Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenz de Paule – kadavri ta’ anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn kienu qed jitpoġġew il-kadavri tal-anzjani li mietu fir-Residenza San Vinċenz de Paule fil-perjodu li kien qed isir xogħol ta’ rinovar fil-kamra mortwarja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rinovar tal-kamra mortwarja ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule inqasam f’żewġ partijiet . Sakemm kien qed isir ix-xogħol fl-ewwel parti, il-kadavri tal-anzjani tpoġġew fil-parti fejn ma kienx qed isir xogħol biex b’hekk il-prezenza tal-mejjet dejjem ġiet irrispettata, f’liema spazju kien hemm il-privatezza, l-arja kundizzjonata u l-kundizzjonijiet li tgħin fil-preservazzjoni tal-mejjet.
Leg 12 PQ #20943 Sitting 329 2015-11-20 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni b’diżabilità — eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li bbenefikaw minn eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi tagħhom fl-2013, 2014 u 2015 sal-lum, separatament minn xulxin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni b’diżabilita jew familjari tagħhom li bbenefikaw minn eżenzjoni tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi tagħhom huwa skond it-tabella mehmuża: Sena Numru 2013 142 2014 170 2015 (sa l-aħħar t’Ottubru) 140
Leg 12 PQ #20944 Sitting 329 2015-11-20 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni b’diżabilità — eżenzjoni mil-liċenzja tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li bbenefikaw minn eżenzjoni mil-liċenzja tat-triq fl-2013, 2014 u 2015 sal-lum, separatament minn xulxin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni b’diżabilita jew familjari tagħhom li bbenefikaw minn eżenzjoni tal-liċenzja tat-triq fuq il-vetturi tagħhom huwa kif ġej: Sena Numru 2013 210 2014 215 2015 (sa l-aħħar t’Ottubru) 153

Kunsill Lokali Ħamrun – Proġett għal Triq il-Kbira, San Ġużepp

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16447 u 16809, jista’ l-Ministru jgħid favur min ġiet aġġudikata t-tender għall-proġett fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun? Jista’ jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tender għadu fi stadju ta’ aġġudikazzjoni.

Il-Ħamrun – proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li twettqu fil-Ħamrun fl-2014 u fl-2015 sal-lum? Jista’ jagħti lista dettaljata ta’ dawn il-proġetti u n-nefqa għal kull proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet wettaq xogħol infrastrutturali fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Gejtanu, fil-Ħamrun. In-nefqa għal dan il-proġett kienet ta’ €13,000. Barra minn hekk, Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ għamlet dawn ix-xogħlijiet: · Xogħol t’asfaltar, Triq Joe Gasan, Ħamrun, Stima ta’ €159,550.75. · Xogħol ta’ tiswija fil-wiċċ tat-triq, Ħamrun / Marsa By Pass, Stima ta’ €281,200

Il-Belt – proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li twettqu fil-Belt Valletta fl-2014 u fl-2015 sal-lum? Jista’ jagħti lista dettaljata ta’ dawn il-proġetti u n-nefqa għal kull proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet wettaq dawn il-proġetti fil-Belt Valletta fil-perjodu msemmi: Xogħol ta’ pavimentar fi Triq l-Odinanza – (ix-xogħol kien jinkludi pavimentar ġdid u tibdil ta’ servizzi) € 350,000 Xogħol ta’ pavimentar fi Strada Stretta (ix-xogħol għadu għaddej) – (ix-xogħol kien jinkludi restawr ta’ turġien tal-qawwi, pavimentar ġdid, tibdil ta’ servizzi u stallazzjoni ta’ dawl tat-triq) €600,000 Xogħol fuq il-latrina tal-Barrakka ta’ Fuq €56,000 Xogħol fis-sit tal-monument tal-Valletta 18 ħdejn it-Terminus tal-Karozzi tal l-Linja €62,651 Barra minn hekk Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ għamlet dawn ix-xogħlijiet: · Civil works and pavimentar, Triq l-Ordinanza, Valletta, Stima ta’ € 200,000. · Major Patching , Triq il-Mediterran, Valletta, Stima ta’ € 145,000,00. Minn naħa tagħha il-Grand Harbour Regeneration Corporation għamlet dawn ix-xogħlijiet: Proġett ta' Bieb il-Belt €86,404,735 Jinkludi Teatru, Bini tal-Parlament u l-Akwati tal- madwar Forti Sant Iermu €16.759,629 Restawr u Mużew St. James Ditch Parking €97,858 Parkeġġ Pjazza Kastilja €3,042,120 Civil Works, Paving, Lighting, Landscapping u Street Furniture Grad Master Palace €721,545 Restoration of Archbishop Street Facada and Courtyard Lighting Courtyards Bus Terminus Phase 2 Xogħol infrastrutturali qiegħed fl-aħħar fażijiet. Il-Kontijiet finali qed jiġu ppreparati filwaqt li l-istima kuntrattwali għax-xogħlijiet hija dik ta' €1.2 miljun. Xogħlijiet anċillari oħra li qed isiru bħalissa f’dan l-istess sit u li jinkludu xogħol temporanju bħal dawl, tined, mobile toilets, u għamara oħra jammontaw għal stima approssimattiva ta’ €200,000

Il-Furjana – proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li twettqu fil-Furjana fl-2014 u fl-2015 sal-lum? Jista’ jagħti lista dettaljata ta’ dawn il-proġetti u n-nefqa għal kull proġett?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet: Kostruzzjoni ta’ build outs u żebgħa ta’ line markings , Triq Sarria, Furjana, Stima ta’ € 6,000. Xogħlijiet maġġuri ta’ patching , Triq Sant’ Anna, Furjana, Stima ta’ € 146,000.

Awtorità tad-Djar — vacancies

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20792 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19494, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx evalwati l-oġġezzjonijiet kollha li setgħu daħlu mill-kandidati li applikaw għall-25 vacancies li ħarġu fl-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid x’kien l-eżitu tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord li kkonsidra dawn l-oġġezzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – Deputy CEO – pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20609, 19970 u 20721 u jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju kollu, inkluż il-perkaċċi kollha tad-Deputy CEO tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kuntratt għadu ma ġiex iffirmat.

Awtorità tad-Djar — vacancies

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20793, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kandidati ngħatawx il-fakultà li jersqu quddiem il-Bord u jagħtu spjegazzjoni sabiex iressqu l-oġġezzjonijiet tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — vacancies

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20791, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-interview li l-kandidati kienu suġġetti għalih?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Persuni b’diżabilità — eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) irrakmandat sabiex jingħataw eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi tagħhom fl-2013, 2014 u 2015 sal-lum, separatament minn xulxin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) irrakmandat sabiex jingħataw eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi tagħhom bejn l-2013 u Ottubru 2015, huma kif segwit: Fl-2013 – 78 persuna Fl-2014 – 251persuna Sa Ottubru - 2015 – 146 persuna.

Persuni b’diżabilità — eżenzjoni mill-liċenzja tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) irrakmandat sabiex jingħataw eżenzjoni mill-liċenzja tat-triq fl-2013, 2014 u 2015 sal-lum, separatament minn xulxin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni b’diżabilità jew familjari tagħhom li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) irrakomandat sabiex jingħataw eżenzjoni mil-liċenzja tat-triq bejn l-2013 u Ottubru 2015, huwa kif segwit: Fl-2013- 384 persuna; Fl-2014- 449 persuna; Sa Ottubru 2015 – 153 persuna.

Djar tal-Anzjani – postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2014 u Ottubru 2015, xahar b’xahar? Jista’ jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ postijiet vakanti maħluqa kien ta’ 1368.

Djar tal-Anzjani – anzjani li mietu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2014 u Ottubru 2015 xahar b’xahar? Jista’ jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-total ta’ pazjenti li mietu bejn Jannar 2014 u Ottubru 2015 fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, jammonta għal 1002.

Djar tal-Anzjani – dħul ta’ anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2014 u Ottubru 2015 xahar b’xahar? Jista’ jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani, separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-total ta’ pazjenti li bejn Jannar 2014 u Ottubru 2015 iddaħħlu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, jammonta għal 1159.

Bordijiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta’ membri f’kwalunkwe bord maħtur mill-Ministeru tiegħu u kemm minnhom huma nisa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn total ta’ 205 membru fil-bordijiet maħtura mill-Ministeru tiegħi, 95 (46.3%) huma nisa u 110 (53.7%) huma irġiel.

Bordijiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha eżistenti maħtura mill-Ministeru tiegħu? X’inhu n-numru ta’ membri f’kull bord u x’inhu n-numru ta’ nisa f’kull bord?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Xiri ta’ sodod għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas dovut ta’ sodod għall-anzjani mixtrija bl-iskema ta’ Public Private Partnership fis-snin 2013, 2014 u 2015 sal-lum, separatament minn xulxin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża ta’ sodod għall-anzjani mixtrija bl-iskema ta’ Public Private Partnership kienet kif qed ikun indikat hawn isfel: · Fl-2013 - €6,220,036 · Fl-2014 - €7,805,162 · Sal-aħħar ta’ Ottubru 2015 - €7,108,681

Ċertifikat ta’ Care Assistant: Care of the Elderly

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw għall-kors li jwassal għaċ-ċertifikat ta’ Care Assistant: Care of the Elderly: Theory and Practice (LAS1101) li kellu jibda f’Settembru li għadda fl-Università ta’ Malta permezz tas-Centre for the Liberal Arts and Sciences? Jista’ jgħid eżattament meta beda dan il-kors u kemm minn dawk li applikaw ġew aċċettati u qed isegwu dan il-kors?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-kors qed jiġi organizzat mir-Residenza San Vinċenz de Paul u akkreditat mill-Università ta’ Malta bħala taqsima studju ‘LAS1101 - Care of the Elderly: Theory and Practice’ fl-ambitu tal-Programm fl-Arti u x-Xjenzi Liberali (PLAS). Din it-taqsima studju għandha valur ta’ erbatax (14)-il krettu ECTS u dawk li jtemmu b’suċċess jingħataw ċertifikazzjoni li tindika l-isem tat-taqsima studju u l-marka li jkunu kisbu. Ta’ min wieħed jippreċiża li ċ-ċertifikazzjoni li tingħata tikkonċerna t-taqsima studju partikolari u ma tikkostitwix Ċertifikat Universitarju bħala Rikonoxximent Universitarju sal-ewwel Grad (University Undergraduate Award); dan jinkiseb meta persuna tkun kisbet tal-anqas tletin (30) krettu ECTS. Għalhekk, għall-finijiet tal-Università, din it-taqsima studju ma twassalx għal “ċertifikat ta’ Care Assistant”. Bħal f’każijiet oħra l-Università tagħti ċertifikazzjoni akkademika iżda ma tidħolx fil-mertu ta’ liema kwalifiċi huma meħtieġa biex wieħed jeżerċita xogħol jew professjoni partikolari, li tibqa’ prerogattiva ta’ min iħaddem jew tal-awtorità kompetenti skont il-liġi. In-numru ta’ applikanti għat-taqsima studju kien ta’ sitta u sebgħin (76), li minnhom wieħed u sittin (61) ġew aċċettati u rreġistrati għat-taqsima studju LAS1101. Is-sessjonijiet teoretiċi u prattiċi bdew nhar is-7 ta’ Settembru 2015 u għadhom għaddejjin. Sal-lum, tmienja u ħamsin (58) persuna għadha qed issegwi t-taqsima studju.