Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1781 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jinkludi fl-estimi tas-sena 1998 ix-xogħlijiet ta' l-għoti ta' tarmac u rranġar ta' bankini ta' Triq Għajn Rasul u Triq Patri Gwann F. Grima, f'San Pawl il-Baħar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #1782 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li jinkludi fil-programm tat-tarmac tat-toroq Triq Sir Luigi Preziosi, Buġibba? Peress li r-residenti ilhom is-snin jilmentaw sabiex din it-triq tiġi rranġata, jista' l-Ministru jara li jsir kordinament mal-kunsilli lokali u d-dipartiment konċernat sabiex ix-xogħlijiet isiru immedjatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1783 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba — Asafaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li jinkludi fil-programm tat-tarmac tat-toroq, Triq it-Tempesta, Buġibba? Billi r-residenti ta' din it-triq ilhom is-snin jilmentaw sabiex tiġi mogħtija t-tarmac, jista' l-Ministru jawtorizza x-xogħlijiet immedjatament? Jekk fl-affermattiv ,meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Djar — Għajn Qajjed, Rabat

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li jsiru lifts fil-housing estate ta' Għajn Qajjed, fir-Rabat, Malta? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' familji residenti f'dan il-qasam tad-djar? Billi f'dan il-housing estate hemm toroq li jeħtieġu wiċċ tarmac, jista' l-Ministru jara li jsir kordinament meħtieġ ma' l-awtoritajiet konċernati, inkluż il-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex isir dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 409 u 639 rigwrd il-kwistjoni ta' stallar ta' lifts. Rigward it-toroq nagħti parir lill-Onor. Interpellant jagħmel dil-Mistoqsija lill-Ministeru għat- Transport. 15.12.98
Leg 9 PQ #1777 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar/Baħrija — Tiswija ta' bankini

Question

Billi Triq Piscopo Macedonia, San Pawl il-Baħar u Triq Raddet ir-Roti, Baħrija jonqos li jsiru bankini ma' naħa waħda tat-triq u li jsir tindif tal-ħaxix ħażin, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex dawn ix-xogħlijiet pendenti jsiru fl-affermattiv?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #1778 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Xemxija — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jinkludi fil-programm tax-xogħlijiet għas-sena d-dieħla, l-għoti ta' asfalt jew tarmac u x-xogħol fuq il-bankini ġodda ta' Triq l-Awwista u Triq il-Pwales, fix-Xemxija? Billi f'dawn l-aħħar sitt snin għamilt diversi talbiet għan-nom ta' dawn ir-residenti u qatt ma sar xejn, jista' l-Ministru jikkordina din it-talba sabiex ikun assigurat li s-sena d-dieħla x-xogħlijiet isiru verament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #1779 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Valette

Question

Jista' l-Ministru jinkludi fl-estimi tal-Budget ta' l-1999 ix-xogħlijiet ta' bankini ġodda u asfaltar jew tarmac ta' Triq Jean De La Valette u l-madwar tagħha f'San Pawl il-Baħar? Billi t-talba ta' dawn ir-residenti ilha pendenti s-snin, jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li fil-fatt ix-xogħlijiet jsiru vera s-sena d-dieħla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #1780 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Triq it-Torri - Xogħlijiet

Question

Billi r-residenti ta' Triq it-Torri San Pawl il-Baħar, ilhom jistennew is-snin biex tiġi rranġata t-triq residenzjali tagħhom, jista' l-Ministru jikkordina x-xogħlijiet mad-dipartimenti u l-kunsilli lokali konċernati? Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet pendenti jsiru s-sena d-dieħla, jiġifieri l-1999? Jekk iva, meta u jekk le għaliex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #1764 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkali Crates Limited

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ħarġet sejħa għall-offerti għal xiri ta' makni tal-ħasil ta' kaxxi dugħ? Meta kienu dawn il-ħarġiet xahar b'xahar u x'kienu r-raġunijiet li dawn it-tenders ħarġu aktar minn darba? Kemm saru laqgħat bejn uffiċjali tal-Ministeru Pitkali Crates Limited matul dawn l-aħħar 24 xahar dwar ix-xiri tal-makna ġdida tal-ħasil tal-kaxxi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall mistoqsija parlamentari numbru 305. Fil-fatt ħarġu żewġ sejħiet għall-offerti. L-ewwel sejħa ħarġet bi 'specifications' magħmula mid-Dipartiment tal-Agrikoltura. Għal din is-sejħa ntbagħtu diversi offerti li ġew evalwati. L-orħos fost dawn l-offerti kienet ta' xi Lm32,000. Għal din it-tender kien hemm oġġezzjonijiet mill-Pitkali Crates Ltd., għax qalu li l-'specifications' ma kienux saru sewwa u qalu wkoll li fis-suq kien hemm magni aħjar minn dik offruta u bi prezz orħos, ta' bejn wieħed w ieħor Lm24,000. Dawn l'oġġezzjonijiet kienu fil-perjodu bejn 1 t'Awissu 1997 u l-31 ta' Diċembru 1997. Għalhekk ħarġet it-tieni tender bi 'specifications' magħmula minn Engineer fid-9 ta' Frar 1998. Għal din is-sejħa reġa kien hemm diversi offerti u wara żjara minn membri tal-Pitkali Crates Ltd. barra minn Malta sabiex jaraw il-magna, ġie deċiż li tinxtara magna għas-somma ta' Lm61,190. Jien infurmat li saru diversi laqgħat bejn uffiċjali tal-Ministeru u rappreżentanti tal-Pitkali Crates Ltd., dwar ix-xiri tal-magna iżda n-numru mhux magħruf.
Leg 9 PQ #1765 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

San Lucian — Produzzjoni tal-finger links

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-finger links fiċ-Ċentru ta' l-Akwakultura f'San Luċian matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu stallati ċ-chillers il-ġodda u x'użu għandhom u x'benefiċċji se jkollhom dawn fuq is-sistema tal-hatchery?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Produzzjoni tal-friegħ miċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura matul l-aħħar ħames snin: Sena Numru 1993 231,000 1994 468,250 1995 1,264,314 1996 971,333 1997 836,205 Jien infurmat li c-chiller il-ġdid se jasal ġoċ-Ċentru fil-bidu tax-xahar id-dieħel u għandu jiġi nstallat sa l-aħħar ta' Diċembru. L-użu prinċipali tac-chiller huwa li jwaqqa' t-temperatura ta' l-ilma baħar li jintuża għall-ġenituri ta' l-awrat speċjalment fis-sajf, biex b'hekk il-produzzjoni tal-bajd tkun tista' tibqa' sejra matul is-sena kollha. Jien infurmat ukoll li aktar il-quddiem l-istess chiller jista' jiġi użat ukoll biex inkunu nistgħu nkabbru il-friegħ ta' l-ispnott li jirrikjedi temperatura ta' 16 il grad celsius.
Leg 9 PQ #1766 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk humiex se jkomplu d-diskussjonijiet dwar assigurazzjoni fuq il-prodott u l-proprjeta' tal-bdiewa li kien beda l-Ministru preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment tal-Agrikoltura daħal f'diskussjonijiet dwar assigurazzjoni għall-bdiewa ma Bank Kummerċjali Malti. Jien infurmat li l-istħarriġ wasal fi stadju avanzat. Jien infurmat ukoll li l-Onor. Interpellant, meta kien responsabbli mill-Biedja u Sajd, kellu f'moħħu diversi ħsibijiet, fosthom li jneħħi l-ħlas ta' nofs il-bolla u minflok iħallas xi premums fuq xi tip ta' assigurazzjoni. Bħall ħafna kunċetti oħra li kellu l-istess Interpellant, dawn il-miżuri ma ġewx attwati u baqu biss f'rasu.
Leg 9 PQ #1767 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

12-il Distrett — Street lighting/bozoz ma' irziezet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bin-numru ta' talbiet pendenti mir-residenti u l-kunsilli lokali tat-12-il Distrett għal street lighting u bozoz ma' irziezet, eċċ.? Kemm fil-fatt hija kkalkolata n-nefqa rikjesta biex l-Enemalta tinstalla dawn il-bozoz sabiex tipprovdi s-servizz meħtieġ liċ-ċittadini residenti fit-12-il Distrett?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-Korporazjoni Enemalta għandha 4 talbiet pendenti mill-Kunsill Lokali tar-Rabat u 4 talbiet oħra mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. It-talbiet msemmija bħalissa qed jiġu ikkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra.

Djar — Housing Estates - San Pawl il-Baħar/Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibbilta' li jsiru l-lifts fil-qasam tad-djar ta' San Pawl il-Baħar u l-Imġarr, Malta? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' residenti f'dawn il-Housing Estates?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għal PQ Nru. 409 u 639. 14.12.98
Leg 9 PQ #1769 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Toroq — Qasam Industrijali ta' l-Imrieħel

Question

Billi fil-qasam industrijali ta' l-Imrieħel żviluppaw numru ta' ħofor fit-toroq minħabba l-maltemp ta' dawn l-aħħar jien, jista' l-Ministru jara li jikkordina mad-dipartimenti konċernati dawn ix-xogħlijiet sabiex il-ħaddiema ma jkomplux jiffaċċjaw aktar inkonvenjent fis-sewqan ikkawżat minn dawn il-ħofor? Jista' l-Ministru jara li jagħmel l-istess kordinament mad-Dipartiment ta' l-Ambjent sabiex jitnaddaf l-iskart li hemm f'dan il-qasam industrijali ħalli l-ħaddiema jkollhom ambjent diċenti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Malta Development Corporation ser tibda xogħolijiet ta' tiswija fuq it-toroq tal-Qasam Industrijali ta' l-Imrieħel fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar 1999. FIl-frattemp qed isir tindif regolari tat-toroq li jaqgħu fil-konfini ta' dan il-Qasam. Il-Korporazzjoni qiegħda wkoll tikkordina mad-Dipartimenti Konċernati biex kemm jista jkun malajr isisru t-tiswijiet u t-tindif neċessarji fit-toroq ta' madwar dan il-qasam industrijali.
Leg 9 PQ #1758 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Manikata — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħol ta' manutenzjonijiet fil-Manikata sabiex jiġu rranġati t-toroq prinċipali tal-Manikata, bankijiet imkissra u ħitan tas-sejjiegħ imġarfa eċċ ikkawżati mill-maltemp li għamel fil-gżejjer tagħna f'dawn l-aħħar jiem ta' Novembru? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsill Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali interessat.

Djar — Xiri ta' djar/appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji residenti f'Malta u f'Għawdex li matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, xtraw id-djar/appartamenti tagħhom li kienu ta' l-Awtorita' tad-Djar jew tal-gvern? Kemm huwa n-numru ta' dawk pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' familji li xtraw ir-residenzi tagħhom li hi proprjeta' tal-Gvern jew ta' l-Awtorita' tad-Djar taħt l-iskema biex inkwilini isiru sid ta' darhom huwa dan:- 1994 - 73 1995 - 22 1996 - 51 1997 - 281 1998 - 275 Bħalissa qegħdin jiġu proċessati 286 l-applikazzjoni. 14.12.98
Leg 9 PQ #1760 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Fidi ta' ċnus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-familji f'Malta u f'Għawdex li fdew iċ-ċnus fuq proprjeta' mibnija, art agrikola, art xagħri, plots tal-gvern eċċ. matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti li għandu d-Dipartiment ta' l-Artijiet għal talbiet simili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li f`dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta` ċnus li nfdew fuq proprjeta` mibnija, art agrikola, art xagħri, plots tal-gvern, ecc., f`Malta u Għawdex, kien kif jidher hawn taħt:- Proprjeta` Art Art Plots Art għal Mibnija Agrikola Xagħri tal-Gvern Ċimiterji 1994 4 -- -- -- -- 1995 2 5 -- 11 2 1996 - 2 1 3 -- 1997 3 -- 1 3 -- 1998 3 -- -- 3 -- Il-fidi ta` ċnus fuq plots tal-Housing Schemes ma jaqax taħt ir-responsabbilta` ta` dan il-Ministeru. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija. 14.12.98(a.m.)
Leg 9 PQ #1761 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħħala/bdiewa — Dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bit-tariffi l-ġodda tad-dawl u l-ilma tar-raħħala, bdiewa u ta' l-agro industrija? Kemm fil-fatt ġie l-metru kubu li qabel kien 4c5mils sa 2270 m/k ta' ilma u wara dan l-ammont il-prezz kien jitla' għal 12c il-m/k ta' ilma u jerġa' jibda jiġi applikat wara kull erba' ġimgħat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1762 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Manikata

Question

Billi d-dawl li sar għall-festa ta' nhar id-29 ta' Awissu fil-Manikata sabiex tinxtel il-knisja tal-lokal għadu jinxtel kuljum lejl u nhar, jista' l-Ministru jara li jsir timer sabiex dan id-dawl jinxtgħel biss f'ħinijiet partikolari u mhux filgħodu sabiex ma ssirx aktar ħela ta' enerġija? Jista' l-Ministru jara li japprova t-talbiet tar-residenti tal-Manikata għal street lighting u għal bozoz mal-farmhouse li għadhom pendenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ħadet il-miżuri meħtieġa biex tissewwa l-ħsara li kien hemm. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Korporazzjoni ma għandhiex talbiet pendenti.
Leg 9 PQ #1763 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fish farms — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-fish farms lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema fulltime u part-time matul l-istess perijodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Produzzjoni tal-Fish Farms matul dawn l-aħħar ħames snin: Sena Spnott Awrat 1993 200mT 400mT 1994 350mT 550mT 1995 500mT 800mT 1996 596mT 1,156mT 1997 720mT 1,080mT In-numru ta' ħaddiema full-time u part-time matul l-istess perjodu Sena Full-time Part-time 1993 20 15 1994 40 20 1995 80 30 1996 100 30 1997 110 40