Residenza San Vinċenz de Paule – problema ta’ ġrieden
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex titnaqqas il-problema ta' ġrieden li teżisti fir-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, ma hemm ebda problema ta' ġrieden, iżda jeżisti programm preventiv permezz ta’ numru ta’ nases. Isir ukoll tindif ta’ rutina, kemm barra kif ukoll ġewwa il-faċilita’, kif ukoll proċessi oħra ta’ diżinfettant skont il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fir-Residenza San Vinċenz de Paule li huma Maltin u li jgħixu f'Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paule u kemm minnhom jgħixu f'Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, filwaqt li r-Residenza San Vinċenz de Paule m’għandhiex impjegati Maltin u li jgħixu Għawdex, mill-banda l-oħra, ir-Residenza San Vinċenz de Paule għandha 23 ħaddiem Għawdxi li jgħixu ġewwa Għawdex.
Residenza San Vinċenz de Paule – servizz privat ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Residenza San Vinċenz de Paule tagħmilx użu minn servizz privat ta' sigurtà? Jekk iva, jista' jagħti dettalji tal-kuntrattur li qiegħed jagħti dan is-servizz, ta' kif ingħata dan il-kuntratt, jekk hux b'direct order jew permezz ta' tender u jagħti kull dettal ieħor? Jista' jpoġġi kull ftehim li għandu f'dan ir-rigward fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi invista tax-xogħlijiet li qed isiru u li kienu jirrekjedu iktar sorveljanza, ingħata kuntratt għall-servizz ta’ emerġenza li jammonta sa massimu ta’ €2,500.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li jagħmlu użu minn-night shelters f'Malta jingħatawx ukoll is-servizz ta' trasport minn djarhom għan-night shelters u lura? Jekk iva, jista' jgħid kif jingħata dan is-servizz? Jekk le, jista' jgħid għaliex dan is-servizz ma jiġix provdut?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-transport lill-anzjani l jagħmlu użu minn Night Shelter, sa issa huwa offrut biss lill-anzjani li joqgħodu fil-viċinanzi ta’ San Vinċenz de Paul u li jattendu n-Night Shelter ta’ San Vinċenz de Paul. L-anzjani jinġabru minn djarhom għan-night shelter u lura. Dan is-servizz huwa pprovdut minn San Vinċenz de Paul u huwa bla ħlas.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-31 ta’ Mejju 2016, ġie ntrodott servizz ta’ transport għall-anzjani li jagħmlu użu mid-
Dementia Activity Centre
f’Għajnsielem. Minħabba li s-servizz ta’
night shelter
huwa provdut fl-istess binja, s-servizz ta’ t-transport ġie estiż għal dawk l-anzjani li jattendu n-
Night Shelter
ġewwa Għajnsielem u li kienu nteressati, bi ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kuntratti ta' kiri li għandha l-Awtorità tad-Djar li diġà skadew u li sal-lum għadha ma ffirmatx kuntratti oħra ġodda mal-inkwilini tagħha? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawn il-proprjetajiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar diġa’ bdiet iġġedded xi kuntratti li saru fis-sena 2009, 2010 u 2011. Għad baqa’ 377 kuntratt li skadew fuq medda ta’ tlett snin u li għadhom ma ġewx iffirmati kuntratt ġdid għalihom mal-inkwilini. Il-proprjetajiet ikkonċernati huma mferxin madwar Malta u Għawdex.
Awtorità tad-Djar – kera l-ġdida fuq postijiet mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'konsiderazzjonijiet jittieħdu mill-Awtorità tad-Djar biex tiġi stabbilità l-kera l-ġdida fuq postijiet li għandha mikrija lill-inkwilini tagħha u li l-kuntratt tagħhom ser jiskadi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar tieħu inkonsiderazzjoni li l-kundizzjonijiet li joħorġu mill-kuntratt preċidenti għadhom qed jiġu osservati u dejjem iżżomm f’moħħha wkoll n-natura tal-każ; jiġifieri iċ-ċirkustanzi soċjali u l-vulnerabilita’ tal-inkwilin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ż-żieda massima ta' kera li l-Awtorità tad-Djar titħallas fuq kirjiet ta' postijiet li għandha mikrija lill-inkwilini tagħha meta tiġi biex tagħmel kuntratt ġdid mal-inkwilini?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26128.
Residenza San Vinċenz de Paule – kuntrattur tat-tindif
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur tat-tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kif intgħażel dan il-kuntrattur u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender relattiv u l-kuntratt ta' servizz li ġie ffirmat ma' dan il-kuntrattur?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-kuntrattur huwa X-Clean Ltd. Dan intagħżel wara li saret proċedura negozzjabli ma’ numru ta’ kuntratturi, skont il-proċeduri stabbliti mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Residenza San Vinċenz de Paule – spezzjonijiet mill-Awdituri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ispezzjoni saret mill-Awdituri fir-Residenza San Vinċenz de Paule fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum, separatament minn xulxin? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru minn dawn l-Awdituri f'dawn is-snin imsemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, saru 3 rapporti mill-Awdituri ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, fis-snin imsemmija. Dawn jinkludu:
· 2013 – Rapport tal-NAO fuq Public Accounts –
Overtime, Allowances and Expenditure
(pgs 222 to 240)
· 2014 – Rapport tal-IAID -
Procurement Procedures at SVPR
· 2015 – Rapport tal-IAID -
Systems and Compliance Audit at SVPR
Residenza San Vinċenz de Paule – kuntrattur li jieħu ħsieb il-ġonna
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur jew il-kuntratturi li jieħdu ħsieb il-ġonna fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kif intgħażel dan il-kuntrattur jew kuntratturi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tenders relattivi u l-kuntratti ta' servizz li ġew iffirmati ma' dan il-kuntrattur jew kuntratturi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi, iż-żamma u t-tindif tal-ġonna ġewwa r-Residenza San Vinċenz De Paule huwa parti mis-servizzi anċillari fil-kuntratt tat-tindif.
Residenza San Vinċenz de Paule – kuntrattur li jieħu ħsieb il-laundry
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur li jieħu ħsieb il-laundry fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kif intgħażel dan il-kuntrattur u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender relattiv u l-kuntratt ta' servizz li ġie ffirmat ma' dan il-kuntrattur?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, m’ hemm l-ebda kuntrattur jieħu ħsieb il-laundry tar-Residenza San Vincenz de Paule. Il-Laundry tar-Residenza titmexxa mill-istess ħaddiema tar-Residenza.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Laboratorju tal-Kalibrazzjoni li jinsab Kordin tilifx l-akkreditazzjoni li kellu ma’ NAB-Malta? Jekk iva, tista' tgħid x’effett dan ħa jħalli fuq dawk il-kumpaniji li jużaw is-servizz ta’ dan il-laboratorju u tgħid ukoll x'passi u azzjonijiet ittieħdu kontra min kien responsabbli għal dan in-nuqqas?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-akkreditazzjoni tal-Laboratorju tal-Kalibrazzjoni ma ntilfitx imma ġiet sospiża mill-NAB-Malta sakemm jiġu pprovduti u verifikati dokumentazzjoni meħtieġa relatati ma’ proċeduri interni. Ma kien hemm l-ebda effett fuq il-kumpaniji li jużaw is-servizz ta’ dan il-laboratorju u s-servizz baqa’ jingħata bl-ogħla livell li dejjem ġie mogħti.
Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur – Diretturi u Diretturi Ġenerali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il Direttur Ġenerali u Direttur hemm fl-entitajiet kollha tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn kienu jokkupaw din il-pożizzjoni fl-1 ta' Marzu 2013 u għadhom jokkupaw din l-istess pożizzjoni llum?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-MCCAA hemm erba’ (4) Diretturi Ġenerali, għaxar (10) Diretturi u żewġ (2) Heads of Section.
Fl-1 ta’ Marzu 2013 kien hemm wieħed (1) Direttur Ġenerali, żewġ (2) Diretturi li saru Diretturi Ġenerali u tlett (3) Diretturi li kienu u għadhom jokkupaw
headship postions
.
National Centre for Quality and Scientific Affairs – progress għat-twaqqif
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi progress sar fit-twaqqif tan-National Centre for Quality and Scientific Affairs (NCQSA)? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studji jew rapporti li saru f’dan ir-rigward?
Response (DALLI, HELENA)
Wara diskussjonijiet li saru ma’ diversi entitajiet u laboratorji interessati kif ukoll ma’ istituzzjonijiet, u wara studju mill-MEU, ġie deċiż li l-ewwel pass ikun li jitwaqqfu networks ta’ laboratorji. Dawn in-networks ser jservu għall-aħjar użu ta’ xjenzati u tal-equipment. Għalhekk twaffaq il-Malta Laboratories Network li qed jaħdem għal dan il-għan.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar mill-MEU.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25770, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li kien finanzjat mill-Vot 33 u ftehim oħrajn relatati peress illi dawn għadhom ma tpoġġewx fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25770. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija voluminuża ħafna u għaldaqstant jekk hemm xi aġenzija partikolari li trid l-informazzjoni dwarha, nitlobha sabiex tispeċifika liema hi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25769, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li kien finanzjat mill-Vot 39 rikurrenti u ftehim oħrajn relatati peress illi dawn għadhom ma tpoġġewx fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25769. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija voluminuża ħafna u għaldaqstant jekk hemm xi aġenzija partikolari li trid l-informazzjoni dwarha, nitlobha sabiex tispeċifika liema hi.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kuntratturi kollha li ħadmu fuq ir-refurbishment kollha li sar sa issa fir-Residenza San Vinċenz de Paule fis-sena 2013, 2014, 2015 u 2016 (sa issa)? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm tħallas kull kuntrattur għal kull servizz tiegħu? Jista' jgħid ukoll liema minnhom ingħataw b'direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi, l-informazzjoni mitluba minnu dwar x-xogħol li sar f’San Vinċenz de Paule fis-sena 2013, 2014, 2015 u 2016 sa issa, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji tan-nefqa taħt il-progamm “Public Social Partnerships” (Item 5790) fis-sena 2015, Vot 39 rikurrenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li kien finanzjat minn dan il-vot u ftehim oħrajn relatati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t’hawn t’hawn:
Isem tal-Public Social Partnership Involut
Nefqa fis-Sena 2015
€
Għaqal id-Dar Ħajja Aħjar
8,486.80
Aġenzija Sapport - Star 25 by Inspire
276,094.50
Archidioceses of Malta (Dar Pirotta, Dar Qalb ta' Gesu' and Fra Diego Home)
844,025.38
Arka Foundation
535,161.64
Caritas Malta
320,000.00
Conservatorio Vincenzo Bugeja
549,997.00
Dar il-Kaptan
333,000.00
Fondazzjoni Dar il-Hena
75,262.00
Fondazzjoni OASI
308,910.00
Fondazzjoni Wens
286,267.90
id-Dar tal-Providenza
127,095.00
Inspire
273,200.00
Malta Association for Supported Employment
262,102.50
Nazareth Foundation
20,118.28
Richmond Foundation
263,000.00
Rise Foundation
77,472.00
Osanna Pia and Mamma Margerita Homes (Salesians)
135,201.78
St. Joseph's Home
16,688.01
Victim Support Malta
12,000.00
YMCA
131,802.00
Residential Half Way House
66,900.00
Government Property Department
801.30
Nefqa Totali
4,923,586.09