Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Pensjonanti

Question

B'riferenza għall-anomaliji fil-Liġi tas-Sigurta' Soċjali li neħħa l-Gvern preċedenti Laburista bħal fil-każ tal-pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi u tal-pensjonanti romol irġiel, (armel), jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' pensjonanti f'Malta u Għawdex li bbenefikaw minn dawn il-miżuri ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar in-numru ta' pensjonanti li bbenefikaw minn żieda fil-pensjoni bl-ammendi ta' l-4 ta' Ottubru 1997, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari numru 1096. Ninforma lil Onor. Membru wkoll, li n-numru ta' Rġiel li bbenefikaw minn pensjoni tar-Romol bl-ammendi li daħlu fis-seħħ b'effett mit-3 ta' Jannar 1998, huwa għaxra (10). 14.1.99
Leg 9 PQ #2965 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Konsumatur — Każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet fejn iċ-ċittadini rrapportaw lid-Dipartiment tal-Konsumatur matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm tressqu każijiet quddiem il-Qorti tagħna sabiex id-dipartiment jiddefendi l-interessi tal-konsumaturi msemmija, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej: SENA NUMRU TA' ILMENTI REĠISTRATI KAŻIJIET IMRESSQA L-QORTI 1994 644 3 1995 521 3 1996 864 1 1997 724 1 1998 773 - Tajjeb wieħed jgħid li l-interessi tal-konsumatur ma jiġux imħarsa biss meta każ jitressaq quddiem il-qorti, għax kif għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1981, id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandu l-funzjoni ta' medjazzjoni u hija l-policy ta' l-istess Dipartiment, bħalma hija l-prattika fl-Ewropa, li jeduka kemm lill-kummerċjant kif ukoll lill-konsumatur. Jittieħdu passi legali kontra l-kummerċjant meta dan ma jirregolax ruħu wara li tkun inġibditlu l-attenzjoni għall-irregolarita'.
Leg 9 PQ #2966 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsilli lokali — Rijabilitazzjoni ta' widien

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-kunsilli lokali li talbu lid-dipartiment u/jew il-ministeru sabiex jiġu rranġati u/jew rijabilitati l-widien li jinsabu fil-konfini tal-lokal tagħhom? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-konsiderazzjonijiet tal-Ministeru għal dawn it-talbiet u ċioe' meta se jiġu sodisfatti t-talbiet ta' dawn il-kunsilli lokali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Kunsilli Lokali li magħhom kien diskuss xogħol fuq widien, kienu ta' Ħaż-Żebbuġ u ta' Ħal-Qormi. Wied Baqqiegħa u Wied Qirda, kif ukoll fejn it-Troll, Ħaż-Żebbuġ sar ammont konsiderevoli ta' xogħol. Ix-xogħol ikompli kif it-temp jippermetti. Wied is-Sewda u Tal-Ħlas, bejn Żebbuġ Road, Attard u Tal-Blat, Qormi, ġie mnaddaf kollu, barra li saru wkoll tiswijiet ta' lqugħ ta' l-ilma. Ix-xogħol għadu sejjer u aktar 'il quddiem għad irid jinbena pont fejn il-pumping station ta' l-ilma Tal-Ħlas. Qiegħed isir ukoll xogħol fejn is-sit magħruf bħala l-"Erba' Qaddisin", Ħal-Qormi li wkoll huwa parti mix-xogħlijiet tal-Widien.

Koperattivi — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u tekniċi li jaħdmu f'azjendi privati u koperattivi konnessi ma' l-oqsma tal-Biedja u Sajd bħal KPM, MDP eċċ matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 13.1.99
Leg 9 PQ #1945 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat (Malta) — Ċiniterju

Question

B'riferenza għall-intervent tiegħi dwar iċ-Ċimiterju fir-Rabat, Malta u l-fatt li l-komunita' Rabtija tinsab imdejqa u urtata ħafna li ilha snin twal tistenna dan il-bżonn fir-Rabat, jista' l-Ministru jagħmel time-frame sabiex il-proċess ta' l-istħarriġ għal dan iċ-ċimiterju ma jkomplix jieħu aktar fit-tul? Jista' l-Ministru jieħu konsiderazzjoni li ma jintużax raba' tajjeb li diġa' jintuża mill-bdiewa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li qiegħed isir kull mezz possibbli biex l-istħarriġ dwar il-possibilta' li jinbena ċimiterju ġdid, limiti tar-Rabat jitħaffef u jiġi deċiż fl-iqsar żmien possibbli. Ma tistax tingħata data definittiva sabiex jitwettaq dan il-proġett. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, biex ma jintużax raba' tajjeb, tiġi mistħarrġa fil-kuntest tal-ħtieġa li jsir ċimiterju ġdid.
Leg 9 PQ #2847 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Beef burgers — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-levy li tħallset skond il-mistoqsija parlamentari numru 993, Seduta Nru. 26, ma tħallsitx skond l-Avviż Legali Nru. 68/98 ta' l-Att tal-Protezzjoni ta' l-Industrija Lokali CAP 336 u fid-dawl ta' l-ewwel qari ta' dan l-avviż kien tressaq fil-Parlament fil-25 ta' Mejju, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 993 kienet tirreferi għall-levy imħallsa bejn il-25 ta' Mejju 1998 u t-30 ta' Novembru 1998, jiġifieri mid-data effettiva ta' l-Avviż Legali numru 68/98 sad-data tat-tweġiba. F'dan il-perjodu l-levy inġabret skond l-imsemmi Avviż Legali, jiġifieri 80 ċenteżmu kull kilo impurtat. Pero` parti minn din il-levy, jiġifieri 70 ċenteżmu kull kilo, inġabret bħala 'depożitu'. Dan id-depożitu issa ser jiġi mgħoddi lura lill-importaturi konċernati peress li l-Abbozz ta' Liġi imsemmi mill-Onorevoli Interpellant spiċċa max-xoljiment tal-leġislatura preċedenti.
Leg 9 PQ #2877 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru laqgħat bejn l-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Ambjent u s-Sezzjoni ta' l-Urban and Rural Landscaping tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul il-perijodu tal-5 ta' Settembru u Diċembru? X'ġie diskuss u x'ġie pproġettat li jsir b'kordinament maż-żewġ awtoritajiet għall-benefiċċju ta' landscaping aħjar fil-gżejjer tagħna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li għadhom ma sarux laqgħat kif qed isaqsi dwarhom l-Onor. Interpellant, nista' ninforma lill-Kamra li wara t-taħdidiet fil-ġurnata seminar ta' l-24 ta' Novembru 1998, kien suġġerit u sar qbil biex jiġi mwaqqaf kumitat ad hoc biex jiddiskuti l-ħarsien u l-użu tas-siġar Maltin, u sar l-ewwel pass biex jiġu mistiedna r-rappreżentanti tad-diversi dipartimenti u għaqdiet oħra. Jiena nispera li l-kordinament li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, u li jien naqbel miegħu, iseħħ fl-ewwel laqgħa ta' dan il-kumitat.
Leg 9 PQ #2878 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri li spiċċaw mill-korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija grad grad matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm kien in-numru ta' pulizija li daħlu fil-korp matul l-istess perijodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 13.01.99
Leg 9 PQ #2879 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-postijiet vakanti fil-Korp tal-Pulizija grad grad fil-mument?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' vakanzi, skond il-'complement' approvat, fil-Korp tal-Pulizija, fil-preżent u grad bi grad hu kif ġej : Supretendenti 11 Spetturi 8 Surġent Maġġur ta' l-Ewwel Klassi 1 Surġenti Maġġuri 14 Surġenti 23 Kuntistabbli 40 TOTAL 97 13.01.99
Leg 9 PQ #2880 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bord tal-Koperattivi — Struttura ta' l-IPSE/IDA

Question

Billi issa s-settur tal-biedja u sajd sa jidħol fl-istruttura tal-IPSE u fl-IDA, jista' l-Ministru jinformani x'diskussjonijiet saru mal-Bord tal-Koperattivi u l-Koperattiva tar-Raħħala, Sajjieda u Bdiewa, l-Agro Industrija, biċċeriji u mal-Koperattivi tat-Tjur u annimali li jipproduċu l-laħam mill-5 ta' Settembru 'l hawn u meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hija l-intenzjoni tal-Ministeru li jiltaqa' mar-rappreżentanti konċernati, u fil-fatt diġa' inżammu laqgħat ma' uħud minnhom. Jiena ċert li l-Onorevoli Interpellant jifhem li tali laqgħat, li bosta drabi huma ta' natura teknika, jieħdu fit-tul u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jagħti dettalji dwarhom.
Leg 9 PQ #2840 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

GDP — Kontribut tal-biedja u sajd

Question

Billi jirriżulta li skond l-istatistika il-kontribut tal-biedja u s-sajd fil-GDP fl-1998 kien ta' 2.9% filwaqt li fil-1995/96 kien ta' 2.7%, jista' l-Ministru jgħid minn fejn qed jikkwota ċ-ċifri li ħabbar fid-diskors tiegħu dwar l-Estimi għall-1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kontribut tal-biedja u s-sajd għall-Prodott Gross Domestiku bejn Jannar u Settembru 1998 kien ta' 2.8 %, waqt li bejn Jannar u Dicembru 1995 u 1996 kien ta' 2.9 %. Dawn il-figuri wieħed jista' jasal għalihom mit-tabella 2.5 f'paġna 32 ta' l-Economic Survey Jannar-Settembru 1998 u News Release numru 56 ta' l-1998 maħruġa mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika. Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar preċiż dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ċioe fid-diskors tiegħi dwar l-Estimi għall-1999.
Leg 9 PQ #2845 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Majjal — Eżenzjoni

Question

B'riferenza għall-eżenzjoni ta' 80% fuq il-laħam tal-majjal frisk li approvat l-Unjoni Ewropea lill-pajjiżi li kellhom applikazzjoni għall-sħubija sħiħa qabel l-1995, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-Metco ma ssottomettietx applikazzjoni dak iż-żmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-kompitu tal-METCO li tissottometti talbiet għall-eżenzjonijiet jew tinnegozja għall-aċċess preferenzjali ma' l-Unjoni Ewropea. Ta' min jgħid ukoll li din l-eżenzjoni fuq il-laħam tal-majjal, li hija marbuta ma' kwota, ġiet mogħtija lill-pajjiżi li kienu jiffurmaw parti minn dik li kienet magħrufa bħal l-Ewropa tal-Lvant, bħala parti mill-Europe Agreements.
Leg 9 PQ #2846 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Beef Intervention Scheme — Tnaqqis ta' levy

Question

B'riferenza għal-laħam tal-Beef Internvention Scheme u tnaqqis tal-levy fuq burgers taċ-ċanga friska mportata, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif l-industrija lokali mhux se tiġi affettwata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li jeżisti ftehim bejn il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u r-raħħala dwar prezz minimu fuq il-qatla tal-baqar. Għaldaqstant r-raħħala għadhom protetti. Għadu kmieni wisq biex wieħed jkun jista' jevalwa xi impatt li jista jkun hemm fuq il-produtturi tal-beef burgers.
Leg 9 PQ #2719 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Tal-Katakombi - Ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jinformani dwar l-iżviluppi ta' l-investigazzjonijiet li kellhom isiru skond ir-risposta tiegħu f'Seduta Nru. 29, dwar mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1716?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Minn investigazzjonijiet li saru, ir-rimedju sabiex tkun riżolta din il-problema hu li tinbena sistema ta' culvert fi Triq il-Katakombi, bejn Triq Kanonku G. Gatt Said u Misraħ il-Parroċċa.
Leg 9 PQ #2640 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isport — Off-road auto motor sport

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'policy għandu d-Dipartiment ta' l-Isport dwar l-off-road auto motor sport f'pajjiżna? Huwa f'pożizzjoni li jinforma lill-Kamra x'tip ta' avvenimenti nazzjonali ta' l-auto motor sport jiġu organizzati fil-gżejjer tagħna? X'għajnuna jingħataw dawn l-għaqdiet mid-Dipartiment ta' l-Isport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa qiegħed isir studju fuq il-motor sport kollu. Is-Segretarju Parlamentari kellu laqgħa waħda ma rappreżentanti ta' l-All Wheel Drive Club. Minn din il-laqgħa irriżulta illi l-akbar issue għal dan l-isport huwa faċilitajiet fejn dan l-isport jista' jkun prattikat minħabba l-impatt fuq l-ambjent. Waqt din il-laqgħa kienu indikati siti suġġeriti mill-Awtorita' tal-Ippjanar għal prattika ta' dan l-isport. Żvilupp ta' sit partikolari jiddependi minn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tapprova l-permessi meħtieġa għall-off-roading fuq dan is-sit. Wieħed imbagħad ikun jista' jikkonsidra talbiet eventwali għal għajnuna.
Leg 9 PQ #2641 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet nazzjonali — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru laqgħat bejn il-Ministeru għall-Isport u għaqdiet nazzjonali ta' l-Auto u Moto Sport f'pajjiżna bejn il-5 ta' Settembru u Diċembru ta' din is-sena? X'punti tqajmu, meta u ma' min kienu dawn il-laqgħat? Jekk ma sarux meta huwa pprogrammat li l-Ministeru jiltaqa' ma' dawn l-għaqdiet nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru laqgħat informali bejn uffiċjali tas-Sesgretarjat u dawn l-għaqdiet ta' l-autosport - Island Karting Club, Hal Far Circuit Association u All Wheel Drive Club. Il-laqgħat servew biex jinstemgħu l-ilmenti u proposti ta' dawn l-għaqdiet.

Bliet/irħula — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-ibliet u rħula li ressqu talbiet quddiem l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku sabiex jiġi estiż it-trasport pubbliku f'dawk il-lokalitajiet? Xi pjani għandu l-Gvern sabiex jirrimedja għal dawn it-talbiet pendenti u meta huwa maħsub li jiġu fis-seħħ dawn ir-rotot il-ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-talbiet pendenti mingħand Kunsilli Lokali biex ikun estiż is-servizz tal-karozzi tal-linja fil-lokalita` tagħhom huma għal estenzjonijiet għall-Qasam tad-Djar f`Ħal Għaxaq, estenzjoni tas- servizz f`Sta Luċija u għall-inħawi f`Tal-Mirakli, Ħal-Lia. Dawn it-talbiet qed ikunu diskussi ma` min jipprovdi s-servizz.
Leg 9 PQ #2717 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Zona industrijali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1453, Seduta Nru. 28, dwar żviluppi ta' Industrial Estate fir-Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa qed isir eżerċizzju bejn l-MDC u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jiġu identifikati siti ġodda li jistgħu jiġu żviluppati f`żoni industrijali. Dan l-eżerċizzju qed isir fuq skala nazzjonali u qed jiġi nvolut ukoll id-Dipartiment tal-Artijiet. Għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid meta u fejn jistgħu jiġu żviluppati dawn is-siti.
Leg 9 PQ #2718 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zoni industrijali — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1455, Seduta Nru. 28?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-policy tal-gvern hija illi proġetti ta` kull daqs ta` natura industrijali kif ukoll servizzi ġodda li jgħinu fl-iżvilupp tal-ekonomija, isibu l-art u l-bini neċessarju biex jeżerċittaw l-attivitajiet tagħhom. Għal dan il-għan hemm kuntatti mad-dipartimenti u awtoritajiet konċernati biex jiġu identifikati siti ġodda għal żvilupp fil-futur. Il-preparazzjoni biex jitwaqqfu l-Aviation Services Park u l-Marine Services Park għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #2517 Sitting 41 1998-12-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ ta' qtil

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 36, Seduta Nru. 6?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' każi ta' qtil u ta' attentat ta' qtil li fil-preżent qed jiġu proċessati mill-Pulizija hu ta' 91. Dwar in-numru ta' każijiet ta' din in-natura mressqa u finalizzati tul dawn l-aħħar 10 snin, sena b'sena, ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif ġej : - Sena 1989 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 Mressqa 21 26 23 27 33 18 18 14 26 19 Finalizzati 20 24 18 17 21 9 13 7 8 xejn 17.12.98 (6pm)