Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24040 u jgħid min huma s-seba’ membri fil-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali skont kif stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali (Kap. 468)? Jista’ jgħid min minn dawn il-membri huma maħtura minnu, min huma ż-żewġ membri li huma nominati mill-assoċjazzjonijiet reġistrati mal-Bord u min huwa l-ħaddiem soċjali nominat minn u minn fost l-istaff akkademiku permanenti responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tax-xogħol soċjali u l-politika soċjali fl-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jokkupaw din il-kariga kull membru ta’ dan il-bord?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24041 u jgħid meta jiskadi t-terminu tal-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali f’Malta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24600.

Anzjani – ħlas għal servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema servizzi jridu jħallsu l-anzjani li qegħdin fid-djar privati taħt l-iskema tal-Public Private Partnership taħt ir-responsabiltà tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità apparti li tinqatgħalhom 60% mill-pensjoni tagħhom? Jista' jgħid kemm huma dawn il-ħlasijiet u jekk ivarjawx minn dar tal-anzjani għal oħra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-anzjani jintalbu jħallsu għal servizzi li ma jkunux inklużi fl-iskema tal-Public Private Partnership.
Leg 12 PQ #24603 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Leave tal-Maternità – kontribut finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-kontribut finanzjarju sal-lum għat-Trust għal Leave tal-Maternità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellanta li l-ammont miġbur għat-Trust għal Leave tal-Maternità mill-introduzjoni tal-iskema sas-07 ta’ April, 2016 kien €2,871,174.

Malta National Laboratory Ltd — proċess ta' likwidazzjoni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22543 fejn intqal li l-proċess tal-likwidazzjoni tal-Malta National Laboratory ser jiġi konkluż sal-aħħar ta’ Jannar 2016, tista’ l-Ministru tgħid fejn wasal il-proċess u jekk il-ħlasijiet dovuti ġewx affetwati?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li waqt li l-MCCAA ikkolaborat mal-likwidator u tagħtu l-informazzjoni kollha mitluba minnu, il-likwidatur għadu ma kkonludiex il-proċess tal-likwidazzjoni tal-MNL.

Proċedura għar-rimborż mill-fond għal leave tal-maternità

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23828, tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu mħabbra l-proċeduri rigward rimborżi mit-Trust tal-Leave tal-Maternità? Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda jingħata dan ir-rimborż?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata mill-Bord tat-Trustees, li huwa Bord indipendenti mill-Ministeru li f’dan l-istadju ma tistax tingħata data speċifika meta se ikunu finalizzati l-proċeduri għal rimborż. Il-Bord of Trustees infurmawni li kif jiġu finalizzati l-proċeduri, l- employers se jkunu nfurmati. L-Għaqdiet ta min iħaddem huma rappreżentatni u jmexxu dan il-Bord of Trustees.

Proċedura għar-rimborż mill-fond għal leave tal-maternità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23828, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-kontribut finanzjarju sal-lum għall-fond għal-Leave tal-Maternità?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferiment ta’ proprjetà

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23652, jista’ l-Ministru jagħti r-raġunijiet kollha għaliex sal-aħħar ta’ Jannar 2016 kien hemm 8,688 trasferimenti/titli pendenti u 4,397 charge, ipoteka jew privileġġ pendenti fir-Reġistru tal-Artijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-backlog fid-Dipartiment ilu jeżisti sa mill-amministrazzjoni preċedenti. Ta’ min jinnota li minħabba żieda fl-attività ekonomika tal-pajjiż waslet ukoll għal żieda fix-xogħol tad-Dipartiment. Minħabba dan kollu l-Aġenzija nhiedet proċess sabiex iżżid u ssaħħah it-tim tagħhom fid-Dipartiment kkonċernat.

Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferiment ta’ proprjetà

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23652, jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun qed jindirizza l-backlog qawwi ta’ trasferimenti u titli pendenti kif ukoll il-backlog qawwi ta’ charges/ipoteki u privileġġi pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi, fil-preżent, l-Agenzija Identity Malta qed tieħu l-passi neċċessarji biex tkun tista’ tlaħħaq aħjar mad-domanda tax-xogħol billi jiżdied u jissaħħaħ t-tim jitħaffu l-proċessi inkluż permezz ta’ investiment sostanzjali fl-IT.

Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferiment ta’ proprjetà

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23652, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jkun qed iżid in-numru ta’ impjegati li jipproċessaw dawn l-applikazzjonijiet? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se jkun in-numru ta’ ħaddiema li se jkunu qegħdin jiġu ngaġġati biex jagħmlu dan ix-xogħol u meta se jkunu qegħdin jibdew jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fil-preżent, l-Agenzija Identity Malta qed tieħu l-passi neċċessarji biex tkun tista’ tlaħħaq aħjar mad-domanda tax-xogħol billi jiżdied u jissaħħaħ t-tim jitħaffu l-proċessi inkluż permezz ta’ investiment sostanzjali fl-IT. Il-proċeess biex jiżdiedu l-impjegati inbeda.

Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma s-seba’ membri fil-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali skont kif stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali (Kap. 468)? Jista’ jgħid min minn dawn il-membri huma maħtura minnu, min huma ż-żewġ membri li huma nominati mill-assoċjazzjonijiet reġistrati mal-Bord u min huwa l-ħaddiem soċjali nominat minn u minn fost l-istaff akkademiku permanenti responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tax-xogħol soċjali u l-politika soċjali fl-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jokkupaw din il-kariga kull membri ta’ dan il-bord?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Pensjoni tal-Invalidità – żidiet fil-pensjoni

Question

Skont ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23050, hawn 4,026 persuna li qed jirċievu Pensjoni għall-Invalidità, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-4,026 pensjonant kellhom żieda fil-pensjoni minima tagħhom mill-1 ta’ Jannar li għadda (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pensjonanti li qed jirċievu l-Pensjoni għal Invalidità, minbarra l-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, ħadu l-istess kif kienu jieħdu taħt amministrazzjonijiet preċedenti.

Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn – lista ta’ prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prodotti kollha li qegħdin jitqassmu mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) lil dawk il-persuni li huma fil-bżonn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-lista tal-prodotti kollha li qed jitqassmu lill-familji f’Malta u Għawdex, li qed jibbenefikaw mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Pakkett A Pakkett B Ammont Prodott tal-Ikel Ammont Prodott tal-Ikel 4 Long-life Milk 2 Long-life Milk 4 Baked Beans 2 Baked Beans 4 Tomatoes 2 Tomatoes 4 Tuna 2 Tuna 2 Hot Dog Sausages - in brine 2 Hot Dog Sausages - in brine 2 Fruit – mixed - in juice or in light syrup 1 Fruit – mixed - in juice or in light syrup 4 Vegetables in Tin 2 Vegetables in Tin 2 Whole-wheat Cereal 1 Whole-wheat Cereal 1 Corn Flakes 1 Corn Flakes 2 Dried Nuts 1 Dried Nuts 4 Pulses (legume) 2 Pulses (legume) 2 Pasta 1 Pasta 2 Rice 1 Rice Bl-iskema ta’ qabel, bejn is-snin 2007 u 2014 il-pakkett kien jinkludi għaġin, ross, ġam, gallettini, zokkor, ħalib u yogurt, filwaqt li fl-ahhar sena bejn 2013-2014 il-benefiċjarji kienu jingħataw għaġin, ross, tadam, piżelli u crackers.

Residenza San Vinċenz de Paul – residenti b’constant watch

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema swali ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule hemm residenti li għandhom constant watch? Jista’ jgħid kemm hemm residenti f’kull ward li għandhom constant watch? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-constant watches huma permanenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi kull każ jingħata l-kura meħtieġa skont il-pjan ta’ kura, hekk kif ikun stabbilit mill-konsulenti u t-tobba.

Dar tal-Anzjani fiż-Żejtun – eżerċizzji fiżiċi

Question

Jista’ l-Ministur jgħid jekk fid-Dar tal-Anzjani fiż-Żejtun humiex qed jinżammu sezzjonijiet ta’ eżerċizzju fiżiku? Jekk iva, jista’ jgħid kull meta jsiru dawn is-sezzjonijiet u kemm hemm anzjani li qed jipparteċipaw f’dawn is-sezzjonijiet? Jekk le, jista’ jgħid għaliex dawn is-sezzjonijiet mhumiex qed jinżammu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, it-Taqsima Anzjanita' Attiva fi ħdan id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita', introduċiet sessjonijiet ta’ żfin terapewtiku għall-anzjani residenti fid-dar tal-anzjani taż-Żejtun f’Jannar ta’ din is-sena. Din hija parti minn inizjattiva li saret fid-djar kollha tal-gvern fejn qed jiġu offruti sessjonijiet ta' anzjanita' attiva bħala parti mill-implimentazzjoni tal-istrateġija Politika Nazzjonali għal Anzjanita' Attiva, bi tkomplija ma’ dak li bdejna f’Jannar tal-2015, ġewwa id-djar tal-Anzjani tal-Msida, Mosta, Mtarfa u Floriana. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, is-sessjonijiet ta’ żfin organizzati mit-Taqsima Anzjanita’ Attiva, ġewwa d-dar tal-anzjani taż-Żejtun, waqfu għal ġimgħatejn minħabba raġunijiet ta' saħħa tal-persuna li qed tmexxi dawn is-sessjonijiet. Is-sessjonijiet imsemmija, ġewwa d-dar tal-anzjani taż-Żejtun, reġgħu bdew nhar it-Tlieta 8 ta’ Marzu, fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar. Madwar 15–il resident qegħdin jipparteċipaw waqt is-sessjonijiet li jsiru fiż-Żejtun. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, is-sessjonijiet organizzati mit-Taqsima Anzjanita’ Attiva, f’Jannar 2016, ġew estiżi ukoll għad-djar tal-anzjani tal-Mellieħa, ta’ Bormla, u ġewwa Zammit Clapp .

Proċedura għar-rimborż mill-fond għal leave tal-maternità

Question

Fir-rigward tal-fond għal-leave tal-maternità, tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar jekk ġietx stabbilità l-proċedura li għandha tiġi segwita minn min iħaddem sabiex jieħu rimborż mill-fond għal-leave tal-maternità għall-ħlas li jkun għamel? Jekk din il-proċedura għadha ma ġietx stabbilità u peress li min iħaddem ilu tmien xhur jikkontribwixxi għal dan il-fond, tista’ tgħid meta din il-proċedura se tkun imħabbra?

Response (DALLI, HELENA)

Il-proċeduri rigward rimborsi mit-Trust tal-Leave tal-Maternità qed ikunu stabbiliti mill-Bord ta’ Trustees imwaqqaf għal dan it-Trust, li l-maġġoranza tal-membri tiegħu (inkluż iċ-Chair) huma rapperżentanti tal-Employers. Dan huwa skont l-Avviż Legali 257 tal-2015 li waqqaf dan it-Trust. Infurmata li l-Bord qed jiltaqa’ regolarment sabiex jindirizza l-proċedura ta’ rimborsi li tiżgura li kull min qed iħallas il-kontribuzzjoni għat- Trust se jingħata rimborż għax-xhur tal- leave tal-Maternita’ li jintużaw mill-impjegati tagħhom.