Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema fiċ-Ċivil f'Malta u Għawdex li huma minn skala 3 sa skala 7 li qed jibbenefikaw minn family friendly measures, partikolarment mis-servizzi tat-teleworking?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 261 impjegati tas-Servizz Pubbliku li huma fuq skala ta’ salarju bejn 3 u 7, u li qegħdin jibbenefikaw minn xi tip ta’ Family-Friendly Measure. Minn dawn, 133 qegħdin bit-telework.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema fiċ-Ċivil f'Malta u Għawdex li huma minn skala 3 sa skala 7 li qed jibbenefikaw minn family friendly measures, partikolarment mis-servizzi tat-teleworking?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm kien hemm talbiet pendenti quddiem iż-żewġ tribunali għal talbiet tal-konsumatur fl-aħħar ta’ Ġunju 2013? Meta huwa mistenni li tinstema’ mit-tribunal notifika ta’ talba għal quddiem it-tribunal li saret fl-1 ta’ Lulju 2013? X’se jkun qed jagħmel il-Gvern biex il-konsumatur ikun moqdi fl-inqas żmien possibbli meta jkollu każ quddiem it-tribunal?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata illi fl-aħħar ta’ Ġunju kien hemm 170 każ pendenti quddiem it-Tribunal ta’ Malta waqt li f’dak ta’ Għawdex kien hemm ħames każijiet.
Notifika ta’ talbiet għal quddiem it-tribunal ta’ Malta li saru fl-1 ta’ Lulju ġew appuntati għas-smiegh għall-ewwel ġimgħa ta’ Settembru billi f’Awwissu ma jsirux seduti.
L-Awtorità ta’ Malta għal Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur qed jikkunsidra numru ta’ miżuri sabiex titnaqqas il-burokrazija u stennija żejda biex il-konsumatur ikollu aktar aċċessibilità u jieħu sodisfazzjon quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur skont il-politika tal-Gvern.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta’ każijiet ta’ kull tip li kienu pendenti għad-deċiżjoni mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAAA) fl-1 ta’ Jannar 2013? Tista’ tagħti breakdown ta’ meta dawn ġew sottomessi lill-Uffiċċju u x’tip ta’ deċiżjoni trid tittieħed? Kien hemm każijiet li ġew shelved u jekk iva, x’kienet ir-raġuni? Kemm minn dawn il-każijiet ġew instigati fuq inizjattiva tal-Uffiċċju, u liema huma dawn il-każijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Ninsab infurmata li sal - 1 ta’ Jannar 2013, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kellu 37 każ li qegħdin jiġu investigati. Fost dawn il-każijiet li għadhom pendenti quddiem l-Uffiċċju hemm:
Każ wiehed li ġie sottomess lill-Uffiċċju fl-2006
Erbgħa każijiet li ġew sottomessi lill-Uffiċċju fl-2007
Tlett każijiet li ġew sottomessi lill-Uffiċċju fl-2008
Hames każijiet li ġew sottomessi lill-Uffiċċju fl-2009
Sitt każijiet li ġew sottomessi lill-Uffiċċju fl-2010
Tmien każijiet li ġew sottomessi lill-Uffiċċju fl-2011
Għaxar każijiet li ġew sottomessi lill-Uffiċċju fl-2012
Dawn il- każijiet jikkonċernaw il-ksur o meno tal-Artikoli 5 u/jew 9 ta’ l-Att dwar il-Kompetizzjoni.
Ma kien hemmx każijiet li ġew shelved.
Erbgħa minn dawn il-każijiet ġew instigati fuq l-inizjattiva tal- Uffiċċju u jikkoncernaw is-swieq tal-propjeta, tat-trasport u tal-bejgh bl-imnut.
Inħoss li mhux etika li tagħti informazzjoni fuq każi li bħal issa għaddejja invetigazzjoni fuqhom.
MCCAAA – pubblikazzjoni tan-National Strategy for Consumer Education
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lil din il-Kamra bid-data meta d-Direttur Ġenerali responsabbli mill-Uffiċċju tal-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAAA) se jippubblika d-dokument National Strategy for Consumer Education li kien tpoġġa għal konsultazzjoni pubblika?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għalkemm il-perjodu ta’ konsultazzjoni kien għalaq fit-30 ta’ Settembru 2012, ir-rispons għad-dokument li gie ppublikat ma kienx dak li wieħed kien qed jistenna. Dan,minkejja li saret promozzjoni estensiva dwaru billi deher fil-websajt tal-Awtorita, ġie ikkomunikat lil–Entitajiet kemm governattivi u kemm dawk kummerċjali kif ukoll lill-publiku in generali permezz tal-medja.
Minħabba f’dan, iċ-Chairman tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur ta’ dak iż-żmien kien għażel li jkun hemm sessjoni konsultattiva pubblika f’Novembru 2012 sabiex iħajru aktar nies jagħtu l-kontribut tagħhom.
Madankollu din il-konsultazzjoni pubblika qatt ma saret billi l-kumitat li kien twaqqaf apposta biex jorganizza din il-konsultazzjoni qatt ma gie mlaqqgha.
Il-Ministeru diġa tkellem mal-persuni involuti biex dan ix-xogħol jitkompla.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ każijiet li kienu għad-deċiżjoni mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAAA) fl-1 ta’ Jannar 2013 u meta huwa kkunsidrat li dawn il-każijiet jiġu magħluqa?
Response (DALLI, HELENA)
Jiena nformata li sa l-1 ta’ Jannar 2013, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kellu 37 każ li kienu qegħdin jiġu investigati:
Dawn kienu jikkomprendu:
· tliet każijiet fis-suq tal-ambjent
· erba' każijiet fis-suq finanzjarju
· għaxar każijiet fis-suq tat-trasport
· sitt każijiet fis-suq tal-kommunikazzjoni
· erba' każijiet fis-suq tal-enerġija
· tliet każijiet fis-suq tal-assigurazzjoni
· wieħed li jikkonċerna s-suq tal-ikel
· wieħed li jikkonċerna s-suq tal-proprjetà
· wieħed li jikkonċerna s-suq tar-riklamar
· wieħed li jikkonċerna s-suq tal-agrikoltura
· wieħed li jikkonċerna s-suq tal-istationery
· wieħed li jikkonċerna s-suq tal-prodotti tat-tabakk
· wiehed li jikkonċerna s-suq tal-uniformijiet tal-iskejjel
L-Uffiċċju ma jistghax jagħti ż-żmien ezatt meta każ jingħalaq.
Kull każ jinvolvi analiżi legali u ekonomiku skont il-kriterji tal-Artikoli 5 u/jew 9 ta’ l-Att dwar il-Kompetizzjoni u kull każ għandu jiġi eżaminat u deciż skont il-meritu tieghu. Għaldaqstant il-proċess quddiem l-Uffiċċju u ż-żmien ta’ għeluq ta’ kull każ ivarja minn każ ghal każ.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet il-kariga tal-individwu, is-salarju u benefiċċji oħra li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qabel l-1 ta’ Ġunju 2013 u dik ta’ wara l-1 ta’ Ġunju 2013? Tista’ tgħid jekk dan l-individwu llum għandux responsabbiltajiet differenti minn wara l-1 ta’ Ġunju 2013 minn dawk ta’ qabel l-1 ta’ Ġunju? Jekk differenti, tista’ tgħid jekk ħarġitx talba interna biex timtela’ din il-pożizzjoni, u jekk le fuq liema kriterji ġie magħżul dan l-individwu?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariġa, salarju u benefiċji oħra ta’ l-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament, huma l-istess illum bħal ma kienu qabel l-1 ta’ Ġunju 2013. Għal dik li hi responsabilta, bħalissa dan l-individwu qiegħed jassisti liċ-chair il-ġdid billi l-persuna li kienet tassisti liċ-Chair ta’qabel kellha it-talba tagħha għal-transfer approvata ftit żmien qabel inħatar iċ-Chair il-ġdid.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk id-djar tal-anzjani li l-Gvern qed jixtri s-servizzi mingħandhom f’dik li hi akkomodazzjoni għall-anzjani? Tista’ tassigura lil din il-Kamra li kull dar imsemmija taderixxi mal-istandards rikjesti mil-liġi u mid-dipartimenti kkonċernati kemm f’dak li huwa servizzi u staff to resident ratio? Tista’ tassigura lil din il-Kamra li ħaddiema fid-djar li l-Gvern qed jixtri s-servizz tagħhom qed jingħataw il-kundizzjonijiet tax-xogħol rikjesti mil-liġi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informata li l-Gvern preċedenti daħal fi ftehim kuntrattwali ma’ disat idjar privati biex jixtri s-servizzi inkwistjoni. Dawn huma Roseville, Casa Arkati, Villa Messina, Central Home, Casa Serena, Holy Family, Casa Leone, Sant’Anna u Dar Sawra.
Fir-rigward tal-assigurazzjoni li qed titlob l-Onor. Interpellant dwar l-istandards, ninformaha li sallum jeżistu biss linji gwida u ma jeżistu ebda liġijiet li jridu jaderixxu magħhom l-operaturi tad-djar tal-anzjani privati. Fin-nuqqas ta’ dan, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva beda jaħdem b’mod immedjat biex jindirizza dan in-nuqqas serju u waqqaf working group biex ifassal sett ta’ ligijiet amministrattivi għad-djar tal-anzjani fil-komunità. B’dan il-mod se nkunu qed nassiguraw li ntejbu s-servizzi li qed jiġu offruti lill-anzjani tagħna f’dawn ir-residenzi.
Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol offruti lill-ħaddiema, dan il-Gvern diġà wera bil-fatti li jinsab kommess li jiġġieled bis-serjetà x-xogħol prekarju. Fir-rigward tal-ħaddiema fid-djar tal-anzjani privati, id-Dipartiment tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità mgħandux is-setgħa li jindaga fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema. Dan għall-fatt li mhuwiex involut fil-kuntratti tal-impjieg tal-impjegati f’dawn id-djar.
Tista’ l-Ministru tgħid lill-Kamra fiex jikkonsisti l-kuntratt, is-salarju, perkaċċi u benefiċċji oħra taċ-chairman preżenti tal-Awtorità inkluż ukoll onorarji kollha li għandu minn pożizzjonijiet oħra barra dik ta’ chairman tal-Awtorità? X’kwalifiki għandu ċ-chairman taħt l-Awtorità, u tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chairman tal-Awtorità?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Kuntratt taċ-Chair il-ġdid tal-MCCAA huwa ekwivalenti għal dak ta’ Segretarju Permananti. Dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta jkun iffirmat. Fil-preżent iċ-Chair ma jokkupa l-ebda kariga oħra ġewwa jew barra minn din l-Awtorita apparti dawk stipulati taħt l-Att tal-2011 dwar l-Awtorita ta’Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jispeċifika xi kwalifiki għandu ċ-Chair preżenti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ social assistants bħalissa li jipprovdu s-servizz ta’ home help lill-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
In-numru ta’ social assistants li bħalissa qed jipprovdu s-servizz ta’ home help lill-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali huwa 217.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm applikazzjonijiet għas-servizzi ta’ home help ġew ipproċessati mis-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu s’issa u kemm minnhom kienu għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta’ restawr fuq il-bieb prinċipali tal-Forti Sant’Anġlu? Jista’ jgħid fiex wasal il-proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej għal din il-forti storika?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr fuq il-bieb prinċipali u r-rampa ta’ barra ta’ Forti Sant Anġlu huwa lest. Bħalissa għaddej ukoll b’ritmu tajjeb ix-xogħol ta’restawr fuq is-sally port li jwassal għall-Batterija De Guiral.
Ix-xogħol li qiegħed jiġi iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali inbeda wkoll. Matul ix-xahar ta’ Ġunju għalqu l-investigazzjonijiet arkeoloġici li kienu ppjanati qabel ma jinbeda x-xogħol ta’ infrastruttura. Fil-preżent għad iridu jiġu awarded iż-żewġ kuntratti li jwasslu għar-restawr u l-finishing tal-partijiet tal-forti li jaqgħu taħt Heritage Malta. It-tender tar-restawr waqa lura minħabba appelli li saru minn wieħed mill-kuntratturi, waqt li l-proċess tat-tender tal-finishing jinsab fl-aħħar fażi tiegħu.
Tista’ l-Ministru tgħid minn min hu kompost bħalissa l-kumitat għad-dħul tal-anzjani f’istituzzjonijiet governattivi għall-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-kumitat għad-dħul ta’ l-anzjani f’istituzzjoni governativi għall-anzjani kif kien magħruf ma giex iffurmat u dan għaliex inbeda proċess ġdid fejn l-applikanti jiġu riferuti għall-assessment minn tim multidixxiplinarju li jevalwa kemm il-bżonn u tip ta’ kura fit-tul, kif ukoll l-urġenza tal-każ.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm nisa/irġiel ta’ età aktar minn 61 sena ddaħħlu jaħdmu mal-Gvern f’ministeri u entitajiet oħra mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jagħni n-numru skont l-età? F’liema gradi qegħdin? X’kienu r-raġunijiet li ddaħħlu jaħdmu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’se tagħmel biex isserraħ ras l-impjegati tal-MCCAA dwar dak li kienet tgħid meta kienet fl-Oppożizzjoni dwar is-soqfa tal-asbestos fil-viċinanzi u dan meta kienet tiddikjara li l-preżenza tal-asbestos huwa ta’ detriment għas-saħħa tal-ħaddiema? Tista’ tgħid meta saru l-aħħar testijiet tas-sulari kollha u tpoġġi kopja ta’ dawn ir-riżultati fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-testijiet li kienu saru fl-MCCAA taħt l-amministrazzjoni preċedenti u li b’riżultat tagħhom ġew installati HEPA filters għas-spejjez tal-istess awtorità biex tiġi indirizzata din il-problema. Dan juri li l-management ta’ din l-istess awtorità kien konxju tad-dannu li seta’ kien hemm għas-saħħa tal-ħaddiema minħabba l-preżenza ta’ soqfa bl-asbestos.
Kien ikun tajjeb kieku l-amministrazzjoni preċedenti serrħet ras l-impjegati billi qabel daħlithom fl-uffiċċji l-ġodda tal-MCCAA, għamlet health and safety risk assessment report komplut u dan wara li x-xogholijiet kollha jkunu lesti.
Fir-rigward tal-materjal innifsu, jiġifieri l-asbestos, tiddikjara li hu ta’ detriment għas-saħħa tan-nies, Regulation (EC) No. 1272/2008 li tistipula li dan il-materjal huwa Carcinogen Categori 1A, jiġifieri ġie xjentifikament u epidemjoloġikament ippruvat li jikkawża l-kanċer fil-bniedem (asbestosis, mesothelioma, bronchial carcinoma u gastro-intestinal carcinoma – dan kollu hu stipulat f’Direttiva 2009/148/EC tal-KE). Fil-fatt skont Regulation (EC) No. 1907/2006 l-użu u t-tqegħid fis-suq tal-KE ta’ dan il-materjal huwa pprojbit wara l-2005 u jekk il-prodott kien installat qabel l-2005 jista’ jibqa’ jintuża sakemm jasal fl-aħħar tas-service life tiegħu.
Kif dħalna fil-gvern ordnajt li ssir investigazzjoni f’dan ir-rigward u jidhirli li għandi nistenna l-esperti jagħmlu xogħolhom qabel nikkummenta aktar dwar dan il-kaz. Id-dokumentazzjoni tkun ippubblikata meta l-investigazzjoni tiġi konkluża.