Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa l-prezz tal-Beef Intervention Scheme għal din is-sena 1999? Kemm-il sejħa ta' offerti ħarġet u kemm kien hemm tenders f'kull sejħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kien hemm żewġ sejħiet għall-offerti iżda ma kienx hemm 'quoters'. Fil-mument għaddejjin diskussjonijiet mal-proċessuri biex isir arranġament biex il-laħam tal-Beef Intervention Scheme jittieħed bi prezz relatat ma dak tal-laħam impurtat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien it-tunnellaġġ tal-qatla taċ-ċanga friska fil-Biċċerija matul Diċembru, 1998 u Jannar, 1999? Kemm minn din iċ-ċanga marret għall-Beef Intervention Scheme u xi prezz imbiegħet? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għax-xhur ta' Diċembru, 1997 u Jannar, 1998?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninfħrma lill-ħnħr. Interpellant li l-qatla taċ-ċanga u x-xiri taħt il-Beef Interventiħn Scheme kien skħnd it-tabella hawn taħt:
Qatla Beef Interventiħn Scheme Prezz
Diċembru 1997 148,461 kgs 30,961 kgs 65c/kg
Jannar 1998 134,617 kgs 36,070 kgs 78c5/kg
Diċembru 1998 118,375 kgs 23,332 kgs 78c5/kg
Jannar 1999 120,185 kgs 23,202 kgs Ma sarx bejgħ
Saħħa — Spezzjonijiet fuq stabbilimenti ta' l-ikel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' spezzjonijet li saru mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq stabbilimenti ta' l-ikel mill-5 ta' Settembru 'il hawn, xahar b'xahar? F'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex saru dawn l-ispezzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 l'hawn, id-Dipartiment tas-Saħħa għamel 10,679 spezzjoni fi stabbilimenti ta' l-ikel f'Malta u Għawdex imqassmin skond l-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Peress li l-Onor. Interpellant ma speċifikax it-tip ta' stabbiliment ta' l-ikel, l-informazzjoni li qed tingħata tirrigwarda spezzjonijiet f'dawn il-kategoriji ta' stabbilimenti li jipprovdu l-ikel. Dawn huma:-
fran mtieħen tad-dqiq
fabbriki ta' l-għaġin fabbriki tad-tadam
ħwienet li jaħdmu u/jew ibiegħu l-ħelu fabbriki tal-laħam
fabbriki tal-minerali restaurants u snack bars
ħwienet tal-kafe ħwienet tal-laħam
fabbrika tal-prodotti tal-ħalib ħwienet tax-xorb
irziezet tal-baqar u mogħoż ħwienet tal-merċa
cold stores kjoskijiet
irziezet għat-trobbija tat-tiġieġ fabbriki tal-inbid
biċċeriji tat-tiġieġ bejjiegħa bl-ingrossa
vetturi li jġorru l-ħalib vetturi li jġorru l-laħam
vetturi li minnhom jinbiegħ il-ħobż bejjiegħa tal-ħaxix
ħwienet fejn jinbiegħ tiġieġ u bajd ħwienet tal-ħut
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra ministerjali saret mill-5 ta' Settembru 'il hawn? X'kienu l-okkażjonijiet, ma min saru l-laqgħat u xi żviluppi nkisbu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Saret safra ministerjali waħda fl-okkażżjoni tal-Green Week Berlin.
Saru laqgħat ta' ntroduzzjoni mal-Kummisarju tal-Agrikoltura u Żvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea - Franz Fischler, mal-Ministru Federali tal-Ikel, Agrikoltura u Foresti tal-Ġermanja Karl-Heinz Funke u mal-Ministru tal-Politika Agrikola tal-Italja - Paolo di Castro. Ma dawn ġiet diskussa r-riattivazzjoni tal-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. It-tlieta wrew il-ħerqa sabiex jibdew id-diskussjonijiet. Saru laqgħat kordjali ma diversi Ministri oħra fosthom tal-Isvizzera, tas-Slovenja, tal-Estonja, u tal-Indja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi kkalkulata n-nefqa tax-xogħlijiet li qed isiru fil-bini tal-Ministeru? Xi programm ta' xogħlijiet twettaq s'issa u kemm kienet in-nefqa? Kemm tħallas u/jew jonqos li jitħallas overtime lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li qed jaħdmu dawn ix-xogħlijiet fil-bini tal-Ministeru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħalma jaf wisq tajjeb l-Onor. Interpellant l-uffiċini tal-Ministeru ma kienux ta' 'standard' bħall-uffiċini simili.
Biżżejjed jingħad li l-partitions tal-aluminium f'Ministeru, l-fatt li diversi soqfa kellhom il-'concrete cover' ta' taħt ix-xibka li kien qed jinqala u għaldaqstant kien ta' periklu, l-fatt li la ma kienx hemm segregazzjoni organizzata bejn nies li jaħdmu fil-Ministeru u nies li jiġu bżonn l-istess Ministeru, dawn il-fatturi weħidhom jindikaw il-ħtieġa li l-uffiċini tal-Ministeru jiġu mnaddfa w upgraded kif jixraq għaż-żminijiet tal-lum.
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li x-xogħol bħal irranġar ta' soqfa, xogħol ta' plumbing u dawl elettriku, manifattura ta' bibien, xogħol ta' tibjid u żebgħa, u xogħol ieħor relatat ġie maħdum mill-ħaddiema tal-Ministeru.
Bħalissa ma tistgħax tiġi kwantifikata l-istima peress li għad fadal xogħol li jrid isir mill-ħaddiema tal-Ministeru w allura jfisser li għad iridu jinġabru l-ispejjeż tal-materjal li għad irid jiġi użat.
B'riferenza għall-proponimenti tal-bioagricoop li saru lill-Ministru sabiex fl-24, 25, 26 u 27 ta' Novembru, 1998 u fit-8 u fid-9 ta' Diċembru, 1998 jsiru korsijiet speċjalizzati għall-bdiewa Maltin u Għawdxin interessati li jkabbru produzzjoni agrikola organika, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex dawn il-laqgħat ma sarux?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant japprezza l-fatt li l-Ministeru qed jibni u jorganizza l-mezzi kollha meħtieġa fuq livell professjonali bil-għan li din il-fergħa, bis-serjeta', tgħaddi mill-paroli għall-fatti.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għal liema raġunijiet ma rrikonoxxiex l-ittra tal-Bioagricoop mibgħuta lilu f'Ottubru, 1998 sabiex jiġu organizzati korsijiet fuq produzzjoni agrikola abbażi ta' l-informazzjoni li l-bioagricoop kellha matul il-ħidma tagħha ma' l-amministrazzjoni preċedenti?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra ma liema organizzazzjoni agrikola organika tkomplew il-konsultazzjonijiet tal-Ministeru u/jew tad-dipartiment dwar l-analisi u ċertifikazzjoni tal-produzzjoni agrikola organika ta' l-erbgħa bdiewa Maltin li mill-5 ta' Settembru 'il hawn komplew bil-programm tas-sistema organika li kienu ntroduċew matul l-amministrazzjoni preċedenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 4672.
Peress li numru sostanzjali ta' pensjonanti jilmentaw li baqgħalhom jieħdu l-arretrati dovuti lilhom mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u dan minkejja li ilhom is-snin li rtiraw bil-61 sena, jista' l-Ministru jara li jsiru l-pagamenti dovuti lill-pensjonanti in kwestjoni?
Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' pensjonanti li għandhom dawn il-pagamenti pendenti u kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus?
B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti tiegħi matul seduta tas-sena l-oħra fejn il-Ministru kien assigurani li se jara x'jista' jsir sabiex dawn il-pagamenti lill-pensjonanti jitħaffef il-proċess tagħhom, jista' l-Ministru ġentilment jinformani bl-iżviluppi?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-preżent total ta` 4536 pensjonanti ta` `l fuq minn 61 sena għandhom jieħdu bejniethom is-somma ta` Lm2,437,603 f`refunds ta` taxxa.
Kif ingħad diversi drabi f`Mistoqsijiet Parlamentari oħra l-ħlas tar-refunds mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni minn dejjem kien marbut mar-riżorsi finanzarji li jkunu ġew ipprovduti lid-dipartiment fl-estimi finanzjarji annwali. Id-dipartiment qiegħed jeżamina kif tista` titjieb is-sistema biex jitħaffef il-proċess tal-ħlas tar-refunds lill-pensjonanti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet pendenti li għandu quddiemu d-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Kemm minn dawn l-oġġezzjonijiet huma ta' kumpanniji, self-employed, professjonisti, ħaddiema mpjegati, ta' għaqdiet, eċċ?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` oġġezzjonijiet pendenti fil-31 ta` Jannar, 1999 kien ta` 54,427 li minnhom 8,177 huma ta` kumpaniji. Il-kumplament huma ta` individwi u ta` għaqdiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' oġġezzjonijiet li nħadmu u ġew rimedjati bejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u tax payer mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Kemm huwa mistenni li jinħadmu oġġezzjonijiet matul din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` oġġezzjonijiet li ġew iffinaliżżati mill-5 ta` Settembru sal-31 ta` Jannar, 1999 kien ta` 3,906.
Din is-sena se jsir sforz biex jingħalqu numru ta` oġġezzjonijiet ikkumplikati li jittrattaw `ex-officio` assessments li kienu ħarġu ħafna snin ilu. Għalhekk huwa diffiċli li wieħed jiddetermina kemm se jkun in-numru ta` oġġezzjonijiet li se jkunu konklużi, iżda in-numru jista` jlaħħaq il-15,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt għoliet eżatt it-taxxa fuq il-biljetti ta' l-ajru għal din is-sena separatament mill-VAT?
Kemm fil-fatt daħħal taxxa iżjed il-Gvern f'Jannar ta' din is-sena paragunat ma Jannar, 1998 u kemm hu d-dħul globali matul Jannar, 1999 minn din it-taxxa u levy konċernata?
Response (DALLI, JOHN)
Ma kien hemm ebda żieda ta` taxxa fuq il-biljetti ta` l-ajru u għaldaqstant il-gvern ma daħħal xejn iżjed. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, id-dħul għal Jannar 1999 mit-taxxa fuq il-biljetti kien ta` Lm105,920.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm fil-fatt għolew il-prezzijiet tal-mediċini, żriegħ u sustanzi, eċċ li jużaw il-bdiewa u raħħala kawża tal-VAT?
Peress li l-bdiewa qed jilmentaw li l-prezzijiet għolew ħafna, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn Jannar 'il hawn x'konsultazzjonijiet għamel id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma' dak tal-konsumaturi dwar din is-sitwazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fil-fatt il-prezzijiet effettivi għal bdiewa u raħħala tal-prodotti kollha li jiġu bżonn jixtru mhux talli ma għolewx bil-VAT iżda ċerti prodotti saħansitra raħsu. Dan għaliex fejn titħallas il 15% VAT fuq dawn il-prodotti minn bdiewa u raħħala reġistrati, huma kollha 'refundable'. Dana b' kuntrast mat-taxxa inġusta taċ-CET li permess tagħha l-bdiewa u raħħala ma setgħux jieħdu lura t-taxxa kollha li jkunu ħallsu fuq l-istess prodott.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-agrikoltura u s-sajd huma kkunsidrati bħala 'exempt with credit'.
Dawk l-ispejjeż żejda li kienet imponiet fuq is-settur il-liġi taċ- CET, issa permezz tas-sistema tal-VAT u 'refunds' tneħħew.
Infakkar ukoll li bis-sistema taċ-CET, il-bdiewa u r-raħħala ma kienitx tingħatalhom lura t-taxxa (ETS) mħallsa fuq ix-xogħol magħmul lilu bħala servizz.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi preċedenti sabiex jitwaħħlu aktar bozoz/lampi/arbli ġodda flok dawk imsadda u manutenzjoni ta' xort'oħra fl-istreet lighting tat-12-il distrett, Rabat, Mġarr, St. Paul's Bay, Mellieħa u limiti tagħhom, jista' l-Ministru jinformani bil-programm ta' xogħlijiet għal Marzu, April u Mejju, 1999?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' visitaturi/turisti li huma rapportati li daħlu jżuru l-mużewijiet nazzjonali li għandna fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'kien id-dħul finanzjarju għal kull sena?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli fil-ħin opportun u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3528, 3924 u 2670 dwar trattati ġodda ta' trasport pubbliku għal bliet u rħula tat-12-il Distrett, ma jħossx il-Ministru li l-informazzjoni fit-tweġibiet li ta m'humiex kompletament korretti peress li r-residenti ta' Għar Barka talbu diversi drabi matul dawn l-aħħar snin sabiex il-karozza tal-linja tgħaddi minn dawn l-inħawi tar-Rabat?
Ma jħossx allura l-Ministru li jkun aktar ta' benefiċċju jekk jinforma lill-Kamra għaliex l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dejjem informat it-talba tar-residenti ta' Għar Barka fir-Rabat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul l-aħħar tliet snin ma saret l-ebda talba lill-Awtorita` tat-Trasport, wara li l-Assoċjazjoni tas-sidien tal-karozzi tal-linja ma kienitx laqgħat talbiet għal dan is-servizz fil-passat.
Mużewijiet nazzjonali — Żjajjar minn għaqdiet volontarji
Question
Jikkonsidra l-Ministru li fil-futur għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb tfal, żgħażagħ u nies oħra tas-soċjeta' tagħna, ikun permess lilhom li jorganizzaw żjarat fil-mużewijiet nazzjonali matul il-ħin ta' fil-għaxija naturalment b'kordinament mad-Dipartiment tal-Mużewijiet?
Peress li dan il-bżonn jinħass sew, jista' l-Ministru joħroġ avviż sabiex ikun jaf min huma l-għaqdiet interessati u wara jipprova għal xahar din il-miżura u l-effett tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li l-proposta ta' L-Onor. Kollega tiġi kunsidrata mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Jikkonferma l-Ministru li l-Bioagricoop hija rikonoxxuta mill-IFOAM?
Response (ZAMMIT, NINU)
Minn informazzjoni miġbura, il-Bioagricoop scrl ta' Bologna hija waħda minn 740 organizzazzjonijiet membri tal-IFOAM u hija akkredidata bħala organizzazzjoni li tista' tiċċertifika produzzjoni organika fost ħafna organizzazzjonijiet oħra.
Peress li jirriżulta li diversi pompi tal-petrol irċevew tnaqqis ta' pagamenti dovuti lilhom mill-petrol li jbiegħu, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex l-Enemalta qed tagħmel dan it-tnaqqis?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tnaqqis li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant sar fir-rigward ta' tmien pompi tal-petrol wara spezzjoni li saret il-Ħadd 31 ta' Jannar 1999. F'din l-ispezzjoni ħadu sehem uffiċjali mill-Korporazzjoni Enemalta u rappreżentanti tal-GRTU. Irriżulta li dawn il-pompi ma kienux qegħdin jikkonformaw mal-ftehim li kien sar bejn il-Korporazzjoni u l-GRTU f'Marzu tal-1998.
Dan il-ftehim jinkludi żewġ rati ta' kummissjoni, l-għola waħda għal dawk li jagħtu servizz lill-klijenti wara l-ħin normali bl-apparat awtomatiku u l-oħra għal dawk li baqgħu iħaddmu s-sistema normali.
Il-pompi li sarilhom tnaqqis naqsu milli jonoraw il-ftehim fl-imsemmija data.
Kumitat ta' l-Urban and Rural Landscaping — Laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mill-5 ta' Settembru 'l hawn tal-Kumitat ta' l-Urban and Rural Landscaping?
X'ġie diskuss u x'kienu x-xogħlijiet/pariri li ntlaqgħu matul dawn il-laqgħat mis-Sezzjoni Urban and Rural Landscaping tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Kumitat li qed jirreferi għaliħ l-Onor. Interpellant kien magħmul minn rappreżentanti tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, tal-Ministeru ta' l-Ambjent, tal-Ministeru għal-Għawdex, ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kif ukoll ta' xi mixtliet privati, bl-iskop li jiddiskutu affarijiet rigward 'landscaping'. Peress li dan l-aħħar twaqqaf kumitat bl-istess skop fi ħdan il-Ministeru ta' l-Ambjent, ma tinħassx il-ħtieġa ta' duplikazzjoni tax-xogħol, u għalhekk dan il-Kumitat li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant għadu ma ltaqax.
B'riferenza għall-ilmenti/talbiet tar-residenti ta' Triq Borg Olivier, Rabat Malta sabiex din it-triq issir one way u naturalment l-oġġezzjonijiet li jirriżultaw minn sezzjonijiet oħra tal-komunita' lokali, jista' l-Ministru jara li jsir pjan bi prova fuq perijodu ta' numru ta ġimgħat sabiex almenu jiġi evalwat/eżaminat dan l-ilment tar-residenti tat-triq imsemmija li ilu s-snin twal pendenti?