Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1752 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mellieħa — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati l-ħofor li hemm fi Triq is-Salib fil-Mellieħa? Jista jikkonsidra li jikkordina mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex jiġu rranġati l-bankini ta' din it-triq u wkoll jingħata t-tarmak sabiex ir-residenti jkollhom aċċess aħjar? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali interessat.
Leg 9 PQ #1753 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Tariffi għar-raħħala

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bit-tariffi/rati ġodda ta' l-ilma u dawl għar-raħħala, bdiewa u l-Agro Industrija? Kemm fil-fatt ġie l-prezz ta' metru kubu li kien 4c5m sa 2,270 metru kubu ilma għar-raħħal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1754 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Beef Burgers — Levy

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif il-miżuri l-ġodda ta' tnaqqis ta' levy fuq ċerti beef burgers mhux se jaffetwa ħażin l-industrija lokali ta' l-ipproċessar taċ-ċanga friska? Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġu mpjegati l-ħaddiema li jaħdmu f'dawn l-azjendi ta' l-ipproċessar tal-laħam kemm-il darba minħabba kawża ta' dawn il-miżuri l-kumpanniji jkollhom jgħalqu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li dan it-tnaqqis sejjer jolqot biss lill-beef burgers li huma manifatturi minn ċanga pura u għalhekk jaffetwa biss sezzjoni żgħira mill-manifattura lokali. Rigward it-tieni parti, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru , li sa fejn huwa nfurmat id-Dipartiment ta' l-Industrija llum, ma jidhirx li din is-sitwazzjoni sejra taffettwa b'mod negattiv l-impjiegi. Anzi, jidher li l-ħwienet ta' l-ikel (fast food outlets) jimpjegaw numru sostanzjali ta' ħaddiema u dan jagħmel tajjeb għal xi tnaqqis żgħir li jista' jkun hemm fis-settur tal-manifattura ta' l-istess prodott.
Leg 9 PQ #1755 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Manikata — Ground tal-boċċi

Question

Billi hija x-xewqa ta' ħafna ċittadini mill-Manikata li jkollhom ground tal-logħba tal-boċċi, jista' l-Ministru jikkonsidra li japprova dan il-proġett ċkejken għad-dipartiment imma żgur li jfisser ħafna għar-residenti tal-Manikata?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proposta biex jinbena ground tal-boċċi fil-Manikata se tiġi mistħarrġa.
Leg 9 PQ #1756 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Manikata — Ground tal-logħob tal-boċċi

Question

Billi hi x-xewqa ta' ħafna mir-residenti tal-Manikata li jkollhom ground tal-logħba tal-boċċi, jista' l-Ministru jikkonsidra li japprova dan il-proġett għall-budget li ġej?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1755.
Leg 9 PQ #1757 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Manikata — Toilets/ġnien

Question

Billi hija x-xewqa ta' ħafna mir-residenti tal-Manikata li jsiru toilets għall-pubbliku u anke ġnien fil-Manikata, jista' l-Ministru jikkonsidra li fil-budget jinkludi dawn iż-żewġ proġetti żgħar għal ministeru tiegħu iżda li jfissru ħafna għar-residenti tal-lokal? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali interessat.

Djar — Każ bir-Ref No. H 0015646

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tat-talba pendenti bir-Ref No. H 0015646? Fil-fatt, x'inhi l-policy tal-Gvern sabiex każijiet bħal dawn jiġu ttrattati? Meta huwa pprogrammat li l-Gvern jirrimedja għal dawn il-każijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jara r-risposta li jiena tajtu għall-Mistoqsija Nru. 1118 li tittratta dwar l-istess persuni. 11.12.98
Leg 9 PQ #1713 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

File No. IPSE 980354/164/98

Question

Jista' l-Ministru jinformani dwar il-follow up tal-File IPSE 980354/164/98 u ċioe' jara li jiġi rimedjat il-każ sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1714 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Estensjonijiet

Question

B'riferenza għall-istqarrija riċenti tal-Ministru dwar l-estensjonijiet l i qed isiru fil-Ħabs Ċivili, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bin-numru ta' ħaddiema u l-gradi tagħhom li jridu jiġu mpjegati sabiex imexxu l-operat tal-Ħabs Ċivili meta jitlesta l-proġett? Kif se jkunu s-sejħiet ta' dawn il-vakanzi? Se jkun hemm kumpanniji privati li se jmexxu dan l-operat?

Response (BORG, TONIO)

S`issa, mill-estensjoni ġdida waslet biex titlesta Diviżjoni waħda li ser ikun fiha 36 ċella. Din id-Diviżjoni hi pproġettata li tintuża minn priġunieri żgħażagħ jew priġunieri li daħlu l-ħabs għall-ewwel darba. Mhux maħsub li jkun hemm żieda fuq in-numru ta` ħaddiema eżistenti biex titmexxa din id-Divijoni ġdida, billi l-istaff preżenti li qed imexxi d-Diviżjoni taż-żgħażagħ fil-parti antika tal-ħabs ser jiġu trasferiti għad-Diviżjoni ġdida hekk kif tibda titħaddem. Id-Diviżjoni l-oħra li fiha ser jitqiegħdu l-priġunieri mhux sentenzjati, u li hi l-akbar proġett tal-ħabs, għadha fl-istadju tal-bidu ta` kostruzzjoni u baqa` mill-inqas sentejn biex titlesta. Għalhekk mhux ipproġettat li jiddaħħlu nies għalissa fuq dan it-tieni proġett. Dwar il-gradi tal-ħaddiema fil-ħabs, infakkar lill-Onor. Interpellant li f`Mejju 1994 kien intlaħaq ftehim dwar is-salarji u kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-ħabs. Dan il-ftehim kien ukoll iffissa l-gradi ta` impjegati fis-servizzi korrettivi, kif ġej: - Correctional Managers fi skala 5 Assistant Correctional Managers fi skala 7 Correctional Supervisors fi skala 9 Senior Correctional Officers fi skala 10-11 Correctional Officers fi skala 14-17 Dwar l-aħħar mistoqsija, m`hemmx ħsieb li l-ħabs jitmexxa minn kumpanija privata. 11.12.98(pm)
Leg 9 PQ #1715 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' gwardjani fil-preżent fil-Ħabs Ċivili? Kemm hu n-numru ta' postijiet vakanti tal-gwardjani fil-Ħabs Ċivili fil-mument u meta ħerġin is-sejħiet għall-applikazzjonijiet? Kemm kien in-numru ta' gwardjani li tkeċċew u/jew irriżenjaw minn din il-kariga matul l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` uffiċjali fir-rank ta` gwardjan (Correctional Officer) fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huwa ta` 165. Fil-preżent in-numru ta` vakanzi ta` Gwardjani (i.e. Correctional Officers) hu ta` 14. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta` gwardjani li spiċċaw mis-servizz f`dawn l-aħħar erba` snin hu kif ġej:- 1995 - 30 1996 - 14 1997 - 4 1998 - 2 11.12.98(pm)
Leg 9 PQ #1716 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Tal-Katakombi - Ilma tax-xita

Question

Billi wara kull maltempata bix-xita l-ilma ta' l-inħawi taċ-Ċjaki, fir-Rabat qed jiżbokka fi Triq Kanonku G. Gatt Said b'riżultat li wara jispiċċaw mgħarqa r-residenti ta' l-inħawi f'Tal-Katakombi, fir-Rabat, jista' l-Ministru jinvestiga din il-problema u jirrimedja b'soluzzjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jinvestiga dan l-ilment.
Leg 9 PQ #1717 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef burgers — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema kriterji approva t-tnaqqis ta' levy fuq ċerti beef burgers importati? Fil-fatt, fuq liema beef burgers se titħallas 10c levy minflok 80c? Ma' liema koperattiva/għaqdiet tal-bdiewa u raħħala kkonsulta dwar din id-deċiżjoni u x'kienet il-pożizzjoni ta' dawn l-għaqdiet/koperattivi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1453 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Zona industrijali

Question

Jista' l-Ministru jara li jdaħħal fil-pjanijiet tiegħu żvilupp ta' Industrial Estate fir-Rabat, Malta? Billi din il-problema fir-Rabat ilha pendenti għal numru ta' snin u apparti l-problemi ambjentali li qed tikkawża, qed iċċaħħad ħafna żgħażagħ milli jiżviluppaw dawn is-snajja' sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, jista' l-Ministru jirrimedja għal dan il-bżonn mill-aktar fis possibbli? Jekk fl-affermattiv, meta u fejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Benefiċċji soċjali — Ommijiet xebbiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija tiegħi dwar l-ommijiet xebbiet, jista' d-dipartiment almenu jestendi l-informazzjoni lill-Kamra dwar l-istatistika għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Nru. 59, nixtieq inkompli nżid li taħt il-liġi dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) ma hemm l-ebda provediment ad hoc dwar xebba omm. Il-provedimenti speċjali li hemm fil-liġi jittrattaw dwar ġenitur waħdu irrispettivament mis-sess ta' dik il-persuna. Għalkemm fost dawn hemm inklużi l-ommijiet xebbiet insibu wkoll romol, u persuni miżżewġa separati. Mhux kull ġenitur waħdu jew xebba omm tikkwalifika għall-għajnuna. Barra minn hekk xebba omm tista' tkun qed tiġi mantnuta minn xi persuna oħra li tkun qed tgħix fl-istess dar tagħha, f'liema każ, f'għajnejn il-liġi din tiġi meqjusa bħala familja. Għaldaqstant qatt ma nħasset il-ħtieġa li d-Dipartiment iżomm statistika dwar ommijiet xebbiet li jgħixu waħedhom. B'danakollu tlabt lid-Dipartiment jagħmel eżerċizzju dwar in-numru ta' xebbiet ommijiet li għandhom il-kura ta' ulied u li qegħdin jieħdu l-'Allowance' tat-Tfal u irriżulta li minn dawn hemm 928. 11.12.98
Leg 9 PQ #1455 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zoni industrijali — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-policy li għandu l-gvern sabiex fil-ħames snin li ġejjin jiżviluppaw industrial estates ġodda f'Malta? Fil-fatt fiex waslu l-proġetti li kien beda Gvern Laburista preċedenti dwar dawn l-industrial estates?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1456 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rabat — Misraħ is-Saqqajja - Tqaċċit ta' siġra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema raġunijiet u għal-liema kriterji tqaċtet waħda mis-siġar li hemm f'Misraħ is-Saqqajja fir-Rabat, Malta? Meta saret din it-talba mir-residenti? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-uffiċjali ta' l-Urban and Rural Landscaping dwar dan il-kas? Fil-fatt meta se titħawwel siġra oħra u dawn is-siġar se jinbidlu? X'konsultazzjoni saret mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-Urban and Rural Landscaping Board dwar dan?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saret talba kemm mill-Kunsill Lokali tar-Rabat fil-14.10.98 kif ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Mdina fil-15.10.98 biex issir żabra tas-siġar li hemm fuq in-naħa tan-niċċa ta' San Pawl fis-Saqqajja. Meta kienet qed tittwettaq żabra ħafifa tal-ġandar, twarrbet ukoll siġra tal-ficus li ilha mejta sentejn. Il qtugħ ta' siġar mejta f'postijiet ċentrali huwa proċedura normali u ma jirrekjedi l-ebda referenza lill-Kunsilli jew entitajiet oħra. Hemm pjanijiet biex jitħawlu bosta siġar f'diversi lokalitajiet fejn dawn huma neqsin, hekk kif it-temp u r-riżorsi neċessarji jippermettu.

Persuni b'Diżabilita' — Sussidju fuq karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' li applikaw għal benefiċċju ta' eżenzjoni jew sussidju fuq karozzi għal użu personali tagħhom matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom ġew milqugħa u fuq liema kriterji ġew miċħuda xi applikazzjonijiet partikolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif tidher hawn taħt: Sena Numru ta' Rakkomandati Mhux Irtirati Applikazzjonijiet Eliġibbli 1994 96 76 11 9 1995 106 85 9 12 1996 106 86 6 14 1997 91 81 4 6 1998(*) 131 96 1 2 (**) (*) sat-30 ta' Settembru (**) 32 li jibqgħu huma applikazzjonijiet li għadhom qed jiġu pproċessati. L-applikazzjonijiet li ġew miċħuda ma ntlaqgħux għax ma jikkwalifikawx skond il-kriterji stabiliti bi qbil bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-Ministeru tal-Finanzi. 11.12.98
Leg 9 PQ #1570 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Diparitment ta' l-Agrikoltura — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-programm ta' xogħlijiet li se jwettaq id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fir-rigward ta' tħawwil ta' siġar arbuxelli eċċ fit-tliet xhur li ġejjin? Kemm fil-fatt tħawwlu siġar f'Ottubru li għadda, fejn u x'tip ta' siġar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Hemm programm ta' tħawwil ta' 13,000 siġra, arbuxelli u pjanti oħra. Fix-xahar ta' Ottubru ġew imħawwla 489 siġra u 2,033 arbuxell. Dawn tħawwlu il-Birgu, il-Kalkara, Qormi, Ġnien Gaddafi, Tiq Garibaldi, Ġnien is-Serenita', Safi, il-Palazz tal-Girgenti, Attard, Mtarfa, Għargur, Lija, l-Argotti, il-Mall tal-Furjana u l-Belt. Is-siġar kienu tat-Thuya, Ċipress, Palm, Rummien, Żebbuġ, Tamarix, Prinjol, Larinġ, Ficus Schinus, Quercus, Acacia, Casuarina u Eucalyptus.
Leg 9 PQ #995 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Tax payers

Question

Billi t-tax payers numri 72338/M, 363652/M, 944649/M, 290632/M, 568155/M, 255750/M, 457967/M, 552227/M u 372138/M għandhom oġġezzjonijiet li ilhom pendenti s-snin, jista' l-Ministru jara li dawn jiġu trattati fl-affermattiv? Jekk iva, meta?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 991.
Leg 9 PQ #996 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jiġu finalizzati l-oġġezzjonijiet pendenti ta' dawn it-tax payers cioe' 511857/M, 678144/M, 290036/M, 708228/M, 72946/M, 826555/M, 342129/M, 500578/M u 570151/M?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 991.