Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell ġdid daħal fl-Uffiċċju tal-Arbitru bejn Novembru 2015 sa Marzu 2016, xahar b'xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Ufficcju tal-Arbitru
Appelli bejn Novembru 2015 – Marzu 2016
Xahar
Sena
Numru ta' Appelli Reġistrati
Numru ta' Appelli
Deċiżi
Numru ta’ Appelli
Ċeduti/
Revokati/
Kancellati
Numru ta’ Appelli li bdew Jinstemgħu
Numru ta’ Appelli li għad irridu jinstemgħu
Novembru
2015
120
4
14
30
72
Diċembru
2015
98
10
11
14
63
Jannar
2016
42
NIL
2
2
38
Frar
2016
85
NIL
5
4
76
Marzu
2016
93
NIL
6
2
85
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża għall-Pensjonijiet tal-Invalidità fis-sena 2015 u dan sal-aħħar ta' Diċembru 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ispiża għall-Pensjonijiet tal-Invalidità bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u 31 ta’ Dicembru 2015, kienet ta’ €24,347,811.67. Dan l-ammont ma jinkludix il-bonusijiet statutorji pagabbli lil dawn il-benefiċjarji.
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm hu n-numru ta' pensjonanti f'pajjiżna li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa anqas minn €700 fix-xahar? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-pensjonanti li għandhom pensjoni kontributorja u kemm minn dawn il-pensjonanti għandhom pensjoni mhux kontributorja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li individwalment għandhom dħul ta’ pensjoni waħda ta’ anqas minn €700 fix-xahar huwa ta’ 42, 475.
Minn dawn, hemm 35,190 pensjonant li għandhom pensjoni kontributorja, filwaqt li hemm 7,285 li għandhom pensjoni mhux kontributorja.
Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija. L-istatistika pprovduta tinkludi każi fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €700 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar.
Iċ-ċifra mogħtija tinkludi ukoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €700 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każi bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €700 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja ikunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar.
Pensjonijiet tal-wens u għajnuna soċjali għall-carers — riforma
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma li qiegħda ssir fil-Pensjonijiet tal-Wens u fl-Għajnuna Soċjali għall-carers? Jista’ jgħid x'ser ikunu l-kriterji l-ġodda sabiex persuna tkun eleġibbli għal dawn iż-żewġ tipi ta' benefiċċji? Jista' jgħid jekk persuna miżżewġa hijiex ser tkun qed tikkwalifika għal dawn il-benefiċċji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara d-diskors tal-Baġit 2016, id-diskussjonijiet mal-iStakeholders u professjonisti fil-qasam tal-anzjani tniedew b’mod immedjat. Bħalissa għaddejjin l-istudji neċessarji sabiex tiġi ntrodotta riforma sħiħa fil-qasam tal-Pensjoni tal-Wens u l-Għajnuna Soċjali għal carers. Il-Gvern irid jassigura li l-istudji jkunu eżawrijenti sabiex jintlaħaq l-għan ta’ riforma ta’ din ix-xorta. Nassigura lill-Onor. Interpellant li, dawn l-istudji se jwasslu biex ir-riforma li se ssir ġġib titjib konsiderevoli li minnu se jgawdu aktar nies li jieħdu ħsieb anzjani fid-djar tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ġie ffirmat sa issa mill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema Sir Sid Darek minn meta ġiet varata fi Frar 2014 sal-lum? Jista' jgħid ukoll kemm-il konvenju ġie ffirmat taħt din l-iskema minn Frar 2014 sal-lum iżda li l-kuntratt għadu ma ġiex iffirmat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minn Frar 2014 sad-data li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, ġew iffirmati 189 konvenju li minnhom ġew konklużi 122 kuntratt u 67 konvenju li għadhom pendenti.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24852 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-persuna msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li llum huma intitolati għall-Pensjoni tal-Invalidità? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li kienu intitolati għall-Pensjoni tal-Invalidità fil-31 ta’ Diċembru 2015? Jista’ jgħid kemm minn dawk il-persuni li kienu jieħdu din il-pensjoni fil-31 ta’ Diċembru 2015, illum mhumiex qegħdin jieħdu aktar din il-pensjoni tal-invalidità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Tip ta’ Pensjoni
Diċembru
Marzu
Differenza
ta’ Invalidità
2015
2016
Decreased National Invalidity Pension (DNIP)
5
5
xejn
Increased Invalidity Pension (IIP)
120
115
-5
Invalidity Pension (IP)
224
213
-11
National Minimum Invalidity Pension(NMIP)
3,750
3,647
-103
Total
4,099
3,980
-119
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24602, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li jingħataw lill-anzjani li huma inklu¿i fl-iskema tal-Public Private Partnership?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi li jingħataw lill-anzjani li huma nklużi fl-iskema tal-Public Private Partnership huma kif stipulat u ndikat fl-istess kuntratt partikulari bejn id-Departiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` u s-Service Provider partikulari.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22460, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-informazzjoni dwar koppji anzjani li qegħdin jistennew biex jidħlu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul ma tinżammx fil-lista ta’ stennija għad-dħul fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jgħid teżistix lista ta’ stennija separata għall-koppji anzjani li qed jistennew li jidħlu flimkien fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm koppji anzjani li qegħdin imniżżla f’din il-lista separata li qed jistennew li jidħlu bħala koppja f’xi waħda mid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, b’żieda mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22460, fl-applikazzjonijiet għal dħul fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paule, ma jinżammux dettalji separati għall-koppji. Din l-informazzjoni tkun imniżżla, jekk ikun il-każ, meta jsir l-assessjar mit-Tim Mediku Multidixxiplinarju. Jista’ jiġri wkoll li jsiru żewġ applikazzjonijiet separati flok waħda konġunta.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, kull applikazzjoni tiġi kkunsidrata b’mod individwali u abbażi tal-kura meħtieġa fuq bażi personali. Madanakollu, meta jkun il-każ li koppja jkun jista’ jingħatalha l-kura meħtieġa fl-istess Dar jew Residenza, f’din iċ-ċirkustanza ikun possibli li l-koppja tidħol fl-istess Dar jew Residenza dejjem skont jekk ikunx hemm sodod vakanti.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, din is-sena ġew identifikati każijiet ta’ koppji li ġew integrati flimkien.
Residenza ta’ persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità – assessjar u reviżjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta jkun qed isir l-assessjar u r-reviżjoni tal-Pensjoni tal-Invalidità, issirx ukoll spezzjoni fid-Djar tal-applikanti jew tal-benefiċċjarji? Jekk iva, jista’ jgħid min jorda li jsiru dawn l-ispezzjonijiet, min jagħmel dawn l-ispezzjonijiet u x’inhu l-iskop wara dawn l-ispezzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, spezzjoni fid-djar tal-applikanti jew benefiċjarji ssir fuq talba tal-Bord Mediku fejn, f’ċertu każijiet, ikun jinħass il-b¿onn. Dan isir fuq każijiet fejn barra l-kundizzjoni medika jkun hemm bżonn ukoll assessjar tas-sitwazzjoni soċjali tal-persuna.
Dawn iż-żjarat isiru mis-social workers tad-Dipartiment fejn jagħmlu rapport li jkun ukoll riferut għall-attenzjoni tal-Bord Mediku biex dan tal-aħħar ikun jista’ jasal għal deċiżjoni infurmata.
Malta National Laboratory Ltd — proċess ta' likwidazzjoni
Question
Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22543, il-Ministru qalet li l-likwidazzjoni tal-Malta National Laboratory kienet se tkun konkluża sal-aħħar ta’ Jannar 2016 u din ma seħħitx, u dan anke kif ġie kkonfermat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24126, tista’ l-Ministru tgħid għaliex din il-likwidazzjoni għadha ma ġietx konkluża sal-lum u x’qed isir sabiex il-ħlasijiet li huma dovuti jiġu mħallsa minnufih mingħajr ebda aktar dewmien?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba parlamentari numru 24126.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ikkummissjonax li jsir rapport mill-Caritas? Jekk iva, jista' jgħid jekk dan ir-rapport hux lest? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport? Jekk ir-rapport għadu mhux lest, jista' jgħid meta huwa maħsub li jkun lest?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli ma kkumissjona l-ebda rapport mill-Caritas.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Tista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lll-Onor. interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.