Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li applikat għall-akkomodazzjoni soċjali b'applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għadha ma ġietx allokata post? Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex din il-persuna li għandha l-kura u l-kustodja tat-tifel u kostretta tgħix mal-ġenituri tagħha u ma’ membru ieħor tal-familja f'post żgħir ħafna, ma ġietx allokata post fejn tgħix? Jista' jara li din il-persuna tingħata l-attenzjoni li jixirqilha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnha qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Belt Valletta — Awtorità tad-Djar - postijiet vakanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għandha postijiet vakanti għall-akkomodazzjoni soċjali fil-lokalità tal-Belt Valletta? Jista' jgħid għaliex dawn il-postijiet għadhom vakanti jekk inhu l-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sallum, l-Awtorità tad-Djar għandha 13-il appartament, li fil-maġġoranza tagħhom huma b’kamra tas-sodda waħda, li jinsabu f’sulari differenti fil-lokalità tal-Belt u li jistgħu jiġu allokati għall-akkommodazzjoni soċjali. Il-Bord tal-Allokazzjoni qed jevalwa u jara d-domanda u l-bżonnijiet tal-każijiet.
Belt – Valletta — Awtorità tad-Djar – postijiet vakanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għandha postijiet vakanti għall-akkomodazzjoni soċjali fil-lokalità tal-Belt Valletta iżda li għandhom ħsarat konsiderevoli u li huma inabitabbli? Jista' jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex se tkun qed tagħmel ir-riparazzjonijiet meħtieġa u jekk iva, meta se jkunu qed isiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interperllant illi, il-postijiet li l-Awtorità tad-Djar għandha fil-pussess tagħha fil-lokalità tal-Belt Valletta, huma proprjetà tad-Dipartment tal-Artijiet jew tal-Uffiċċju Konġunt. L-Awtorità qed tevelwa l-passi meħtieġa dwar propjetajiet ta’ ħsarat konsiderevoli u li huma inabitabbli.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29521, jista' l-Ministru jgħid x'wassal sabiex ikun hemm biss sitt adozzjonijiet minn pajjiżi barranin? Jista' jgħid għaliex kien hemm dan it-tnaqqis drastiku u x'qed isir sabiex din il-problema ma testendix għal din is-sena li qegħdin fiha u għas-snin li ġejjin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, hija l-prerogattiva tas-sending country li tiddeċiedi f’liema pajjiż tibgħat it-tfal tagħha. Matul is-sena 2016, minbarra s-sitt każijiet li ġew konklużi, kien hemm numru ta’ tfal minn pajjiżi barranin li ġew imqabbla ma’ koppji Maltin, u għaldaqstant qegħdin fil-proċess li jiġu addottati minn ġenituri adottivi prospettivi Maltin. Dawn jinkludu:
· 2 adozzjonijiet mill-Portugal;
· 15–il adozzjoni mill-Indja;
· 5 adozzjonijiet mis-Slovakkja; u
· Adozzjoni waħda mir-Russja.
Proprju fil-jiem li għaddew ġew konklużi żewġ adozzjonijiet; waħda mis-Slovakkja u oħra mill-Indja, bit-tfal jaslu Malta flimkien mal-ġenituri adottivi tagħhom.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, barra minn hekk, l-Awtorità Ċentrali tgħaddi lista ta’ pajjiżi li lesti jikkoperaw ma’ Malta fil-qasam tal-adozzjonijiet internazzjonali, lill-aġenziji tal-adozzjoni Maltin sabiex dawn, min-naħa tagħhom, ikunu jistgħu jibdew il-proċess ta’ ko-operazzjoni fil-qasam tal-adozzjonijiet internazzjonali ma’ dawn il-pajjiżi, bil-ħsieb li l-ġenituri adottivi prospettivi jiġu pprovduti b’aktar għażliet minn fejn jistgħu jadottaw.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29430 u jgħid kemm koppji bbenefikaw mill-Marriage Grant fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena b'mod separat? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża annwali għal kull sena msemmija? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-koppji li rċevew din il-Marriage Grant qegħdin f'unjoni ċivili?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuni li bbenefikaw mill-Għotja għaż-Żwieġ u n-nefqa annwali għas-snin imsemmija, kienet kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Koppji li bbenefikaw mill-Għotja għa
ż
-
Ż
wieġ
Persuna waħda mill-koppja li bbenefikat mill-Għotja għa
ż
-
Żwieġ
Total ta' Benefiċjarji
Nefqa
2013
1,381
199
2,961
€779,827.57
2014
1,474
204
3,152
€847,973.22
2015
1,534
182
3,250
€879,037.50
2016
1,539
196
3,274
€892,069.63
Total
5,928
781
12,637
€3,398,907.92
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux statistika dwar koppji li rċevew l-Għotja għaż-¯wieġ u li qegħdin f’unjoni ċivili.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29431, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn ġenituri li ma jaħdmux, ma rċevewx iċ-Children's Allowance kollu dovut lilhom f'Diċembru li għadda? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawn il-ġenituri li ma rċevewx dan il-ħlas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ ġenituri li ma jaħdmux u li ma rċevewx iċ-Children Allowance kollu dovut lilhom f’Diċembru li għadda jammonta għal 47. Dawn il-każijiet issa għaddej ix-xogħol fuqhom sabiex jitħallsu id-differenza fir-rata dovuta lilhom sas-Sibt 28 ta’ Jannar 2017.
Anzjani — pensjoni tal-irtirar u pensjoni tas-servizz
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti llum li filwaqt li għandhom il-pensjoni tal-irtirar igawdu wkoll mill-pensjoni tas-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ pensjonanti li għandhom pensjoni tal-irtirar u li igawdu ukoll minn pensjoni ta’ servizz huwa ta’ 13,004.
Jista' l-Ministru jgħid kull meta ser ikun qiegħed jagħti ż-żidiet fil-pensjoni tad-diżabilità sabiex sal-2019 il-persuni b'diżabilità jkunu qed jirċievu l-istess daqs l-ammont nett li impjegat idaħħal mill-paga minima nazzjonali? Jista' jgħid jekk dawn iż-żidiet humiex ser ikunu qed isiru darba fis-sena għal kull sena sal-2019 jew perjodikament? Jekk perjodikament, jista' jagħti d-dati ta' meta ser ikunu qegħdin isiru dawn iż-żidiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, r-rata stabbilita għas-sena 2017 għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa hija ta’ €120 fil-ġimgħa.
Fid-diskors tal-baġit għal din is-sena kien intqal li l-ewwel livell se jikkonċerna lil dawk il-persuni b’diżabilità li assolutament ma jistgħux jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol skont il-Barthel Index.
Dawn se jkunu qed jirċievu l-ogħla rata ta’ benefiċċju li se tiżdied, bil-għan li, eventwalment u gradwalment, din ir-rata tkun ekwivalenti għall-ammont nett li persuna ddaħħal mill-Paga Minima.
Ir-rata kemm se tkun fis-snin li ġejjin tiġi stabbilita fil-baġits li jmiss, bi qbil mal-Ministeru tal-Finanzi.
Residenza San Vinċenz de Paul – anzjani morda bin-Norovirus
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm anzjani fir-Residenza San Vinċenż de Paul li ġew affetwati bil-Norovirus fix-xahar ta' Diċembru li għadda? Jekk iva, jista' jgħid kemm kienu l-anzjani li kienu affetwati u f'liema wards kienu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kazijiet li rrizultaw kienu fil-parametri tal-volum ta' kazijiet simili li jinqalgħu kull sena fil-perijodu indikat.
Il-Belt Valletta, Floriana, il-Ħamrun, il-Marsa, Gwardamangia/Pietà u Santa Venera – stennija għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, Floriana, il-Ħamrun, il-Marsa, Gwardamanġia/Pietà u Santa Venera li qed jistennew li jidħlu fir-Residenza San Vinċenż de Paul, lokalità b'lokalita', b'mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 199 anzjan jew anzjana li qed jistennew biex jidħlu f’waħda mid-djar tal-anzjani jew ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, mill-lokalitajiet li qed issir referenza għalihom.
Il-Belt Valletta, Floriana, il-Ħamrun, il-Marsa, Gwardamangia/Pietà u Santa Venera – stennija għad-Djar tal-Anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, Floriana, il-Ħamrun, il-Marsa, Gwardamanġia/Pietà u Santa Venera li qed jistennew li jidħlu f'xi Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 29256.
Awtorità tad-Djar – Triq il-Gardenja — kumpens għal ħsarat f’appartamenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemmx benefiċjarji tal-Awtorità tad-Djar li joqogħdu fl-appartamenti rispettivi tagħhom fi Triq il-Gardenia li soffrew ħsarat fl-appliances tagħhom minħabba ħsara li saret mill-Awtorità tad-Djar jew kuntrattur imqabbad minnha, waqt xogħlijiet li kienu qed isiru fil-15 ta' Settembru 2016? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il household ġiet milquta b'din il-problema u jgħid ukoll x'qed isir mill-Awtorità tad-Djar sabiex dawn il-persuni jkunu kkumpensati għall-ħsarat kollha li sofrew? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu kkumpensati għal dawn il-ħsarat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar m’għanda l-ebda rapport jew evidenza li xi kuntrattur imqabbad minnha għamel ħsara fil-blokk imsemmi li setgħet ikkaġunat ħsarat fl-appliances ta’ persuni li joqogħdu fl-istess blokk. Għaldaqstant l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex lanqas id-dettalji mitluba dwar il-każ.
Ċentri tal-Anzjani – sistema ta’ arja kundizzjonata
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri tal-anzjani li ma għandhomx sistema ta' arja kundizzjonata? Jista' jgħid ukoll kif qed jissaħħnu dawn id-day centres fin-nuqqas ta' din is-sistema aktar u aktar f'dawn il-ġranet fejn qed tagħmel ħafna kesħa u bil-Gvern stess joħroġ twissijiet partikolarment għall-anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma l-Onor. Interpellant li, fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ta’ Birkirkara u tas-Siġġiewi ma teżistix sistema ta’ arja kundizzjonata. Madanakollu, fiż-żewġ ċentri msemmija, ittieħdu l-passi meħtieġa biex l-anzjani ma jsofrux il-kesħa. Tajjeb li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li dawn iż-żewġ ċentri huma proprejtà tal-kunsilli lokali tal-istess lokalitajiet.
Residenza San Vinċenz de Paul – sistema ta’ arja kundizzjonata
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-swali fir-Residenza San Vinċenz de Paul li ma għandhomx sistema ta' arja kundizzjonata jew għandhom sistema li mhijiex qed taħdem, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jagħti elenku tas-sistemi li mhux qed jaħdmu minħabba ħsarat fihom, jgħid f'liema sala qegħdin, kemm ilhom weqfin u meta se jkunu qed jiffunzjonaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li, kull sistema tal-arja kundizzjonata fis swali ta' San Vinċenz de Paul qed tiffunzjona.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ddaħħlet sistema li permezz tagħha kull ħsara tiġi rrapurtata b’mod immedjat biex b’hekk il-ħsarat jiġu ndirizzati mill-kuntrattur. Iddaħlet ukoll proċedura sabiex kull meta ikun hemm ħsarat, is-swali jkunu pprovduti b'sistemi temporanji ta' arja kundizzjonata.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – kuntratti ta’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għandhiex kuntratti mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom u jgħid ukoll meta daħal fis-seħħ kull kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista’ jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli u d-Dipartimenti, entitajiet, u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, ma taw l-ebda kuntratt lill-Kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw b’mod separat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal minn koppji jew individwi Maltin bejn Jannar 2016 u Diċembru 2016 minn pajjiżi barranin, pajjiż b'pajjiż b'mod individwali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bejn Jannar 2016 u Diċembru 2016, ġew addottati 6 itfal minn koppji jew individwi Maltin minn pajjiżi barranin, kif ġej:
· Adozzjoni waħda mill-Albanija;
· 3 adozzjonijiet mis-Slovakkja;
· Adozzjoni waħda mir-Russja; u
· Adozzjoni waħda mill-Indja.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, matul l-2016, numru ta’ tfal minn pajjiżi barranin ġew imqabbla ma’ koppji Maltin, u qegħdin fil-proċess li jiġu addottati, minn ġenituri adottivi prospettivi Maltin. Dawn jinkludu:
· 2 adozzjonijiet mill-Portugal;
· 15–il adozzjoni mill-Indja;
· 5 adozzjonijiet mis-Slovakkja; u
· Adozzjoni waħda mir-Russja.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità tad-Djar se tkun qed tagħti lura l-ħlas ta' kera żejda li ħallsu dawk il-persuni li jgħixu f'akkomodazzjoni soċjali u li sofrew żidiet fil-kirjiet tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-ħlas lill-inkwilini li jikkwalifikaw għall-miżura li ġiet imħabbra fil-Baġit ta’ din is-sena , rigward ir-rifuzzjoni ta’ kera u li joqogħdu fi proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar, huwa propost li ser jingħata lilhom matul din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iffirmati kuntratti ta' kiri fis-sena 2016 mill-Awtorità tad-Djar ta' kirjiet li kienu skaduti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-proprjetajiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar kompliet iġġedded il-kuntratti li kienu saru fis-snin 2009, 2010 u fl-2011. Fl-2016 ġġeddu 11-il kuntratt li kienu skadew fis-sena 2016. Dawn il-proprjetajiet huma mferxin ma’ Malta u Għawdex.
Tali proċess għadu għaddej.