Legislature:
Category:
Reset
Active:

Public Social Partnerships

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji tan-nefqa taħt il-progamm “Public Social Partnerships” (Item 5790) fis-sena 2016, Vot 33 rikurrenti sal-aħħar ta’ April 2016? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li kien finanzjat minn dan il-vot u ftehim oħrajn relatati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, liema informazzjoni tikkonsisti f’informazzjoni dwar ħlasijiet li tħallsu sa issa.

Community Work Scheme Enterprise Foundation — paga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija r-rata tal-paga fis-siegħa li qed titħallas lill-impjegati li qed jaħdmu mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati li qed jaħdmu mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation qegħdin jitħallsu r-rata tal-paga minima.

Uffiċċju tal-Arbitru – appelli reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jirriżulta li min irreġistra appell quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru f'Novembru li għadda, għadu lanqas biss beda jinstema' l-każ tiegħu? Jista' jgħid pereżempju, għaliex mill-120 appelli li ġew irreġistrati f'Novembru 2015 sal-lum bdew jinstemgħu 30 biss minnhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Uffiċċju tal-Arbitru qed jagħmel minn kollox sabiex l-appellanti ma jdumux jistennew għas-smiegħ tal-appell tagħhom. Bħalissa qed isiru medja ta’ 26 seduta fix-xahar. F’dawn is-seduti jiġu nklużi kemm appelli ġodda, kif ukoll appelli li jkunu differiti minn seduti preċedenti għal diversi raġunijiet. F’kull seduta li jkun hemm, ma tinkludix biss każijiet ġodda imma każijiet oħra li jkunu ġew differiti minn seduti ta’ qabel għal diversi raġunijiet, bħal meta jkun hemm bżonn aktar informazzjoni jew ikunu jridu jitressqu xhieda oħra skont il-bżonn.

Uffiċċju tal-Arbitru – lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun qed jagħmel biex inaqqas il-lista ta' stennija fl-Uffiċċju tal-Arbitru sabiex min jirreġistra appell quddiem dan l-Uffiċċju ma jdumx jistenna xhur sħaħ sabiex jibda jinstema’ l-appell tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Uffiċċju tal-Arbitru qed jagħmel minn kollox sabiex jitnaqqas iż-żmien biex l-appell jinstema’ billi nagħtu preċedenza lill-appelli l-ġodda mingħajr ma jibqgħu lura l-każijiet differiti biex dawn ukoll ma jdumux ma jinqatgħu.

Social Housing Projects – diretturi tal-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diretturi tal-kumpanija l-ġdida li se tieħu ħsieb is-Social Housing Projects ġewx maħtura? Jekk iva, jista' jgħid min huma dawn id-diretturi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-Kumpanija l-ġdida li se tkun qed tieħu ħsieb is-Social Housing Projects, jisimha ‘Housing Projects Management Unit Limited’ bin-numru ta’ reġistrazzjoni C-73907. Id-dettalji li qed titlob l-Onorevoli Interpellant huma pubbliċi u jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal-MFSA.

Social Housing Projects – Memorandum and Articles

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum and Articles tal-kumpanija l-ġdida li se tkun qed tieħu ħsieb it-tfassil u l-implimentazzjoni tas-Social Housing Projects?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni li qed titlob dwar il-Kumpanija Housing Projects Management Unit Ltd. (C-73907) hija aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-MFSA.

Telecare u Telecare plus — servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tat-Telecare u t-Telecare Plus li jingħata fuq in-numru 21483600 huwiex servizz li jingħata f'kull ħin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-servizz tat-Telecare u tat-Telecare Plus huwa wieħed mis-servizzi li jingħata 24 siegħa kuljum.

Community Work Scheme Enterprise Foundation — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' entitajiet kollha li magħhom ġew assenjati l-impjegati li qed jaħdmu mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-entitajiet kollha li magħhom ġew assenjati l-impjegati li qed jaħdmu mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24855 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24856 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24857 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24858 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.

Community Work Scheme Enterprise Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti fl-iskema Community Work fl-aħħar ta' Diċembru 2015 u kemm minn dawn il-parteċipanti ffirmaw kuntratt ta' impjieg mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation sa issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-31 ta’ Diċembru 2015 kien hemm 581 parteċipant fl-iskema Community Work. Minn dawn 559 persuna iffirmaw kuntratt ta’ impjieg mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation.

Community Work Scheme Enterprise Foundation – taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ qed jingħata lill-persuni kollha li qed jaħdmu mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li peress li dan l-eżerċizzju ta’ reklutaġġ ta’ ħaddiema mal-Fondazzjoni għadu fil-fażi inizjali tiegħu, din ħadet l-inkarigu li tiltaqa’ ma’ kull individwu, tassessja l-ħiliet tiegħu/tagħha, u tara x-xogħol li jwettaq/twettaq mal-entitajiet. Sadanittant, kienu qed jitfasslu proċeduri biex jiġi assigurat li kull ħaddiem ikun qed jopera b’mod aċċettabli. Saru wkoll laqgħat mal-entitajiet u issa qed isir moniteraġġ fuq il-post tax-xogħol biex ikun jista’ jitfassal Training Needs Analysis.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24853 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-persuna msemmija.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 24850 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24851 u tjagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24849 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24848 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24854 u tagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.