Jista’ l-Ministru jgħid jekk nhar it-3 ta’ Jannar 2016, l-ikel li ġie servut filgħaxija kienx jikkonsisti f’party menu? Jista’ jgħid x’ingħataw jieklu l-anzjani li ma jistgħux jieklu dan it-tip ta’ ikel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħal ma jsir kull sena, fi żmien il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, fis-swali kollha ta’ San Vinċenz, isiru festini għar-residenti u l-qraba tagħhom. F’okkażjonijiet bħal dawn issir ordni ta’ ikel b’menu ta’ ‘party food’ għal min jiekol ikel solidu u normali, filwaqt li jibqa’ jiġi servut ikel speċjali għal dawk ir-residenti li huma fuq ikel artab jew likwidat. F’kull każ, anke għal dawn l-okkażjonijiet li qed jissemmew fil-mistoqsija parlamentari, jiġi assigurat li l-ikel li ser jingħata lil kull resident ikun idonju għall-kundizzjoni u bżonnijiet tiegħu jew tagħha.
Awtorità tad-Djar — kundizzjonijiet fuq applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet li jiġu mposti mill-Awtorità tad-Djar meta applikant japplika mal-Awtorità tad-Djar għal fidi ta' ċens rigward bċejjeċ ta' art mogħtija mill-Awtorità b'ċens temporanju, jew b'ċens temporanju li wara ġie konvertit f'wieħed perpetwu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar qatt ma kellha każijiet fejn l-applikant japplika mal-Awtorità tad-Djar għal fidi ta’ ċens rigward bċejjeċ ta' art mogħtija mill-Awtorità b'ċens temporanju, jew b'ċens temporanju li wara ġie konvertit f'wieħed perpetwu. Jekk l-Awtorità ikollha talbiet simili fil-futur, l-Awtorità tikkunsidrahom skont pariri legali li tikseb.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tippermettix li l-persuni li jkunu fdew iċ-ċens rigward bċejjeċ ta' art mogħtija mill-Awtorità tad-Djar b'ċens temporanju, jew b'ċens temporanju li wara ġie konvertit f'wieħed perpetwu, jinħallu mill-obbligi kollha li joħorġu mill-kuntratt oriġinali tal-konċessjoni enfitewtika? Jekk iva, jista' jgħid liema huma l-kundizzjonijiet li dawn l-applikanti jistgħu jinħallu minnhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar qatt ma kellha każijiet fejn l-persuni li jkunu fdew iċ-ċens rigward bċejjeċ ta' art mogħtija mill-Awtorità tad-Djar b'ċens temporanju, jew b'ċens temporanju li wara ġie konvertit f'wieħed perpetwu, jinħallu mill-obbligi kollha li joħorġu mill-kuntratt oriġinali tal-konċessjoni enfitewtika. Jekk l-Awtorità ikollha talbiet simili fil-futur, l-Awtorità tikkunsidrahom skont pariri legali li tikseb.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il fidi ta' ċens rigward bċejjeċ ta' art mogħtija mill-Awtorità tad-Djar b'ċens temporanju jew b'ċens temporanju li wara ġie konvertit f'wieħed perpetwu sar mis-sena 2013 sal-lum permezz ta' ċedola ta' depożitu fil-Qrati ta' Malta sena b'sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, l-Awtorità qatt ma tat bċejjeċ ta’ art b’ċens temporanju jew b’ċens temporanju li wara ġie konvertit f’wieħed perpetwu.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21635 u jgħid kemm intuża petrol u/jew disel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ €80 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 63 litru fil-ġimgħa.
Il-Ministru ma jagħmilx użu mit-tieni karozza.
Segretarjat Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21636 u jgħid kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Minsitru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu bejn April 2014 u Ottubru 2015 kienet ta’ medja ta’ €73 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 55 litru fil-ġimgħa. Is- Segretarju Parlamentari ma jagħmilx użu mit-tieni karozza.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru, bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Matul is-sentejn u tmien xhur illi għaddew, il-Ministeru uża s-servizzi ta’ din il-kumpanija fi tliet okkażjonijiet fl-2015. F’kull okkażjoni kienu segwiti r-regolamenti tal-procurement tal-gvern u l-ammont totali li intefaq fuq it-tliet okkażjonijiet f’salt kien ta’ €546 (€300, €123 u €123) . L-ebda dipartment ieħor jew entità oħra ma’ użat is-servizzi tal-kumpanija msemmija fil-perjodu li għalih qed tagħmel referenza l-Onor. Interpellanta.
Ministeru għal Għawdex – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill- entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru, bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi, il-Ministeru għal Għawdex, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ma għamlux użu mix-xogħol jew servizzi tal-kumpanija imsemmija.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill- entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru, bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fil-perjodu msemmi.
Ministeru għat-Turiżmu – għoti ta’ kuntratt lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru, bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Ministeru għat-Turiżmu uża s-servizzi ta’ din il-kumpanija għal diversi drabi u l-valur ta’ dan ix-xogħol, b’mod komplessiv, jammonta għal €900.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – petrol u diesel — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li tuża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Tista’ tgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li tuża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnha, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21239 u ċjoè:B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20953, jista' l-Ministru jgħid kemm mir-rapporti li saru rigward pick-pocketing f'kull lokalità msemmija, spiċċaw il-Qorti? Jista' jgħid ukoll jekk mill-persuni li ttelgħu fuq pick-pocketing, kemm instabu ħatja, lokalità lokalità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ebda minn dawn il-kazi ma ġie solvut.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21240 u b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20953, jirriżulta illi filwaqt li fl-2014 kien hemm 113 każ ta’ pick-pocketing fil-Belt Valletta, din is-sena sal-lum kien hemm 219 każ, żieda ta' 106 każ. Jista' jgħid x'qiegħed jagħmel biex irażżan il-pickpocketing? Jista' jgħid x'miżuri ħa, qiegħed jieħu u ser ikompli jieħu biex jara illi dawn ir-reati jitrażżnu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-pulizija kemm dawk tad-distrett kif ukoll dawk tat-Taqsima tal-Investigazzjonijiet Kriminali, iwettqu sorveljanza regulari u f’ħinijiet differenti sabiex kemm jista jkun titrazzan il-problema ta’ reati tal-pickpocketing. Apparti minn dan wara kull rapport li tirċievi il-Pulizija titkellem mal-vittmi sabiex kemm jista jkun tiġbor informazzjoni dwar l-aggressur suspettat u lokalitajiet fejn dawn ir-reati jkunu qed isiru biex tkun tista tiffoka aktar ix-xogħol tagħha u zzid l-ispezzjonijiet u sorveljanza fil-lokalitajiet fejn dawn ir-reati jiġu rrapurtati.
Awtorità tad-Djar – appartamenti allokati għall-Isptar Monte Karmeli
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9242, jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar tliet snin, kemm-il appartament jew fond ġew allokati mill-Awtorità tad-Djar lill-Isptar Monte Karmeli jew lil xi għaqda volontarja oħra sabiex fihom ġew allokati persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għalkemm f’dawn l-aħħar tlett snin ma ġewx allokati postijiet lill-isptar Monte Carmeli, l-Minsiteru qed jaħdem biex jalloka djar, b’ħidma konġunta mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, fejn ikunu jistgħu jiġu akkomodati persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, għall-integrazzjoni tagħhom fil-komunità.
Awtorità tad-Djar – kirjiet issussidjati li bbenefikaw minnhom l-NGOs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li bbenefikaw minn kirjiet issussidjati mill-Awtorità tad-Djar fis-snin 2013, 2014 u 2015 sal-lum separatament minn xulxin? Jista’ jgħid kemm kienet is-somma totali ssussidjata għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħataw appartamenti, garaxxijiet u fondi oħra lil NGOs fis-snin 2013, 2014 u 2015 sal-lum separatament minn xulxin? Jista’ jgħid liema kienu l-NGOs li bbenefikaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mituba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.