Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali fis-sena 2013, 2014, 2015 u 2016 separatament minn xulxin? Jista' jgħid ukoll f'liema lokalitajiet ingħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar – postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali mill-1 ta' Jannar li għadda sal-lum? Jista' jgħid ukoll f'liema lokalitajiet ingħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27770.

Pensjoni tal-invalidità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirċievu l-pensjoni tal-invalidità llum? Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-benefiċjarji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Pensjoni għall-Invalidità huwa ta’ 3916. Minn dan in-numru ta’ benefiċċjarji, 204 jgħixu barra minn Malta filwaqt li 3712 huma residenti f’Malta, skont kif qed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani – apparat ta’ call button/bell

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Djar tal-Anzjani tal-Gvern humiex kollha attrezzati b'apparat ta' call button/bell għall-anzjani li joqogħdu f'dawn id-djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Djar tal-Anzjani tal-Gvern huma kollha attrezzati b'apparat ta' call button/bell għall-anzjani li joqgħodu f'dawn id-djar. Fil-preżent, iżda, id-Direttorat għall-Anzjanita` Attiva u Servizzi fil-Kommunita’, kien qed jaħdem flimkien mad-Dipartiment tal-Kuntratti, fuq public tender għal provediment u nstallazzjoni ġdida ta` nurse call system għad-Dar tal-Anzjani ta` Bormla ( peress li s-sistema preżenti kien wasal iż-żmien li tinbidel għax hija beyond repair). Din il -public tender ġiet konkluża, u fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed tiġi installata din in- nurse call system il-ġdida Fejn jikkonċerna r-Residenza San Vinċenz de Paule, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, minn 34 sala, huma biss is-swali Rużar Briffa 3, 4 u 5 li m’għandhomx nurse call systems , hekk kif dawn is-swali qatt ma kienu mgħammra b’sistemi li jiffaċilitaw apparat ta’ nurse call system . Is-swali Rużar Briffa 1 u 2, bħalissa għaddejjin minn xogħlijiet estensivi; fejn bis-saħħa ta’ dan l-innovar, dawn is-swali ser ikunu qegħdin igawdu minn sistemi ta’ nurse call systems ukoll. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-swali 3, 4 u 5 tal-binja Rużar Briffa, qegħdin ukoll imdaħħla fil-master plan ta’ din il-blokka. Madanakollu, apparti nurse call system, hemm proċeduri viġenti biex ir-residenti, kemm ġewwa r-Residenza San Vinċenz kif ukoll ġewwa d-Djar tal-Anzjani kollha tal-Gvern, ikunu taħt il-moniteraġġ tal-istaff, għal kull bżonn u emerġenza tal-anzjani.

Pensjoni tal-Wens u Għajnuna Soċjali għall-Carers – tibdil fl-iskemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inbidlu dawn iż-żewġ skemi, jiġifieri l-Pensjoni tal-Wens (Carers Pension) u l-Għajnuna Soċjali għall-Carers (Social Assistance for Carers) skont kif ġie mħabbar fil-Baġit 2016? Jista’ jgħid min hu eleġibbli biex japplika u kemm persuni qed jibbenefikaw aktar minn din ir-reviżjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskusjonijiet twal u eżawrijenti mal-istakeholders u professjonisti fil-kamp tal-anzjani tkomplew u waslu fil-fażi konklussiva. Għalhekk, fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu f’pożizzjoni li nħabbru r-riforma. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din hija riforma kbira li minnha se jgawdu aktar nies li jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom ġewwa djarhom.

Skema ta’ Live-in Carer – anzjani li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il anzjan jew anzjana qed jibbenefikaw, sad-data ta' din il-mistoqsija parlamentari, mill-iskema ta’ live-in carer skont kif ġie mħabbar fil-Baġit 2016? Jista' jgħid ukoll x'kienet l-ispiża sal-istess data?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema li qed issir referenza għaliha, kif kien ġie mħabbar fil-Baġit, hija skema meqjusa bħala proġett pilota.

Skema ta’ Live-in Carer — kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlux il-kriterji sabiex anzjan jew anzjana jibbenefikaw mill-iskema ta’ live-in carer? Jekk iva, jista' jgħid meta nbidlu dawn il-kriterji u x'inhuma l-kriterji li nbidlu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-iskema li għadha meqjusa bħala proġett pilota, sarilha xi tibdiliet fix-xhur li għaddew. Dawn it-tibdiliet li qed issir referenza għalihom huma: Mill-1 t’Awwissu, 2016: · Bidla fl-isem minn “ Live-in Carer ” għal “ Carer at Home ” Mit-3 t’Ottubru, 2016: · Twessgħu il-kriterji tal-kwalifiċi tal- Carers , fejn issa qed tiġi aċċettata kull kwalifika rikonoxxuta, kif ukoll ċertifikati ta’ Trade Testing maħruġ mill- Jobsplus li juri kompetenza f’dan ix-xogħol.

Is-Swatar – proġett tas-social housing f’Tas-Sisla

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' social housing fuq l-art denominata bħala Tas-Sisla, fis-Swatar, fil-limiti ta' Birkirkara biswit il-Parroċċa tas-Swatar? Jista' jgħid kienx hemm bdil fil-pjanti oriġinali, u jekk kien hemm, x'inhuma t-tibdiliet li saru u jekk dawn it-tibdiliet ġewx approvati diġà? Jista' jgħid meta se tkun lesta din il-binja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa, għaddejjin taħdidiet mal-Awtorità tal-Ippjanar u awtoritajiet oħra, sabiex il-proġett ta’ social housing fuq l-art imsemmija, jkun jaqbel mal-linji gwida DC15. Il-pjanti tal-proġett imsemmi, jinsabu fi stadju avvanzat. Minħabba li t-taħditiet għadhom għaddejjin mhux possibli li jingħad meta ser titlesta l-binja.

Għawdex — Ir-Rabat – Taċ-Ċawla – xiri ta’ blokk bini

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma x-xiri ta' blokk bini f'Taċ-Ċawla fir-Rabat, Għawdex biex jintuża minn xi Dipartiment fil-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kien il-prezz li bih inxtara dan il-bini u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt u pjanta tal-istess bini? Jista' jgħid jekk din il-blokka nxtratx f'shell form jew finished? Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li hu maħsub li hemm bżonn, biex isiru spejjeż aktar biex din il-binja tkun tista’ tintuża jekk din il-binja nxtrat f'shell form? Jista' jgħid għal liema skop se jintuża dan il-bini u meta hu mistenni li jibda jintuża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-blokk ta’ bini f’Taċ-Ċawla, li qed issir referenza għalih, sewa €540,000.00; liema prezz jinkludi xogħlijiet ta’ finishing, installazzjoni ta’ lift u sistema ta’ arja kkundizzjonata kif ukoll il-kmamar tal-banju. Aktar dettalji jistgħu jinqraw fil-kuntratt li wieħed jista’ jagħmel referenza għalih faċilment hekk kif kopja tiegħu tista’ tinkiseb mill-arkivji notarili. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif diġa’ kien ġie mħabbar, it- tliet appartamenti tal-blokka, ser ikunu qegħdin jintużaw bħala residenza għall-persuni b’ diżabilita, minn fejn ħa jkun qiegħed jingħata s-sapport meħtieġ biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jgħixu ħajja mill-aktar indipendenti, fil-komunita’. Fix-xhur li ġejjin, ħa jkunu qegħdin jidħlu l-ewwel klijenti ġewwa din id-dar. Huwa maħsub li sal-aħħar ta’ din is sena, ikun hemm l-ewwel klijenti residenti ġewwa din id-dar, hekk kif kollox huwa lest biex jospita l-ewwel residenti. Fil-preżent, madanakollu, id-Dipartiment tal-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunità qiegħed jirranġa warehouse li ġiet pprovduta skont kif miftiehem fuq il-kuntratt.

Pensjonanti li baqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm hemm pensjonanti li għażlu li jibqgħu jaħdmu u ma japplikawx għall-pensjoni, skont kif ġie mħabbar fil-Baġit 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skont l-informazzjoni li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, in-numru ta’ persuni li sal-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena laħqu l-età ta’ 61 jew 62 sena u li jirriżulta li mhumiex jieħdu pensjoni, huwa ta’ 791.
Leg 12 PQ #26779 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kopji tar-reġistru elettorali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid huwiex minnu li bħalissa mhemmx kopji stampati tar-reġistru elettorali li normalment jinbiegħ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) lill-pubbliku? Jista' jgħid jekk il-kopji li kienu diġa' stampati u għall-bejgħ ġewx irtirati hekk kif ġew żvelati sensiela ta' nuqqasijiet fl-applikazzjoni ta' diversi persuni li isimhom ġie nkluż fir-reġistru elettorali ppublikat f'April 2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-verżjoni stampata din kienet giet sospiża biss temporanjament u dan sakemm saret verifika li tirrigwarda l-ispiża ta’ l-istampar. Dan sar f’qasir żmien u ninsab informat li r-Registru Elettorali fil-verżjoni stampata ilu li reġa jinsab għall-bejgħ. Il-bejgħ tal-verżjoni CD tar-Registru Elettorali qatt ma’ ġiet sospiża u l-bejgħ baqa’ għaddej.

Dar tal-Anzjani l-Imtarfa – ikla fl-okkażjoni tal-festa tal-Imnarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-ikla li kienet issir fl-okkażjoni tal-festa tal-Imnarja fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa, għall-anzjani kollha tad-djar residenzjali tal-Gvern m’għadhiex issir?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ta' kull sena, tiġi organizzata attivita' għall-Imnarja b'kontenut li jkunu jixtiequ r-residenti, fejn ukoll jiġi servut l-ikel. Din is-sena kien hemm ukoll kunċert b'siltiet minn opri u biċċiet oħra tal-mużika li huma popolari fost ir-residenti

Djar tal-Anzjani tal-Gvern — residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm hemm residenti anzjani fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani jgħixu f’kull Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta’ residenti li hemm fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern huwa ta’ 2007; liema ammont jinkludi wkoll l-anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule. Statistika dettaljata qiegħda tiġi provduta fit-tabella t’hawn taħt: Bormla 133 Mosta 68 Msida 64 Floriana 46 Mtarfa 123 Zammit Clapp 129 Mellieħa 180 Żejtun 203 Residenza San Vinċenz de Paule 1061

Djar residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew sabiex jidħlu fid-djar residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern illum? Jista’ jelenka n-numru ta’ applikanti li qed jistennew biex jidħlu f’kull dar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani jistennew sabiex jidħlu fid-djar residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern, fil-preżent, huwa ta’ 1386. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx lista’ ta’ stennija għal kull dar. Ngħarraf lill-Onor. Interpellent li l-lista ta’ stennija preżenti naqset minn żmien preċedenti, hekk kif bejn l-2011 u l-2015, il-lista ta’ stennija kienet kif ġej: 2011 – 1935 2012 – 1915 2013 – 2085 2014 – 2084 2015 – 1405

Dar tal-Anzjani f’Bormla — inċident

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’wassal biex anzjana taqa’ sular fid-Dar tal-Anzjani f’Bormla? Jista’ jgħid jekk kienx hemm rapporti simili qabel l-inċident tad-29 ta’ Ġunju li għadda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa għaddejin l-investigazzjonijiet neċċesarji biex jiġu aċċertati l-fatti kollha. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ma kienx hemm rapporti simili qabel l-inċident tad-29 ta’ Ġunju li għadda.

Dar tal-Anzjani f’Bormla — inċident

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jinvestigaw l-inċident li seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2016 fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin 2 investigazzjonijiet mill-entitajiet kollha kkonċernati.

Dar tal-Anzjani f’Bormla — inċident

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet temporanji ta’ sigurtà ttieħdu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla sakemm jiġu konklużi l-investigazzjonijiet li qed isiru dwar l-inċident li seħħ fid-29 ta’ Ġunju li għadda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellantlli, bħala miżura ta’ prekawzjoni, l-aċċess għall-post fejn seħħ l-aċċident ġie temporanjament magħluq.

Awtorità tad-Djar – kuntratti ta’ kera skaduti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għandha kuntratti ta’ kera li huma skaduti u li għad irid isir kuntratt ieħor ta’ kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26127.

Awtorità tad-Djar – persuni jistennew għall-appuntament biex jiffirmaw kuntratt ġdid għall-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex persuni li qed jistennew mingħand l-Awtorità tad-Djar sabiex jingħataw appuntament biex jiffirmaw kuntratt ġdid ta’ kiri fuq il-proprjetà tagħhom, mhumiex qed jitħallew iħallsu l-kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar qed timxi mal-kundizzjonijiet li joħorġu mill-istess kuntratti li qed issir referenza għalihom f’din il-Mistoqsija Parlamenatri u li tali kundizzjonijiet kienu mposti fis-snin preċidenti meta sar l-iffirmar tal-kuntratt li llum huwa skadut. Madanakollu, l-Awtorita’ qeda tara kull possibilita’ li tirregoralizza dawn il-kuntratti u tħares lejn il-vulnerabilita’ tagħhom.

Residenza San Vinċenz de Paule – kuntratt tas-servizz tal-ikel

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26122, jista’ l-Ministru jgħid jekk intgħażilx il-kuntrattur il-ġdid tas-servizz tal-ikel? Jista’ jgħid min hu l-kuntrattur il-ġdid u jgħid ukoll x’inhu t-terminu ta’ dan il-kuntratt il-ġdid?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, it-tender ħareġ u ġie aġġudikat, iżda ġiet ippreżentata oġġezzjoni mill-kuntrattur li ma ntagħżilx. Il-proċess kollu qed isir mid-Dipartiment tal-Kuntratti.