Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa l-Kap li se jkun qed jimplimenta d-direttivi tal-Bord tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016?
Jista' l-Prim Ministru jserraħ ras l-impjegati kollha li qabel kienu jwettqu dmirijiethom mas-servizz pubbliku u li issa qed jitqiesu bħala impjegati tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016 li ma kien hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li kienu jgawdu minnhom qabel dan it-tibdil se jibqgħu effettivi u viġenti mingħajr bla ebda tibdil li jista' jkun ta' detriment għalihom?
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28150 u jgħid min huma l-persuni, kumpaniji jew partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza fis-sena 2015 u fis-sena 2016 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu? Jista' jgħid kemm minn dawn saru permezz ta' direct order? Jista' jgħid x'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? Jista' jgħid x'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min se jkun qed jibbenefika mill-iskema ta' €300,000 imħabbra minn dan il-Gvern, sabiex jipprovdi ikel lil min ma jikkwalifikax fl-iskema tal-għotjiet tal-ikel tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista ta’ dawk li ser ikunu eliġibbli qegħda tiġi aġġornata sakemm ikun konkluż l-eżerċizzju tat-tender.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pensjoni tad-diżabilità ta’ persuni li assolutament ma jistgħux jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol, se tkun qed tilħaq l-ammont nett li persuna ddaħħal mill-paga minima tagħha u dan peress li fid-Diskors tal-Baġit 2017, il-Ministru tal-Finanzi qal li dan il-benefiċċju se jiżdied eventwalment u gradwalment?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tali żieda ser tkun qiegħda tingħata b’mod gradwali fuq tlett snin. Dan sabiex il-pensjoni tad-diżabilità ta’ persuni li assolutament ma jistgħux jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol, minħabba l-grad ogħli ħafna ta’ dipendenza tagħhom b’riżultat tad-diżabilita’ kbira tagħhom, sal-2019 tkun l-istess daqs l-ammont nett li mpjegat idaħħal mill-paga minima nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-diżabilitajiet li sal-lum mhumiex koperti bil-liġi u li skont il-Baġit 2017 issa se jiġu nklużi biex dawn il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jibdew jieħdu l-benefiċċju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont ir-riforma mħabbra fil-Baġit għas-sena 2017, fejn inħolqu tlett livelli ta’ assistenza, inizjalment l-amputazzjoni jew in-nuqqas ta’ funzjonalita’ kompleta ta’ driegħ jew riġel wieħed se tiddaħħal fil-liġi, sabiex tali persuni jibda jikkwalifikaw għat-tielet livell tal-Assistenza għal Diżabilità, kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-Gvern. Gradwalment huwa ppjanat li jiddaħħlu diżabilitajiet oħrajn.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni, kumpaniji jew partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza fis-sena 2015 u fis-sena 2016 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu? Jista' jgħid kemm minn dawn saru permezz ta' direct order? Jista' jgħid x'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? Jista' jgħid x'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex ser jinbnew djar għall-anzjani oħra apparti dik ta' Birkirkara? Jista' l-Ministru jgħid fejn ser ikun qed jibni dawn id-Djar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, m’hemmx pjanijiet li jinbnew djar għall-anzjani oħra apparti dik ta’ Birkirkara. Madanakollu, għaddejjin b’ħidma fuq diversi proġetti għal estensjoni ta’ numru ta’ djar tal-Gvern kif ukoll estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paule. Għaddejjin ukoll b’taħdidiet ma’ operaturi privati dwar xiri ta’ sodod.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell ġdid daħal fl-Uffiċċju tal-Arbitru bejn April 2016 sa Settembru 2016, xahar b'xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kien hemm 474 appell ġdid minn April 2016 sa Settembru 2016. It-tabella t’hawn taħt tinkludi f’aktar dettal il-lista ta’ dawn il-każijiet, xahar b’xahar.
Xahar
Numru ta' Appelli Reġistrati
Numru ta' Appelli
Deċiżi
Numru ta’ Appelli
Ċeduti/
Revokati/
Kanċellati/ deż
erti /
sine die
Numru ta’ Appelli li bdew jinstemgħu
Numru ta’ Appelli li għad iridu jinstemgħu
April
102
Nil
20
6
76
Mejju
60
1
11
3
45
Ġunju
65
Nil
9
1
55
Lulju
85
Nil
9
2
59
Awwissu
67
Nil
7
1
58
Settembru
95
Nil
11
Nil
84
Arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwaris-Sigurtà Soċjali – appelli pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm appelli pendenti b'kollox quddiem l-Arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Jista' jgħid kemm minnhom għadhom ma ġewx appuntati u għaliex dawn għadhom ma ġewx appuntati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minn Jannar 2016 sa Settembru 2016, kien hemm 1281 każ pendenti quddiem l-Arbitri li minnhom hemm 572 każ li għadhom ma ġewx appuntati.
L-Uffiċċju tal-Arbitru jagħmel minn kollox sabiex jappunta l-appelli li jidħlu fl-iqsar żmien possibbli. Bosta drabi, każijiet li jkunu appuntati ma jinqatgħux f’seduta waħda minħabba differimenti li jista’ jkun hemm bżonn, biex il-każ jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa.Dan ifisser li d-differimenti jkunu qed jieħdu post ieħor ta’ każ li ma jkunx jista’ jiġi appuntat.
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-pożizzjoni tal-appelli quddiem l-Arbitru minn Jannar sa Settembru.
Appelli
Jannar – Settembru 2016
Appelli pendenti sa Settembru 2016
1281
Appelli mhux appuntati sa Settembru 2016
572
Appelli li daħlu minn Jannar sa Settembru 2016
663
Numru ta’ Appelli decizi
252
Numru ta’ Appelli
Ċeduti/Revokati/Kanċellati/deżerti/
sine die
380
Numru ta’ Appelli differiti
153
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun ir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin mill-1 ta' Jannar 2017 skont il-miżura kif imħabbra fil-Baġit 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali, (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja, u għandha l-medja massima tal-kontribuzzjonijiet tas-sigruta’ soċjali, kif imħabbar f’dan il-Baġit, ser tkun ta’ €145.83 fil-ġimgħa.
Barra minn dan, din ir-rata trid ti¿died ukoll bi 80 fil-mija taż-żieda għall-ogħli tal-ħajja biex b’hekk b’kollox din ir-rata se tkun ta’ €147.23 fil-ġimgħa. Il-bonus tal-ogħli tal-ħajja jiżdied b’20 fil-mija taż-żieda għall-ogħli tal-ħajja (35c).
B’hekk b’kollox dawn il-pensjonanti se jkunu żdiedu €5.75 fil-ġimgħa minbarra li se jizdiedu ukoll fl-għajnuna supplimentari. Anke dawk li għandhom rati anqas għax m’għandhomx il-medja massima tal-kontribuzzjonijiet ukoll se jgawdu minn dawn l-istess żidiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu s-social workers li jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent hemm 3 social workers li qegħdin jagħtu servizz fil-Faċilita għall-Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul.
Fil-preżent ma jinħasx il-bżonn li jiżdied in-numru ta’
social workers,
hekk kif is-servizz li qiegħed ikun offrut, qed jingħata b’mod sodisfaċenti mingħajr ebda lista ta’ stennija għas-servizz.
Persuni b’diżabilità li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni b'diżabilità li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar għandha 197–il applikazzjoni pendenti minn persuni b’diżabilita’ li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jattendu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum tal-Anzjani, lokalità b'lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ anzjani li qed jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani, lokalita’ b’lokalita’ huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien biex jinħareġ il-benefiċċju tal-mard u dan peress illi hawn persuni li qed jirċievu dan il-benefiċċju saħanistra tliet ġimgħat tard? Jista' jgħid eżatt x'inhu l-proċess kollu sabiex id-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali ikun jista’ joħroġ dan il-benefiċċju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-proċess kompjuterizzat biex jitħallsu persuni li jkunu qed jagħmlu ċertifikati tal-mard, isir kull nhar ta’ Tlieta fejn jinqabdu dawk iċ-ċertifikati kollha li jkunu ġew keyed u verified mis-sezzjoni tal-back office f’Għawdex, fil-ġimgħa ta’ qabel bejn proċess u ieħor.
Il-pagament abbinat ma’ dawn iċ-ċertifikati li jkunu ġew ivverifikati, isir is-Sibt ta’ wara, jekk l-informazzjoni fuq iċ-ċertifikati tkun korretta.
Ta’ min jgħid li, jekk l-individwu jippreżenta ċertifikat mediku kull ġimgħa, allura l-pagament isir kull ġimgħa, imma jekk jippreżenta żewġ ċertifikati f’daqqa u jippreżentahom tard, allura l-pagament ta’ ġimgħa jinqabeż u s-Sibt li jkun imiss, jitħallas ta’ ġimgħatejn f’daqqa.
Ġeneralment, persuna titħallas taċ-ċertifikati tal-mard fi żmien ħmistax-il ġurnata u dan għar-raġuni skont meta ċ-ċertifikati jkunu waslu fid-Dipartiment u vverfikati bejn proċess u ieħor.
Dan il-perjodu ta’ ħmistax, jista’ jitwal jekk iċ-ċertifikati mibgħuta jkollhom xi dettalji nieqsa u allura jkollhom jintbagħtu lura lill-individwu.