Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni f'pajjiżna li jieħdu l-benefiċċji soċjali ta' l-SKA? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel? Kemm minn dawn huma 'l fuq min 60 sena jekk nisa, u aktar minn 61 sena jekk irġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni f'pajjiżna li jieħdu l-Għajnuna Medika, magħrufa bħala l-SKA huwa ta' 14,091.
Minn dawn 7,300 huma nisa, filwaqt li 6,791 huma irġiel.
In-numru ta' benefiċċjarji 'il fuq minn 60 sena huwa kif ġej:
6052 nisa
5046 irġiel
Ma tinħassx il-ħtieġa li għandha tinżamm statistika separata ta' l-irġiel li għandhom aktar minn 61 sena.
4.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li m'għandhomx aktar minn 12-il sena li attendew għal kura fl-isptarijiet ta' l-Istat f'Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
IN-PATIENTS
------------------------------------- ------------
Sptar Sptar Psikjatrija Sptar
San Luqa Boffa Malta Għawdex
----------------------------------------- --------
1993 4005 0 13 510
1994 4139 1 28 600
1995 4075 2 16 572
1996 4212 1 24 791
1997 3722 3 9 670
--------------------------------------------- ----
OUT-PATIENTS (New Cases u Follow-ups)
------------------------------------- ---
Sptar Psikjatrija Sptar
San Luqa Malta Għawdex
----------------------------------------
1993 18130 590 1459
1994 20894 528 1488
1995 26307 685 1951
1996 27229 644 1852
1997 26615 852 1804
----------------------------------------
CASUALTY
----------------------------
Sptar Sptar
San Luqa Għawdex
----------------------------
1993 8382 1456
1994 8857 1584
1995 9214 1384
1996 10045 1582
1997 10230 1749
----------------------------
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li fil-preżent qegħdin fil-waiting list sabiex jagħmlu xi operazzjonijiet mediċi fl-isptarijiet ta' l-Istat f'Malta u f'Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mhix policy tad-Dipartiment li jpoġġi tfal li għandhom bżonn operazzjoni fuq il-'waiting list'. Jekk l-Onor. Interpellant għandu diffikulta' dwar xi każ partikolari, nitolbu jgħaddi l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali ħalli nkun nista' nagħmel l-aċċertamenti meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li qed jattendu trade schools? Kemm huwa n-numru ta' bniet u subien f'kull skola? Kemm huwa n-numru ta' għalliema f'kull skola u kemm minn dawn huma fuq bażi ta' kuntratt ta' xogħol definit jew indefinit?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati problemi fuq it-trasport pubbliku mill-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat fis-sena skolastika 1998/99? Mil-liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex ġejjin dawn l-ilmenti u x'miżuri ttieħdu sabiex dawn jiġu rimedjati?
Response (GALEA, LOUIS)
Jien infurmat li kien hemm 25 ilment mill-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskejjel taż-Żejtun, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Żurrieq, il-belt Valletta, il-Manikata u Birkirkara. Bosta lmenti saru minħabba li x-xufiera involuti fit-trasport tat-tfal sabu diffikulta' biex jidraw il-'pick up points' il-ġodda. Kull każ kien rimedjat għas-sodisfazzjon ta' kulħadd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li jbatu minn diżabilita' u li qed jattendu fl-iskejjel governattivi? Jista' l-Ministru jelabora l-informazzjoni fuq il-kategorija differenti ta' l-iskejjel ċioe' primarja, bniet u subien eċċ. eċċ.?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tfal b'diżabilita' li qed jattendu fil-mainstream ta' l-iskejjel governattivi primarji, sekondarji/trade huma:
Kindergarten Primarji
Subien Bniet Total Subien Bniet Total
42 19 61 217 113 330
Sekondarji/Trade
Subien Bniet Total
28 28 56
Skejjel Speċjali Subien Bniet Total
Santa Marija Day, Msida 36 9 45
Guardian Angel, Qormi 56 32 88
San Miguel, St Andrews 32 11 43
Dun Manuel Attard, Wardija 48 16 64
Mater Dei, Msida 19 -- 19
Special Unit, Sannat, Gozo 11 3 14
Special School, Qrendi 15 11 26
In-Numru ta' tfal li jattendu l-Iskejjel Post Sekondarji, u li għandhom diżabilita' huwa:
ġuvintur 2
tfajliet 2
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każi ta' qtil u attentati ta' qtil li l-pulizija ressqet u/jew qed tressaq quddiem il-qrati fil-mument?
Kemm kienu l-każijiet mressqa ta' din in-natura matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u kemm minn dawn il-każijiet ġew trattati u finalizzati fil-Qrati tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew qed jiskuntaw sentenza fis-CCF u kienu/jew qed jieħdu kura kontra l-vizzju tad-droga matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Fl-1995 inħatar Bord apposta biex jevalwa l-każijiet ta' priġunieri bi problema tad-droga bl-iskop li dawn jibdew isegwu programmi ta' kura kontra dan il-vizzju.
Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri li bbenefikaw minn dawn il-programmi kien kif ġej : -
Sena Numru ta' priġunieri
---- --------------------
1995 7
1996 11
1997 40
1998 (sas-27 ta' Ottubru) 43
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin (Il-Ħabs)? Kemm minn dawn huma taħt il-35 sena u kemm minnhom huma nisa? Kemm minn dawn il-priġunieri qed jiskontaw piena ta' aktar minn ħames snin iżda mhux aktar minn tmien snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fis-27 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' persuni jiskontaw sentenza kien ta' 171, u dawn kienu miżmuma/mqassma kif ġej : -
Faċilita' Korrettiva ta' Kordin 151
L-Imtaħleb (SATU) 8
L-Isptar San Luqa għall-kura 1
Bil-'Prison Leave' (Caritas) 7
Bil-'Prison Leave' (Sedqa) 4
In-numru ta' persuni taħt il-35 sena li qed jiskontaw sentenza kien ta' 96, li minnhom, 6 kienu nisa. Minn dawn is-96 kien hemm 10 li qed jiskontaw sentenza ta' bejn 5 u 8 snin.
02.11.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq xi żviluppi kien hemm s'issa fuq ir-riċerka tal-pjanta mediċinali l-karella li titkabbar mill-bdiewa Maltin u jingħad li xjentifikament hija tajba għal min jinsab taħt kura partikolari?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li għadhom qegħdin isiru investigazzjonijiet xjentifiċi fuq il-pjanta mediċinali l-Karella fl-Istitut ta' l-Agrikultura, fl-Universita', u li għadu kmieni wisq biex nindika r-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet.
Prof. Salvino Busuttil — Elezzjonijiet Presidenzjali tas-CHEAM
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li Gvern Laburista preċedenti innomina lill-Professur Salvino Busuttil sabiex jikkontesta l-elezzjonijiet Presidenzjali tas-CHEAM li se jsiru f'Pariġi f'Diċembru li ġej?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk din in-nomina hijiex se tibqa' tiġi onorata?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Nikkonferma li l-Gvern Laburista kien innomina lill-Professur Salvino Busuttil sabiex jikkontesta l-elezzjonijiet għall-President tal-International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies (CHEAM).
Għandi l-pjaċir nikkonferma wkoll li l-Gvern Nazzjonalista se jkompli jestendi s-support tiegħu għan-nominazzjoni tal-Professur Busuttil.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti Maltin u Għawdxin residenti fil-gżejjer tagħna li kellhom jintbagħtu għall-kura medika fi sptarijiet barranin matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Kemm minn dawn il-pazjenti kienu tfal, żgħażagħ, irġiel, nisa u anzjani fl-istess perijodu?
F'liema pajjiżi marru għall-kura u kemm kienu l-każijiet ġodda f'kull sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li ntbgħatu għal kura barra minn Malta kienu:
1993 - 576 pazjent
1994 - 546 pazjent
1995 - 318 pazjent
1996 - 326 pazjent
1997 - 291 pazjent
Il-każijiet ġodda f'kull sena kienu:
1993 - 481 pazjent
1994 - 423 pazjent
1995 - 208 pazjent
1996 - 227 pazjent
1997 - 190 pazjent
Rigward it-tqassim bl-eta' nagħti l-informazzjoni f'xi seduta oħra.
Il-pazjenti ntbgħatu għall-kura fir-Renju Unit.
Jista' l-Ministru jgħid x'assistenza ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jingħataw meta jkollhom jieħdu kura medika fi sptarijiet barranin? Kemm-il sena ilha tingħata din l-għajnuna u jekk hemmx il-ħsieb li din tiġi riflessa għaż-żmenijiet tal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Meta pazjent jintbagħat barra għal kura, is-Dipartiment tas-Saħħa jħallas l-ispejjeż kollha inkluż it-trasport u l-akkomodazzjoni. L-ispejjeż tal-passaġġ jitħallsu wkoll mid-Dipartiment jekk pazjent jikkwalifika għall-għajnuna skond 'means test'.
Id-Dipartiment ilu jagħti din l-għajnuna mill-1948 meta ntbagħat l-ewwel pazjent barra għal kura.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jkompli juża l-konsulenza ta' l-Istitut Agronomiku ta' Bari għall-proġett li beda Gvern Laburista preċedenti, ċioe' ir-riabilitazzjoni ta' Wied Qlejgħa jew aħjar Chadwick Lakes?
Kemm-il metru ta' xogħol sar s'issa u kemm ġew użati ġibjuni u materessi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ix-xoghol fuq Wied il-Qlejgħa se jitkompla bil-konsulenza ta` l-Istitut Agronomiku tal-Mediterran f`Bari. Ta` min ifakkar li x-xogħol kien beda mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1996.
S`issa saru xogħolijiet fuq tul ta` nofs kilometru mill-wied u ntużaw 1945 gabjuni u 140 materassi, kif ukoll 48 biċċa ta` Terramesh.
MAF/PQ/1/98
Seduta 4
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa fil-fatt in-numru ta' ħaddiema mpjegati fil-Malta Shipbuilding u Malta Drydocks? Kemm minn dawn huma taħt il-35 sena u fuq il-55 sena? Kemm huma n-numri ta' ħaddiema li weġgħu waqt il-ħin tax-xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-Malta Shipbuilding Co. Ltd
In-numru ta` il-35 sena 262
Fuq il-55 sena 49
Numru ta` tax-xogħol huwa kif ġej:
Sena Numru
1994 457
1995 398
1996 283
1997 251
1998* 253
* Il-perjodu jkopri 01.01.98 sa 27.10.98
80% tal-korrimenti ndikati huma kunsidrati bħala minor injuries.
Fil-Malta Drydocks
In-numru ta` mpjegati huwa 3096
Taħt il-35 sena 868
Fuq il-55 sena 620
Numru ta` huwa kif ġej:
Sena Numru
1993 1674
1994 1541
1995 1620
1996 1422
1997 1207
1995 Imwiet 9
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' manutenzjoni u stallazzjoni ta' bozoz ġodda li se jiġu rranġati u/jew stallati mill-Korporazzjoni Enemalta, fit-12-il distrett fit-tliet xhur li ġejjien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Issir manutenzjoni regolari fuq il-bozoz fit-triqat u din tilħaq l-ibliet u l-irħula ta` Malta kollha, inklużi dawk tat-Tnax il-Distrett. Il-manutenzjoni ssir fuq bażi ta` kemm dawn il-lampi jkunu ilhom li ġew irrappurtati maħruqa jew mhux jixegħlu fil-belt jew raħal rispettiv.
Rigward lampi ġodda l-proċedura għad trid tiġi kkonfermata.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'miżuri qed jittieħdu sabiex il-fossa fi Ġnien Amarga fil-Baħrija titħammel regolarment ħalli ma jkunx hemm fawran tad-drenaġġ fl-inħawi?
Jista' jgħid ukoll meta huwa pproġettat li jiġi provdut is-servizz tad-drenaġġ lir-residenti kollha tal-Baħrija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li biex jitbattlu l-fosos tad-drenaġġ hemm 'period contract' biex isir dan ix-xogħol. Rigward il-fossa tal-Baħrija din titbattal regolarment kuljum.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija se jsir studju liema residenti baqa' biex id-Dipartiment jipprovdilhom is-servizz tad-drenaġġ. Dawk li huma viċin tas-sistema mhux suppost ikun problema biex jitqabbdu fil-futur qarib. Dawk li qegħdin il-bogħod jista' jkollhom aktar problemi biex ikollhom servizz daqshekk malajr.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħlijiet fuq l-estensjonijiet tad-drenaġġ li approva jew se japprova fuq it-12-il distrett?
Jista' jgħid ukoll dwar ix-xogħlijiet li kellhom isiru fuq ir-relieve valve tad-drenaġġ sabiex tiġi rimedjata l-problema tal-fawran fir-Rabat, Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet tal-estensjonijiet tad-drenaġġ fuq it-Tnax-il Distrett jinkludu:
Mellieħa (Il-Qortin Area)
Triq Isaac Newton
Triq G. Galilei
Triq W. Lassel
Triq J. Kapler
Triq N. Copernicus
Triq Ġdida fi Triq N. Copernicus
Triq il-Qortin
Burmarrad - Triq San Publiju.
Huwa maħsub li jsir tender ukoll fuq estensjoni ġewwa l-Baħrija.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, biex tiġi rimedjata l-problema tal-fawran fuq ir-'relieve valve' tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta tħejja programm fi tlett fażijiet.
L-Ewwel fażi - Attard-Qormi - Diġa nħareġ il-kuntratt u x-xogħol jibda meta s-sistema tal-'easement' tkun lesta.
It-Tieni fażi - Rabat-Attard - Dan il-kuntratt joħroġ meta l-ewwel fażi tkun bdiet (bidu ta' l-1999).
Meta dan jitlesta, din is-sistema tkun tista' telimina l-fawran tad-drenaġġ fil-wied tar-Rabat/Mdina u fl-area ta' Ta' Qali.
Dawn l-ewwel u t-tieni fażi jeliminaw il-fawran tad-drenaġġ fl-area ta' Ħ'Attard u Sant'Antnin.
It-Tielet fażi - Bdil tal-mains prinċipali fir-Rabat biex telimina l-fawran fir-Rabat. Din il-fażi mistennija tibda fl-aħħar ta' l-1999.
Billi l-Kunsill Lokali tar-Rabat u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kienu bdew diversi proġetti ta' koperazzjoni bejniethom, fosthom li jipproġettaw kif se jiżviluppaw zona rikreattiva f'Għajn Qajjed limiti tar-Rabat, jista' l-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni preżenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat kien ilu jisħaq li, qabel jibda xi proġett fiż-żona fejn Għajn Qajjet, trid tiġi solvuta l-problema ta' l-għarar li kien qed jiżbokka fid-djar u jfawwar id-drenaġġ.
Il-Ministru ta' Agrikoltura ta' qabel kellu jagħmel laqgħa mas-sezzjoni tad-Drenaġġ u mad-dipartiment tax-xogħolijiet biex tiġi solvuta din il-problema imma, skond il-Kunsill, qatt ma stema' xejn aktar u kollox baqa' fuq l-ixkaffa bir-riżultat li dan il-proġett ma tkompliex.