett estensiv fit-Teknoloġija tal-Informatika u l-komunikazzjoni flimkien mal-MITA. - U finalment, titjieb tal-koordinazzjoni ma’ entitajiet oħra tal-Gvern biex jintlaħqu aħjar il-miri tal-Gvern li jikkonċernaw is-sistema tal-welfare f’Malta. F’dan is-sens, l-Awtorita’ tad-Djar tipparteċipa fis-servizzi offruti mill-LEAP, kif ukoll tikkoordina ma’ diversi NGOs, partikolarment dawk li joffru servizzi ta’ residenza.