Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31369 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – tibdil fir-responsabilità tas-sigurtà tal-istrong rooms

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30950, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi forma ta’ tibdil fir-responsabilità tas-sigurtà tal-istrongs rooms li jinsabu fl-Istamperija tal-Gvern u li sal-lum hija tal-Kummissjoni Elettorali? Jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn it-tibdiliet u x’kienet ir-raġuni wara dawn it-tibdiliet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 30683 li t-tweġiba tagħha għada tgħodd u ninfurmha li m’hemm l-ebda ħsieb li jsir tibdil fir-responsabilitá tas-sigurtá tal-istrong rooms fl-Istamperija tal-Gvern.

Att III tal-2014 – persuni li ġew eżenti minn responsabilità kriminali fil-konfront ta’ minuri

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30948, jista’ l-Ministru almenu jgħid kemm ir-rapport sar fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Tender għal ikel

Question

B’referenza għat-tender tal-ikel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ippubblikat fit-30 ta’ Settembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ewwel konsenja ġietx imqassma diġà? Jista’ jgħid kemm-il persuna bbenefikaw minn din l-ewwel konsenja? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll liema kategorija ta’ persuni kkwalifikaw għal dan l-ikel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li rebaħ it-tender iffirma l-kuntratt u t-tqassim se jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Minn din l-iskema se jibbenefikaw 33,000 persuna u se tirċievi dan l-ikel kull familja li tirċievi xi forma ta’pensjoni/għajnuna soċjali mhux kontributorju u li d-dħul tagħha ma jaqbisx €8,886-00 u li għaldaqstant tirċievi l-benefiċċju tal-Enerġija u li ma tkunx diġà bbenefikat mill-iskema tat-tqassim tal-ikel iffanzjata mill-Unjoni Ewropea.

Persuni li għalqu l-75 sena – għotja ta’ €300 fis-sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawk li għalqu 75 sena u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom ser ikollhom jistennew li jagħlqu s-76 sena biex jieħdu l-għotja ta’ €300 fis-sena meta fil-Baġit 2017 ingħad speċifikament li kull min jagħlaq il-75 sena u li għadu jgħix id-dar tiegħu ser ikun qed jieħu din l-għotja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija żbaljata għaliex persuna li tagħlaq l-età ta’ 75 matul is-sena, titħallas pro-rata mid-data ta’ għeluq snin il-persuna sal-aħħar tas-sena. Għal dan il-għan isiru diversi proċessi matul is-sena mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex kull min jagħlaq il-75 sena, jitħallas pro-rata sal-aħħar tas-sena. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, għal din is-sena diġà sar l-ewwel proċess u kull min kien intitolat għal din l-għotja tħallas fl-4 ta’ Frar. Il-proċess li jmiss se jsir ftit tal-ġimgħat oħra u proċessi oħrajn ikomplu isiru matul is-sena kollha.

Awtorità tad-Djar – applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar stħarrġitx l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien l-eżitu? Jekk le, jista’ jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien sabiex tkun ikkunsidrata din l-applikazzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnha qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jikkonferma li din l-applikazzjoni qed tingħata prijorità minħabba n-natura tal-każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnha qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Att III tal-2014 – persuni li ġew eżenti minn responsabilità kriminali fil-konfront ta’ minuri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30675 u ċjoè: B’referenza għall-Att III tal-2014, l-Att li jkompli jemenda l-Kodiċi Kriminali, jista’ l-Ministru jgħid kemm ir-rapport kien hemm kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena u li ma setgħux jittellgħu l-Qorti għaliex ġew eżenti minn responsabilità kriminali skont l-istess Att, fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx b’dan il-mod minħabba li l-korp qatt ma kellu sistema elettronika biex jinżammu r-records.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30674 u jgħid kemm-il rapport kien hemm dwar vjolenza domestika fis-sena 2016 u kemm minnhom ġew investigati? Jista’ jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq vjolenza domestika fis-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #30950 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – vakanza għal Chief Printer

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30682, jista' l-Ministru jgħid għaliex inħarġet vakanza ġdida għal Chief Printer fl-Istamperija tal-Gvern meta diġà jeżisti dan il-post? Jista ' jikkonferma jekk fl-Istamperija tal-Gvern huwiex se jkun hemm żewġ Chief Printers?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vakanza l-ġdida ghal Chief Printer ħarġet bhala parti mill-istrutturar tal-Istamperija tal-Gvern. Iż-żewġ Chief Printers se jkollhom rwoli differenti u distinti minn xulxin.
Leg 12 PQ #30683 Sitting 480 2017-02-08 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – Kummissjoni Elettorali – sigurtà tal-iStrong Rooms

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli llum mis-sigurtà tal-istrong rooms li qegħdin fl-Istamperija tal-Gvern u li huma proprjetà tal-Kummissjoni Elettorali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-responsabbiltà tal-istrong rooms li qegħdin fl-Istamperija tal-Gvern hija tal-Kummissjoni Elettorali bil-kollaborazzjoni tad-Direttur tal-istess Stamperija.

Assistenza għall-diżabilità

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30317, jista' l-Ministru jikkonferma li għajr għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, kull Assistenza għal Diżabilità ser tkun soġġeta għat-test tal-mezzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kull Assistenza għal Diżabilità, jiġifieri l-Assistenza għal Diżabilità Severa, l-Assistenza għal Persuni b’Viżta Batuta u l-Assistenza għal Diżabilità huma skont it-test tal-mezzi skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Madankollu, dħul minn impjieg ma jgħoddx fit-test tal-mezzi. Mill-banda l-oħra ma hemmx test tal-mezzi fuq l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport kien hemm dwar vjolenza domestika fis-sena 2016 u kemm minnhom ġew investigati? Jista’ jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq vjolenza domestika fis-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Att III tal-2014 – rapporti kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena

Question

B’referenza għall-Att III tal-2014, l-Att li jkompli jemenda l-Kodiċi Kriminali, jista’ l-Ministru jgħid kemm ir-rapport kien hemm kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena u li ma setgħux jittellgħu l-Qorti għaliex ġew eżenti minn responsabbilità kriminali skont l-istess Att, fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30680 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern — impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-Istamperija tal-Gvern? Jista’ jgħid x’inhu r-rwol u l-grad ta’ kull impjegat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Bħalissa fl-Istamperija tal-Gvern hemm erbgħa u ħamsin (54) ħaddiem li jinqasmu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Ir-rwol ta’ kull grad joħroġ mill-istess nomenklatura. Numru ta’ impjegati Rwol 1 Director (GPP) 1 Chief Printer 3 Assistant Chief Printers 2 Principal 1 Printing Standards Reviewer 5 Inspector (Printing Press) 1 Technical Officer 24 Senior Printer 2 Executive Officers 1 Clerk 1 Officer in Scale 16 6 Printer 4 General Hand 1 Watchman 1 RSS employee on Watchman duties
Leg 12 PQ #30681 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – Chief Printers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid bħalissa kemm hemm Chief Printers fl-Istamperija tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30680.
Leg 12 PQ #30682 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – Chief Printers — responsabilitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-responsabiltajiet taċ-Chief Printer tal-Istamperija tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-responsabiltajiet taċ-Chief Printer huma kif imqassam hawn taħt: i) ir-responsabilità għat-tmexxija fis-sezzjonijiet tal-produzzjoni; ii) it-tħejjija tad-dokumenti tal-offerta għax-xiri ta’ tagħmir / materjal; iii) iż-żamma tad-dixxiplina u kontroll tal-impjegati; iv) l-ippjanar u t-tmexxija tal-programmi ta’ manutenzjoni fis-sezzjonijiet kollha; v) dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Pensjoni tal-Invalidità – talbiet pendenti quddiem il-Bord Multi Dixxiplinarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal reviżjoni quddiem il-Bord Multi Dixxiplinarju rigwardanti l-Pensjoni tal-Invalidità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ każijiet pendenti għal reviżjoni quddiem il-Bord Multi Dixxiplinarju jammonta għal 16.

Pensjoni tal-Invalidità – talbiet pendenti quddiem il-Bord Multi Dixxiplinarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ talbiet għal reviżjoni quddiem il-Bord Multi Dixxiplinarju rigwardanti l-Pensjoni tal-Invalidità fis-snin 2014, 2015 u 2016, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ talbiet għal reviżjoni tal-Pensjoni tal-Invalidità quddiem il-Bord Multi Dixxiplinarju, fis-snin imsemmija, kien kif qiegħed ikun muri fit-tabella t’hawn taħt: Sena Każijiet 2014 85 2015 72 2016 113

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Pensjoni tal-Invalidità – persuni li appellaw quddiem l-Arbitru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni appellaw quddiem l-Arbitru skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn deċiżjoni ta’ ċaħda mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-pensjoni tal-Invalidità fis-snin 2014, 2015 u 2016, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnha hi skont it-tabella murija hawn taħt: Appelli 2014 2015 2016 Appelli Irreġistrati 92 78 79

Ftuħ ta’ night shelters

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29987, jista' l-Ministru jgħid ma' min qed isiru d-diskussjonijiet dwar il-ftuħ ta' Night Shelters u fejn ser ikunu qegħdin jinfetħu dawn in-Night Shelters?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-diskussjonijiet dwar ftuħ ta’ Night Shelters għaddejin ma’ entitajiet diversi.