B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5530, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il vjaġġ sar minn uffiċjali tal-MCCAA minn Ġunju 2013 sal-lum? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapporti ta’ dawn il-vjaġġi, jekk saru?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn Ġunju 2013 sal-aħħar ta’ Frar 2014 saru mija u wieħed u ħamsin (151) vjaġġ. Jekk l-Onor. Interpellant trid tara r-rapporti li saru dwar dawn il-vjaġġi, nista nipprovdihomlha b’mod kunfidenzjali peress li dawn ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba n-natura kunfidenzjali tagħhom.
Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur — spezzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema lokalitajiet saru spezzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur fix-xahar ta' Diċembru 2013 u fix-xahar ta' Jannar 2014 rispettivament biex jiġi żgurat l-esebizzjoni tal-prezzijiet fuq l-oġġetti għall-bejgħ? Tista' tgħid kemm kienu l-ispezzjonijiet li saru f'dawn ix-xhur hawn imsemmija separatament minn xulxin?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fix-xhur ta' Diċembru 2013 u Jannar 2014 jammontaw għal elfejn u ħmistax (2,015)-il spezzjoni, fejn seba’ mija u tmenin (780) saru f'Diċembru 2013 u elf mitejn u ħamsa u tletin (1,235) saru f'Jannar 2014.
L-ispezzjonijiet saru fi ħwienet fil-belt Valletta, Raħal Ġdid, Birkirkara, Birżebbuġia, Msida, Rabat, Attard, Imdina, Ħamrun, Sliema, Mosta, Dingli, Lija, San Ġiljan, Iklin, Gzira u r-Rabat Għawdex.
Ma’ dawn saru wkoll spezzjonijiet fis-swieq tal-Birgu, Luqa, Qormi, Marsaxlokk, Mosta, Zejtun, Raħal Ġdid u l-belt Valletta kif ukoll fil-'Farmers Markets' tal-Birgu u Ta' Qali. Spezzjonijiet oħrajn saru fuq vannijiet li jbiegħu l-ħaxix.
proġett 'Training of Consumer and Competition Officials and Awareness Campaign' — targets
Question
Peress li bħala parti mill-proġett 'Training of Consumer and Competition Officials and Awareness Campaign' li nbeda taħt amministrazzjoni preċedenti u li hu ffinanzjat mill-Fondi Soċjali Ewropew jinvolvi ukoll li numru ta' intrapriżi jingħataw il-Marka 'Trust You', tista' l-Ministru tgħid x'inhuma t-targets għas-snin 2013 - 2014? Tista' tgħid kemm kienu l-intrapriżi li ngħataw il-marka fis-snin 2012 u 2013? Tista' tgħid ukoll x'passi ta' monitoraġġ qed jittieħdu biex jinżammu l-livell rikjesti?
Response (DALLI, HELENA)
Jiena nfurmata li waqt li fis-sena 2012 kien hemm tmien (8) intrapriżi li ġew aċċettati f’din l-iskema, fl-2013 dan tela’ għal 57. It-target għal din is-sena huwa li n-numru ta’ intrapriżi imsieħba f’din l-iskema jkompli jitla’.
Il-monitoraġġ jikkonsisti f’ispezzjonijiet biex jigi żgurat li l-intrapriżi qed jibqgħu konformi mal-kodiċi tal-kondotta. L-Uffiċċju isegwi ukoll l-ilmenti li jsiru mal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur biex jiġi stabbilit jekk dawn jikkonċernawx nuqqas ta’ tħaris ta’ dan il-kodiċi min-naħa ta’ dawn l-intrapriżi.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — membri maħtura
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-membru maħtur fuq il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur li skont l-Artikolu 4 Sub-Artikolu 3 tal-Kapitolu 378 għandu jiġi appuntat wara konsultazzjoni mal-għaqdiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir il-proċess ta’ konsulatazzjoni mal-Għaqdiet tal-Konsumatur biex jinħatar membru fuq il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur saret fis-sena 2011, 2012 u 2013 kif stabbilit skont Artikolu 5(d) tal-Kapitolu 378? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-aħħar laqgħa tal-forum?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l Kunsill għall- affarijiet tal-konsumatur iltaqgħa kif ġej:
11 il-darba fl- 2011
10 darbiet fl- 2012
11 il-darba fl- 2013.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti ta’ l-aħħar laqgħa.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ kull xorta pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni sal-aħħar tas-sena 2012, kemm kienu l-każijiet ġodda fis-sena 2013 u kemm kienu għadhom pendenti sal-31 ta’ Diċembru 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija Numru 3772 datata 10 ta’ Lulju 2013 rigward il-każijiet pendenti taħt il-Liġi dwar il-Kompetizzjoni quddiem l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni sal-aħħar tas-sena 2012.
Jiena infurmata illi kien hemm għaxar (10) każijiet ġodda taħt il-Liġi dwar il-Kompetizzjoni fis-sena 2013. Pendenti sa l-aħħar tas-sena 2013 kien hemm sitta u tletin (36) każ. L-Uffiċċju fil-2013 għalaq ħdax-il każ taħt il-Liġi dwar il-Kompetizzjoni. Ma’ dawn eżamina u aċċetta tliet konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet u għamel diversi sottomissjonijiet ta’
advocacy
.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm applikazzjonijiet għas-servizzi ta’ home help ġew ipproċessati mis-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu s’issa u kemm minnhom kienu għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
In-numru tal-applikazzjonijiet għas-servizz tal- Home Help illi bdew jiġu ipproċessati mid-9 ta’ Marzu sal-lum hu 529. Minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu 322 u kien hemm 63 applikazzjoni minnhom għal persuni bi bżonnijiet speċjali.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm-il notifikazzjoni għamlet Malta matul is-sena 2013? Tista’ tagħti assikurazzjoni li ma kienx hemm regolamenti ġodda matul is-sena 2013 li kellhom jiġu notifikati u fil-fatt ma ġewx notifikati? Tista’ tinforma lill-Kamra dwar il-konsegwenzi li Malta tista’ tiffaċċja jekk il-Kummissjoni Ewropea jirriżultalha li kien hemm regolamenti li ma ġewx innotifikati?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi matul l-2013 saru żewġ notifiki ta’ regolamenti nazzjonali taħt il-proċedura tad-Direttiva 98/34/EC.
Qegħdin jittieħdu l-passi u l-proċeduri neċessarji sabiex dawk ir-regolamenti li jaqgħu taħt id-direttiva 98/34/EC jiġu notifikati. Kull Ministeru huwa responsabbli li jgħarraf jekk ir-regolament li jkun ser jinħareġ għandux bżonn ikun notifikat. Il-konsegwenza, fl-agħar każ, tista tkun li r-regolament ikun dikjarat bħala null.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm uffiċjali tal-MCCAA li f'Jannar 2014 ingħataw permess biex jaħdmu xogħol ieħor wara l-ħin? Jekk iva, minn min u meta nħareġ dan il-permess?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda uffiċċjali tal-MCCAA li f'Jannar 2014 ingħataw permess biex jaħdmu xogħol ieħor wara l-ħin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni bħalissa sabiex iservu ta' arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Tista’ tgħid min huma dawn l-arbitri? Tista’ tgħid meta nħatru dawn l-arbitri u tgħid ukoll kif intgħażlu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li disa’ Arbitri ġew maħtura sabiex iservu ta’ arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u dan b’effett mit-3 ta’ Frar 2014.
Dawn huma:
L-Imħallef Franco Depasquale
Dr Noel Camilleri
Dr Joe Mifsud
Dr Edward Gatt
Dr Andy Ellul
Dr Shaheryar Ghaznavi
Dr Adrian Camilleri
Dr Reno Borg
Dr Vince Micallef
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm-il notifikazzjoni għamlet Malta matul is-sena 2013? Tista’ tagħti assikurazzjoni li ma kienx hemm regolamenti ġodda matul is-sena 2013 li kellhom jiġu notifikati u fil-fatt ma ġewx notifikati? Tista’ tinforma lill-Kamra dwar il-konsegwenzi li Malta tista’ tiffaċċja jekk il-Kummissjoni Ewropea jirriżultalha li kien hemm regolamenti li ma ġewx innotifikati?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm huma l-ħaddiema mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u l-Awtorità tal-Mediċini li ngħataw telework f'Jannar 2014?
Response (DALLI, HELENA)
Matul Jannar 2014, fl-Awtorita’ Maltija tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ingħata kuntratt ta’ telework lil żewġ uffiċċjali u telework ad hoc għal numru limitat ta’ ġranet lil tlett uffiċċjali oħra fuq biċċa xogħol speċifika.
Min-naħa tal-Awtorita’ tal-Mediċini matul Jannar 2014 ma kienx hemm ħaddiema li ngħataw t-
telework
.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx talbiet pendenti għal telework mill-impjegati tal-MCCAA li saru fis-sena 2013? Jekk iva, tista’ tgħid kemm hemm każijiet pendenti? Tista’ tgħid jekk kienx hemm talbiet għal telework fis-sena 2013 li ġew irrifjutati? Kemm kienu u għaliex ma ngħatawx?
Response (DALLI, HELENA)
Jiena nfurmata li m’hemm l-ebda talba pendenti għal xogħol bit-telework fl-MCCAA.
Awtorità tal-Mediċini — talbiet pendenti għal telework
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx talbiet pendenti għal telework mill-impjegati tal-Awtorità tal-Mediċini liema talbiet saru fis-sena 2013? Jekk iva, tista’ tgħid kemm hemm każijiet pendenti? Tista’ tgħid jekk kienx hemm talbiet għal telework fis-sena 2013 li ġew irrifjutati? Kemm kienu u għaliex ma ngħatawx?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2013 fl-Awtorità tal-Mediċini kien hemm sitt (6) talbiet għal teleworking li ġew aċċettati skont il-bżonnijiet tal-impjegat u l-policy u l-prijoritatiet tal-Awtorità.
Tlieta (3) talbiet ġew rifjutati minħabba li fil-fehma tal-Awtorità r-raġunijiet li nagħtaw mill-impjegati biex jagħmlu
teleworking
ma kienux ġustifikati.
Hemm applikazzjoni waħda li qiegħda tiġi pproċessta.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu t-total ta’ impjegati mal-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur preżentement?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur għandha preżentement mija u sitta u tletin (136) impjegat inklużi l-part-timers.
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-mediċini/farmaċewtiċi li roħsu fil-prezzijiet mill-bidu ta’ Marzu 2013 sal-lum permezz tal-Ħidma tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista’ tippubblika l-prezzijiet ta’ dawn il-mediċini/farmaċewtiċi li roħsu u b’kemm roħsu?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 4822.
Tribunal dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – talbiet sottomessi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji dwar kemm kienu n-numru ta’ talbiet li ġew sottomessi quddiem it-Tribunal dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur matul l-2010, l-2011, l-2012 u l-2013 separatament? Kemm minn dawn il-każijiet ġew deċiżi? Kemm minnhom ġew deċiżi favur il-konsumatur? Kemm hu n-numru ta’ każijiet pendenti li hemm bħalissa quddiem dan it-Tribunal?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Tista’ l-Ministru tgħd fejn waslet il-likwidazzjoni tal-ex- Malta National Laboratory? Jekk din għadha ma saritx, għalfejn ma saritx u x’qed iżomm milli din issir?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-likwidazzjoni għadu għaddej. Bħalissa qed isir l-awditjar tal-'accounts' tal-Malta National Laboratory. Wara dan il-likwidatur ikompli bix-xogħol tiegħu.
F'dan l-istadju mhux magħruf meta l-likwidatur mistenni jikonkludi l-likwidazzjoni.