Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – għajnuna lill-għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2015? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – għajnuna lil għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – sit elettroniku – ammont ta’ viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ viżitaturi fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2014, 2015 u 2016, sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il talba rċeviet l-Awtorità tad-Djar minn fuq dan is-sit fis-snin imsemmija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Għajnuna ta’ mard – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mhijiex intitolata għall-għajnuna tal-mard u dan meta d-dħul tagħha ma jaċċedix dak rikjest mil-liġi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ tal-persuna msemmija kien maħdum mill-ġdid wara li reġgħet applikat fejn issa l-kapital mhux jeċċedi dak stabbilit mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

Identity Malta – applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti fil-preżent ġewwa Identity Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma għal ċittadinanza biż-żwieġ, b'naturalizzazzjoni u taħt l-iskema IIP?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija li għaddew mill-istadji kollha meħtieġa u jonqoshom biss il-firma tiegħu? Jista’ jgħid kemm minnhom saret l-applikazzjoni għalihom fis-sena 2015 jew qabel u ta' liema sena hi l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Persuni li jkunu jħallsu l-kontribuzzjonijiet – bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bonus li jitħallas kull sena lil numru ta’ persuni li jkunu ħallsu l-kontribuzzjonijiet imma li ma ħallsux biżżejjed biex jikkwalifikaw għall-pensjoni, tibqax tingħata meta dawn il-persuni jagħlqu l-75 sena u jikkwalifikaw għall-għotja ta’ €300 persuni li jkunu għadhom jgħixu d-dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-bonus li jitħallas kull sena lil numru ta’ persuni li ma jkunux ħallsu kontribuzzjonijiet biżżejjed biex ikunu intitolati għall-pensjoni, jingħata sakemm dawn l-istess persuni jagħlqu l-75 sena u wara jikkwalifikaw għall-għotja ta’ €300 jekk ikunu għadhom jgħixu ġewwa darhom.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – White Papers

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-White Papers kollha maħruġa mill-Ministeru tiegħu matul din il-leġislatura?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, tispeċifika x’dokumenti qiegħda titlob. Il-Ministeru tiegħi ħareġ numru ta’ dokumenti u strateġiji li kienu ukoll miftuħa għal konsultazzjoni pubblika, f’din il-leġislatura li pero’ ma kienux strettament White Papers.

Awtorità tad-Djar – Skema ta’ Equity Sharing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema Equity Sharing maħruġa mill-Awtorità tad-Djar fl-2007?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, 230 persuna ibbenefikaw mill-Iskema tal-Equity Sharing maħruga mill-Awtorità tad-Djar fl-2007.

Awtorità tad-Djar – skema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema maħruġa mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2008 fejn l-Awtorità tad-Djar kienet tagħti għotja sa massimu ta’ 30% tal-pagamenti annwali tas-self għall-perjodu tal-ewwel 10 snin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kienu 36 persuna li bbenefikaw mill-Iskema tal-2008 maħruġa mill-Awtorita’ tad-Djar li kienet toffri għotja fuq il-pagamenti tas-self lill-applikanti.
Leg 12 PQ #31371 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern — tenders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu tenders fis-sena 2016 għax-xiri ta' karta u materjal ieħor ġewwa l-Istamperija tal-Gvern? Jista’ jgħid kemm kien il-valur ta’ kull tender li kien mogħti u jista’ jgħid ukoll min kienu l-kuntratturi li ngħataw dawn it-tenders?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fis-sena 2016 hareġ tender wiehed (1) għax-xiri ta’ karta għall-valur ta’ EUR 14,813.10 lill-kuntrattur JPF Trading Ltd.

Ċentru għall-Anzjanità Attiva – trasport għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ġurnata twaqqaf is-servizz tat-trasport għall-anzjani lejn iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva ta’ tas-Sliema? Jista’ jgħid jekk huwiex qed jipprovdi trasport alternattiv fil-frattemp sakemm jiġi evalwat u mogħti t-tender li nħareġ għal dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, it-tender għas-servizz ta’ trasport se jingħata fil-ġranet li ġejjin, u dan biex ikollna transport li jkun konformi mar-regoli u proċeduri applikabbli.

Ħamrun — Kunsill Lokali - proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-proġetti kollha li saru mill-Kunsill Lokali Ħamrun fis-sena 2016? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-proġetti li ser ikun qed iwettaq dan il-Kunsill matul din is-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun li matul is-sena 2016, il-Kunsill temm il-proġett ta’ resurfacing fi Triq Kanonku Bonnici u r-restawr tal-Kappella ta’ Porto Salvo magħrufa bħala Santunuzzu. Intant jien infurmat li matul l-2017 mistenni li jsiru dawn il-proġetti: · Bankina Ġdida quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Immakulata Kunċizzjoni; · Rijabilitazzjoni tal-lattrina pubblika fi Triq id-Duka ta’ Edinburgh; · Tisbiħ ta’ Pjazza Kappillan Muscat; · Tisbiħ ta’ Triq il-Franġiskani; · Tisbiħ quddiem il-Kappella tad-Duluri fi Triq Joe Abela Scolaro; · Traffic Management adegwat fi Triq Joe Abela Scolaro; · Traffic Management adegwat fi Triq Oscar Zammit; u · Resurfacing ta’ Triq Karmenu Abela, parti minn Triq Giovanni Barbara u parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp.

Marsa — Kunsill Lokali - proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-proġetti kollha li saru mill-Kunsill Lokali Marsa fis-sena 2016? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-proġetti li ser ikun qed iwettaq dan il-Kunsill matul din is-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Marsa li matul is-sena 2016, il-Kunsill temm il-proġett ta’ resurfacing fi Triq is-Sajjieda u biddel diversi bankini. Intant jien infurmat li matul l-2017 mistenni li jsiru dawn il-proġetti: · Resurfacing ta’ Triq it-Tiġrija, Triq Giuseppe Zammit f’Albertown u parti min Triq is-Salib; · Tisbiħ taż-zona ta’ Triq Ħal Qormi u Triq Isouard b’funtana u reservoir; · Bdil tat-taraġ li jgħaqqad Triq Diċembru Tlettax ma’ Pont San Tumas.

Santa Venera – Kunsill Lokali — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-proġetti kollha li saru mill-Kunsill Lokali Santa Venera fis-sena 2016? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-proġetti li ser ikun qed iwettaq dan il-Kunsill matul din is-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera li matul is-sena 2016 il-Kunsill bena mill-ġdid Triq Misraħ il-Barrieri u Triq iż-Żonqor. Intant jien infurmat li matul l-2017 mistenni li jsir proġett ta’ bandli u open gym fiż-żona tal-Palazz l-Aħmar kif ukoll resurfacing ta’ toroq oħrajn.

Floriana – Kunsill Lokali — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-proġetti kollha li saru mill-Kunsill Lokali Floriana fis-sena 2016? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-proġetti li ser ikun qed iwettaq dan il-Kunsill matul din is-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li matul is-sena 2016, il-Kunsill għamel bankini ġodda fi Triq P Floriani bejn Triq Sant’ Anna u San Franġisk, tul Triq il-Konservatorju, u mad-dawra ta’ Binja Vilhena, rampa li twassal għall-polverista, u CCTV cameras fi Pjazza San Publiju u fi Triq F.S. Fenech. Intant jien infurmat li matul l-2017 mistenni li ssir it-tiswija ta’ mains tal-ilma fl-inħawi ta’ wara l-Istitut Kattoliku u wara dawn l-istess toroq jingħataw it-tarmak.

Tender għal ikel

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31021, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li rebaħ it-tender?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tender inħareg mid-Dipartiment tal-Kuntratti bir-referenza CT2210/2016. Ir-rebbieħ tat-tender kien l-uniku wieħed li pparteċipa jiġifieri Vivian Corporation Limited u l-kuntratt ġie ffirmat fil-25 ta’ Jannar 2017.
Leg 12 PQ #31366 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – Chief Printer

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30950, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’se jkun ir-rwol taċ-Chief Printer il-ġdid u għaliex inħasset il-ħtieġa li jinħoloq post ġdid ta’ Chief Printer ieħor fl-Istamperija tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar ir-rwol u r-rekwiziti ta’ Chief Printer jinsabu fl-applikazzjoni li qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Rigward il-ħtieġa wara din l-applikazzjoni nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30950.
Leg 12 PQ #31367 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – vakanza għal Chief Printer — rekwiżiti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30950 u għall-vakanza l-ġdida li ħarġet għal Chief Printer fl-Istamperija tal-Gvern, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti li ntalbu sabiex persuna tkun tista’ tapplika għal dan il-post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 31366.
Leg 12 PQ #31368 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – vakanza għal Chief Printer — applikazzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30950 u għall-vakanza l-ġdida li ħarġet għal Chief Printer fl-Istamperija tal-Gvern, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għal dan il-post? Jista’ jgħid ukoll x’karigi għandhom bħalissa l-persuni li applikaw għal dan il-post u f’liema skala qegħdin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proċess huwa regolat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u għaldaqstant, in vista li l-proċess għadu mhux konkluz, it-tali informazzjoni ma tistax tingħata f’dan l-istadju.