B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29986, jista' l-Ministru jgħid ma' min qed isiru d-diskussjonijiet dwar il-ftuħ ta' Ċentri ta' Matul il-Jum u jgħid ukoll fejn ser ikunu qed jinfetħu dawn iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-diskussjonijiet dwar ftuħ ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum għaddejjin mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29985, jista' l-Ministru jgħid jekk meta ngħad li għaddej b'diskussjonijiet biex iżid is-sodod, jeskludix li se jkun qed iżid is-sodod permezz ta' djar ġodda tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà weġebit f’mistoqsija parlamentari 29985, il-Gvern għaddej kontinwament b'diskussjonijiet biex iżid is-sodod sabiex tkun indirizzata d-domanda preżenti kif ukoll dik proġettata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jkunu qed jinfetħu Djar tal-Anzjani matul din is-sena? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il Dar tal-Anzjani se jkun qed jiftaħ u f'liema lokalità se jkunu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-Gvern għaddej kontinwament b'diskussjonijiet biex iżid is-sodod sabiex tiġi indirizzata d-domanda preżenti kif ukoll dik proġettata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun qed jiftaħ Day Centres matul din is-sena? Jekk iva, jista’ jgħid kemm u f'liema lokalità se jkunu qed jinfetħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul din is-sena ser inkunu qed niftħu Ċentri ta’ Matul il-Jum. Bħalissa għaddejin b’diskussjonijiet dwar dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun qed jiftaħ Night Shelters matul din is-sena? Jekk iva, jista’ jgħid kemm u f'liema lokalità se jkunu qed jinfetħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul din is-sena ser inkunu qed niftħu Night Shelters. Bħalissa għaddejin b’diskussjonijiet dwar dan ir-rigward.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29931, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jieħu lura l-pussess taċ-ċwievet tal-fond imsemmi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tagħmel l-investigazzjoni neċessarja sabiex jiġi stabbilit x'inhi r-raġuni li l-post hawn imsemmi qed jiġi identifikat bħala vakanti.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuni li qed japplikaw għal kull assistenza għal diżabilità qed jintalbu sabiex jagħtu rendikont tar-riżorsi kapitali tagħhom u kull dħul ieħor inkluż jekk humiex azzjonisti jew sħab f'xi kumpanija u kemm hu n-numru u l-valur tal-ishma u d-dividendi li jirċievu? Jista' jgħid din taffettwax l-ammont ta' assistenza li tingħata lill-applikant?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bir-riforma li tikkonċerna l-Assistenza ta’ Diżabilità, hija l-Assistenza Miżjuda Għal Diżabilità Severa (ISDA) biss, li m’għandhiex bżonn tat-test tal-mezzi.
Għal din ir-raġuni, persuni li japplikaw għal Assistenza għal Diżabilità Severa (SDA), Assistenza għal Persuni b’Vista Batuta (BLD) kif ukoll Assistenza għal Diżabilita` (DA) iridu jissottomettu dikjarazzjoni u jipprovdu dokumenti dwar id-dħul kollu li mhux ġej minn xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-Belt Valletta fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont tal-istima li ġiet maħduma għax-xogħlijiet li jridu jsiru fi Triq Adelaide Cini kantuniera ma’ Triq Vivion u Triq il-Marki¿ Scicluna, f'Santa Venera? Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu qed jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obbligi tagħhom. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq imbagħad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont tal-istima li ġiet maħduma għax-xogħlijiet li jridu jsiru fi Triq Tumas Dalli kantuniera ma’ Triq il-Ferrovija f'Santa Venera? Jista' jgħid meta ser ikunu qed jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti minn din it-triq għadha ma ġietx żviluppata. Il-parti li hija żviluppata fil-fatt diġà kienet asfaltata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma x-xogħlijiet maġġuri fiċ-ċentru tal-Ħamrun li saru fl-2016? Jista' jgħid ukoll x'hemm ippjanat li jsir matul din is-sena, fejn ser ikun qed isir u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena 2016 saru xogħlijiet ta’ resurfacing tul il-Marsa/Ħamrun Bypass. Għal din is-sena Transport Malta se tkun qiegħda tagħmel xogħlijiet fuq il-bankini u tibdil ta’ servizzi fiċ-ċentru tal-istess lokalità.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun qed jagħmel biex titneħħa l-anomalija li teżisti bħalissa fejn hemm persuni li qed ikunu mċaħħda mit-tag għal xufier ta' taxi u dan għaliex l-individwu jkollu kondotta ħażina, mentri l-istess persuna tista' tkun qed taħdem bħala xufier ma’ tal-linja? Jista' l-Ministru jgħid jekk b'din ir-reviżjoni, persuni li jkunu fuq probation humiex se jkunu intitolati sabiex ikollhom tag għal xufier ta' taxi? Jista' jgħid meta se jkunu qed jinbidlu dawn ir-regolamenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta qed taħdem fuq ir-reviżjoni u l-armonizzazzjoni tar-regolamenti preżenti sabiex tiġi ndirizzata din l-anomalija, li ta’ min wieħed jiċċara ma ġietx maħluqa taħt l-amministrazzjoni preżenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' bullying ġie rraportat fl-iskejjel kollha tal-Gvern fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena? Jista' jindika wkoll f'liema skejjel sar dan il-bullying kif irraportat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ każijiet ta’ bbuljar bejn studenti li ġew irrapportati lill-Anti-Bullying Services fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali mill-iskejjel tal-Gvern huma kif ġej:
Kazijiet ta’
bullying
irrapportati
Sena
2013
2014
2015
2016
Każijiet irra
pportati
212
259
273
423
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – applikazzjonijiet għall-impjiegi
Question
Jista' l-Ministru jgħid, matul is-sena 2016 kemm ħarġu applikazzjonijiet għall-impjieg fil-Ministeru tiegħu jew f'kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm ġew impjegati minnhom, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew kuntratt indefinit? Jista' jgħid f'kull każ x'kien il-grad u/jew nomenklatura tal-impjieg li ġew imħaddma fih?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba, li hija wahda kumplessa u li trid tinġabar minn diversi entitajiet għadha qed tinġabar u għaldaqstant, it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment – fondi lill-għaqdiet filantropiċi/NGOs
Question
Jista' l-Ministru jsemmi l-għaqdiet kollha filantropiċi/NGOs jew organizzazzjonijiet simili li tqassmu lilhom fondi ġejjin mill-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment? Jista' jgħid ukoll x'ammont ingħata sa issa lil kull għaqda filantropika/NGO jew organizzazzjoni simili?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Identity Malta ma tqassamx fondi lil għaqdiet filantropiċi/NGOs jew organizzazzjonijiet simili. Huma l-applikanti tal-Programm ta’ Cittadinanza b’Investimentl li jagħżlu li jagħtu donazzjonijiet lil dawn l-għaqdiet.
Sal-aħħar tas-sena 2016, kien hemm 215-il donazzjoni t’total globali ta’ €1,703,700
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Ħamrun fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità ta' Santa Venera fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Marsa fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Gwardamangia u Pietà – rapporti ta’ reati kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalitajiet ta' Gwardamangia u Pietà fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-National Police System hija sistema komuni għall- ġbir ta’ rapporti tal-Pulizija. Il-lokalitajiet inkorporati fis-sistema huma bbażati fuq il-Kunsilli Lokali u peress illi Gwardamanġia m’għandiex Kunsill Lokali għaliha, din ma tagħmilx parti mill-lista ta’ lokalitajiet inklużi fis-sistema.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-appartament li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex f'idejn l-Awtorità tad-Djar? Jekk iva, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-proprjetà tingħata għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-appartament imsemmi huwa proprjetà tal-Gvern li tiegħu l-Awtorità tad-Djar m’għandiex il-pussess taċ-ċwievet.