Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Agriculture Export Marketing Board ġiex ikkonsultat dwar l-iżviluppi ta' l-aħħar 600 tunellata ta' patata? Jekk iva, x'kienet il-pożizzjoni tal-bord? Jekk le, għaliex il-bord ma ġiex konsultat meta kien hemm sistema ta' outright purches u ta' prezz minimu garantit?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fiċ-ċirkostanzi kien jidher li jkun iktar għaqli li jseħħ in-negozju milli wieħed jissogra li jitlef okkażjoni tajba ta' żieda ta' 10% fl-esportazzjoni tal-patata (Alpha). Il-Kamra għandha tkun taf li l-prezz medju garantit fuq is-600 tunnellata extra tat-tip Sante' huwa 16% għola mill-prezz garantit li l-Onor. Membru kien iffirma fuq is-6000 tunnellata tat-tip Alpha. Barra min hekk, il-prezz offrut għall-żieda ta' 600 tunnellata oħra patata ta' Malta fuq dik miftiehma fil-kuntratt il-ġdid kien mhux biss id-doppju ta' dak tal-kuntratt għall-aħħar 1000, iżda saħansitra jisboq l-ogħla prezz minimu garantit għall-ewwel 3000 tunnellata.
Jista' l-Ministru jara li jirrimedja t-talba bil-File No. H 0015646 u ċioe' jalloka post lill-koppja msemmija? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni tal-każ imsemmi ġiet ikkanċellata fis-17 ta' Novembru 1997 peress li kienet mingħand għarajjes. Dawn għandhom japplikaw għal postijiet maħruġa apposta għalihom mill-Awtorita' tad-Djar.
10.12.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kondizzjonijiet jitolbu l-pulizija lill-aġenti jew kumpanniji li qed jorganizzaw ir-rave parties f'pajjiżna? Kemm-il darba saru f'dawn l-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar, f'Malta u Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1434 f'Seduta 17.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li n-numru ta` Rave Parties li saru f'dawn l-aħħar 6 xhur u li kienu jinħtieġu l-permess tal-Pulizija kienu kif ġej :
Awissu 1
Settembru 2
Ottubru 1
Novembru 1
10.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Mellieħa nhar il-11 ta' Novembru għal ħabta tat-8.30 p.m.? Ġew irrapportati xi danni u ħsarat ta' affarijiet domestiċi mir-residenti? Jekk iva, x'għajnuna se testendi l-Enemalta lil dawn ir-residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku fil-Mellieħa fil-11 ta' Novembru 1998 ġiet ikkawżata minn ħsara fuq linja tal-11KV li tipprovdi l-elettriku fl-inħawi tal-Miżieb.
Il-Korporazzjoni ma rċeviet ebda rapport dwar ħsarat f'apparat domestiku.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet filantropiċi, sportivi, volontarji, reliġjużi, eċċ., li jibbenefikaw mill-Income Tax Act Cap.123? Kemm-il talba simili ġiet approvata u/jew rifjutata matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Il-lista ta` l-għaqdiet filantropiċi li jgawdu eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income toħroġ mill-kopji ta` Avviżi tal-Gvern u Avviżi Legali li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-numru ta` talbiet simili li ġew approvati jew rifjutati mill-1994 `l hawn kienu dawn:
Sena Talbiet Approvati Rifjutati
1994 63 37 26
1995 -- -- --
1996 46 9 37
1997 11 2 9
1998 15 1 14
Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni ta' art
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien l-ammont f'ċifra ta' flus li matul dawn l-aħħar ħames snin tħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet liċ-ċittadini li gvernijiet preċedenti esproprjawlhom l-artijiet tagħhom? Fil-fatt kemm kienu jammontaw id-danni ta' 5% li tħallsu mill-gvern lil dawn iċ-ċittadini u kemm kienu jammontaw il-pagamenti tal-valur miżjud fuq il-proprjeta' skond valur tas-suq attwali tal-proprjeta'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus li matul dawn l-aħħar ħames snin tħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-esproprjazzjoni ta' artijiet huwa kif jidher hawn taħt : -
1994 1995 1996 1997 1998*
---- ---- ---- ---- -----
Lm Lm Lm Lm Lm
Prezz ta' 321,600 1,267,700 639,300 900,800 420,000
l-art
Danni 91,800 486,200 194,900 175,100 145,800
* Sat-18 ta' Novembru
10.12.98(am)
Billi hemm numru ta' tax payers li rtiraw bl-eta' u/ jew ġew boarded out u għandhom pendenti refunds ta' l-Income Tax bħal fil-każ ta' 290036/M, 1024046/M, 42933/M, eċċ, jista'l-Ministru jara li jsir il-ħlas dovut lil dawn iċ-ċittadini immedjatament? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (DALLI, JOHN)
Id-Dipartiment qiegħed jeżamina kif jista` jimplimenta l-aħjar programm ta` ħidma bir-riżorsi li għandu jipproċessa l-każi kollha li għandu pendenti fl-iqsar żmien possibbli sabiex ikun f`qada` li jiġbor it-taxxa dovuta u jagħti lura dik imħallsa żejda.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jressaq l-Avviż Legali Numru 68/98 li jemenda l-Local Manufactors Promotion Act Cap 336 dwar l-importazzjoni ta' beef burgers li kien ingħata l-Ewwel Qari fil-25 ta' Mejju, 1998?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni preżenti ddeċidiet li l-abbozz ta' liġi in kwistjoni m'għandux jerġa' jitressaq.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew importati f'tunnellaġġ u valur beef burgers mill-25 ta' Mejju 1998 'l hawn? Mil-liema ditti ġew importati dawn il-beef burgers? Kemm tħallset levy fuq din l-importazzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-
IMPORTATUR KWANTITA VALUR LEVY MĦALLSA
Food Operations Ltd. 32,190 kg Lm34,065 Lm 3,220
Clo Caruana Dist. 66,096 kg Lm65,687 Lm 6,610
Services Ltd.
Dawn il-kwantitajiet u valuri ġew importati taħt H.S. Code 020230
Billi l-laħam tal-Beef Intervention Scheme prattikament jintuża mill-industrija lokali sabiex jiġi proċessat f'beef burgers u l-Avviż Legali Nru 68/98 ta' Local Manufactors Promotion Act Cap 336 dwar importazzjoni ta' beef burgers se jiġi tterminat nhar is-26 ta' Novembru 1998, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bis-sitwazzjoni attwali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Iċ-ċanga tal-Beef Intervention Scheme ser tibqa' tinbiegħ għall-użu fl-industrija lokali meta jkun hemm il-ħtieġa.
Rigward l-Avviż Legali Nr.68/98 nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru konċernat.
Billi issa l-Ministru kellu ċ-ċans kollu li jara l-file ta' l-esportazzjoni tal-patata u billi fl-imgħoddi kemm-il darba allega li kien hemm korruzzjoni fl-aħħar żewġ staġuni ta' l-esportazzjoni tal-patata, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi legali qed jieħu kontra dawn l-allegazzjonijiet magħmula minnu meta kien fl-Oppożizzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Infakkar lil-Onor. Interpellant li huwa stess kien ammetta pubblikament li fl-esportazzjoni tal-patata fi żmienu ma kienx hemm effiċjenza u trasparenza biżżejjed fl-operat kollu tal-istess esportazzjoni.
Mill-files indikati jidher ċar li l-istess Onor. Membru, biex jgħatti il-fjask diżastruż fl-esportazzjoni tal-ħxejjex lejn l-Ingilterra li tant kien iddandan biha fuq il-meżżi tax-xandir, ġew miċħuda madwar Lm13,500 mill-fond tal-esportazzjoni tal-patata tas-sajf, liema flus ittieħdu minn ħluq il-bdiewa. Ittieħdu madwar Lm8,000 oħra mill-fond li suppost kellu jiġi wżat f'għajnuniet ukoll minħabba ħsarat ambjentali kkaġunati mill-maltemp.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 27 (Seduta Nru. 5), jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta bdew l-investigazzjonijiet xjentifiċi? X'sar s'issa u meta huwa pprogrammat li jiġu finalizzati?
Saru konsultazzjonijiet ma' universitajiet oħra barranin, partikolarment mediterranji li qed jagħmlu riċerka fuq din il-pjanta jew oħrajn simili?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-investigazzjonijiet xjentifiċi bdew sitt xhur ilu, u tlesta literature survey fuq is-suġġett.
Huwa ppjanat li jsiru investigazzjonijiet fuq l-alkaloid 'momordicine' li jinsab fil-pjanta Karela għax dan l-alkaloid jista' jniżżel il-livell taz-zokkor fid-demm; dawn l-investigazzjonijiet ser jibdew issa u jieħdu sentejn.
Ma sarux konsultazzjonijiet ma' universitajiet oħra barranin fuq din il-materja.
Jikkonferma l-Ministru li bħalma l-maltemp laqat ħażin il-produzzjoni lokali fix-xitwa li għaddiet laqat ħażin ukoll l-uċuh lokali mkabbra għall-esportazzjoni lejn l-Ingilterra fl-istess perjodu?
Jista' għalhekk il-Ministru jinforma lill-Kamra kif il-bdiewa li esportaw 40 tunnellata biss ta' ħaxix setgħu ilaħħqu l-uċuh tagħhom f'din il-klima sabiex jesportaw il-kwantitajiet miftiehma lejn is-suq Ingliż f'dak il-perjodu?
Jekk il-Ministru jew id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma għandhomx soluzzjoni, jaqbel il-Ministru li l-istqarrijiet tiegħu dwar dan is-suq kienu żbaljati u għas-serjeta' tal-politka f'pajjiżna għandu jirtira l-kritika li għamel dwar dan is-suq ġdid u jibni mill-ġdid il-kuntatti ma' madwar 40 bidwi li kienu nvoluti f'din l-esportazzjoni flok ikompli jġelliedhom kif qed jagħmel bl-istqarrijiet tiegħu ma' bdiewa oħra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-fatt hu li din hekk imsejjħa esportazzjoni kienet fjask mill-bidu sa l-aħħar. Ma kienx biss il-maltemp li laqat ħażin din l-avventura. Kollox sar ħażin per eżempju:
- Ma kienx hemm kuntratt bil-miktub
- Iż-żrieragħ waslu tard
- L-organiżżazzjoni kienet fjakka
- Il-għażla ma kienitx tajba
- Il-kaxxi ma kienux adattati, u fil-fatt il-prodott esportat kien esibit f'kaxxi bil-logo tal-Air Malta
- Ma saritx spezzjoni serja qabel ġew mibgħuta l-prodotti
Fuq kollox minkejja l-pariri kuntrarji u meta deher ċar li l-affarijiet ma kienux mexjin tajjeb, l-Onor. Interpellant, li dak iż-żmien kien il-Ministru, webbes rasu u nsista li l-esportazzjoni tkompli sabiex ma jidhirx li l-istqarrijiet tiegħu kienu biss ħolm. Dan il-ħolm, li spiċċa fi fjask ekonomiku, wassal biex kellhom jittieħdu Lm13,500 minn flus dovuti lill-bdiewa mill-esportazzjoni tal-patata tar-rebbiegħa kif ukoll għal tnaqqir ta' Lm8,000 oħra li suppost intużaw biex jagħmlu tajjeb għall-ħsarat ikkagunati mill-maltemp fl-oqsma tal-biedja u sajd.
Meta l-Ministru għamel żjara lil bdiewa fl-inħawi ta' l-Area tal-Virtu fejn qed jiġi propost li ssir Golf Course fil-limiti tar-Rabat, x'kienu r-raġunijiet ta' din iż-żjara u x'kienu l-ilmenti u proposti li resqulu l-bdiewa ta' l-inħawi? Fil-fatt x'inhija l-pożizzjoni tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar il-proposta tal-proġett tal-Golf Course fl-inħawi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ma għamilt ebda żjara tat-tip li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.
B'riferenza għall-każ pendenti JOP290/96 ta' l-Uffiċċju Konġunt, jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni sabiex dawn iż-żewġ anzjani ma jkomplux jittratjenu, bil-każ? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BORG, TONIO)
Qed jiġu studjati proposti mill-Uffiċċju Konġunt u l-Entijiet Ekklesjastiċi biex jiġu rimedjati sitwazzjonijiet bħal dawk taż-żewġ anzjani li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.
09.12.98pm
Persuni neqsin mis-smiegħ — Karta' ta' l-identita' speċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-persuni nieqsa mis-smiegħ li ma għandhomx jew għandhom karta ta' identita' speċjali jibbenefikawx minn xi sussidju għall-apparat tat-telefon speċjali?
Kemm fil-fatt huma l-persuni f'pajjiżna li jbatu minn nuqqas ta' smiegħ li huma ntitolati għal dan il-benefiċċju u benefiċċji oħra? Kemm-il talba ta' din ix-xorta ġiet rifjutata matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, u x'kienu r-raġunijiet li ġew rifjutati dawn it-talbiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni neqsin mis-smigħ huma intitolati għal sussidju għall-apparat speċjali magħruf bħala 'textelefon' minħabba li telefonata b'dan l-apparat tieħu ħin aktar minn telefonata normali. Dan is-sussidju jingħata mill-Maltacom.
Fil-preżent hemm 412 irreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li għandhom xi forma ta' nuqqas ta' smigħ.
9.12.98
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni lokali u l-prezz medju għall-kaboċċi, pastard u patata fil-perjodu ta' Novembru u Frar 97/98, 96/97, 95/96, 94/95, u 93/94 mill-Pitkalija Ċentrali f'Ta' Qali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kaboċċi Pastard Patata
Kg Prezz Kg Prezz Kg Prezz
Medju Medju Medju
c/Kg c/Kg c/Kg
Nov 97/Feb 98 570,735 17.12 691,725 25.46 1,107,287 12.55
Nov 96/Feb 97 983,968 1.91 1,915,990 3.82 1,552,550 10.98
Nov 95/Feb 96 861,082 7.7 1,225,086 13.9 1,193,599 14.4
Nov 94/Feb 95 634,083 14.1 1,122,478 11.9 543,284 14.8
Nov 93/Feb 94 776,964 9.25 1,123,254 10.75 999,692 14.87
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Kalendarju Agrituristiku huwiex se jkompli jiġi organizzat? Jekk iva, fuq liema direzzjoni u min se jkunu l-uffiċjali responsabbli minn dan il-Kalendarju?
Kemm huwa pprogrammat li jsiru laqgħat ma' l-għaqdiet involuti u xi jridu jagħmlu dawk l-għaqdiet li jridu jesprimu xi ideat ġodda sabiex jiġu nkorporati f'dan il-Kalendarju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Kalendarju t'attivitajiet agrikoli kif ukoll tas-sajd għas-sena d-dieħla qed jiġi finaliżżat mill-istess unit li għamlitu aktar kmieni din is-sena meta l-Onor. Interpellant stess kien għadu Ministru ta' L-Agrikoltura.
Laqgħat ma l-għaqdiet involuti jsiru regolarment.
Billi kien twaqqaf Kumitat il-Ħbieb tal-Pitkalija sabiex jiġu organizzati attivitajiet b'risq għaqdiet filantropiċi fil-weekends fil-Pitkalija, li wkoll kellhom ikunu parti mill-attivitajiet tal-Kalendarju Agrituristiku, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan il-kumitat għadux jiffunzjona? Jekk iva, min huma l-membri? Jekk le, għaliex tneħħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Naħseb li l-Onorevoli Noel Farruġia jaf li l-Kumitat tal-Ħbieb tal-Pitkalija li kien waqqaf hu mhux ma għadux jiffunzjona, jew tneħħa, iżda dan il-Kumitat qatt ma ffunzjona għaliex fil-fatt qatt ma organiżża l-ebda attivita' lanqas meta hu, li kien waqqfu, kien Ministru tal-Agrikoltura u Sajd.
Bħall-proġetti fittizzi oħra li l-Onor. Membru tant jiddandan bihom, dan il-Kumitat ta'Ħbieb tal-Pitkalija li qatt ma ltaqa u li allura qatt ma ta ċentezmu wieħed lill xi għaqda filantropika, mhux ser jiġi mġedded.
Jista' l-Ministru jirrimedja b'soluzzjoni t-talba tal-File Nru.L/30/63 tad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta' każijiet/files simili pendenti bejn iċ-ċittadin u d-Dipartiment ta' l-Artijiet? Liema huwa l-aktar file li fil-fatt ilu pendenti l-aktar f'dan ir-rigward? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jirrimedja b'policy sabiex dawn il-files li ilhom is-snin pendenti jiġu rimedjati?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Membru, kull talba għal riklamazzjoni t`art quddiem id-Dipartiment ta` l-Artijiet, tiġi kkunsidrata biss wara li l-applikant ikun ottjena l-permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Fil-każ tat-talba tal-File Nru. L30/63, din tista` tiġi kkusidrata jekk l-appellant jottjeni l-permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jirreklama l-art kif ġie mitlub jagħmel fis-27 ta` Jannar, 1998.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
09.12.98 (a.m.)