Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5364 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Xogħlijiet

Question

Peress li fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4683 ma hemmx l-informazzjoni mitluba, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija oriġinali, cioe' mistoqsija parlamentari numru 4684?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mir-records tal-Ministeru jidher li x-xogħolijiet li saru fil-bini saru kolla fl-1991. Dawn kienu jlaħħqu s-somma ta' Lm18,232 u tħallsu mill-Vot Kapital XII - Restructuring Fishmarket. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 4683.
Leg 9 PQ #5393 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Proċessuri tal-poultry

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk il-proċessuri tal-poultry li sa Marzu ta' din is-sena ma jkunux ġew konformi ma' l-aħħar rakkomandazzjonijiet li saru mid-Dipartiment dwar ir-regolamenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru l-ispezzjonijiet u skond ir-riżultati tiġi evalwata l-azzjoni li trid tittieħed.

Sigurta Soċjali — SKA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet tal-SKA li għandu quddiemu d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali? Kemm ilha l-aktar waħda pendenti? Meta huwa maħsub li jiġu mistħarrġa u finalizzati dawn it-talbiet pendenti? Peress li l-mediċini komplew jogħlew xahar wara l-ieħor, jista' l-Ministru jqis dawn it-talbiet bħala urġenti? Jekk iva, meta se jsiru l-arranġamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' applikazzjonijiet tal-SKA, li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għandu pendenti, huwa ta' 1,023. Ħafna minn dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu maħduma u huwa maħsub li sa nofs April 1999, il-parti l-kbira tagħhom ikunu ġew finaliżżati. L-aktar applikazzjoni li ilha pendenti, waslet fid-Dipartiment fid-9 ta' Jannar 1998. Jiena nfurmat li r-raġuni għal dan id-dewmien kienet li l-applikant kien qiegħed jistenna li jneħħi t-'Trading Licence' minn fuq ismu. Dan huwa għamlu fis-27 ta' Frar 1999 u avża lid-Dipartiment fit-3 ta' Marzu 1999. Il-każ issa jista' jinħadem. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-għan ta' din l-Għajnuna hu sostenn finanzjarju addizzjonali ta' Lm5.90 fil-ġimgħa biex dik il-persuna tkun tista' żżomm dieta konformi maċ-ċirkostanzi tal-marda li tkun qed tbati minnha. Persuni li huma ntitolati għal din l-Għajnuna, huma ntitolati għall-Mediċini b'xejn bil-karta roża. Għaldaqstant il-prezz tal-Mediċini fis-suq ma għandu b'ebda mod jolqot lil dawn il-benefiċċjarji. 17.3.99
Leg 9 PQ #5255 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir programm ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq il-bjut, il-bini, il-komun, eċċ. tal-mużewijiet tar-Rabat, Malta? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fi snin reċenti sar xogħol estensiv biex jipproteġi s-saqaf tal-Villa Rumana mill-ilma. Matul is-sajf li għadda reġa' sar xogħol ta' manutenzjoni esterna fuq l-istruttura ta' dan il-mużew. Twettaq ukoll xogħol ta' manutenzjoni fuq il-kmamar li jiproteġu l-intrati tal-katakombi ta' San Pawl. Rigward l-ispazji miftuħa li hemm madwar dawn is-siti kif ukoll fis-Saqqajja, dawn qegħdin jitnaddfu regolarment waqt li jinbexxu b'erbiċidi li ma jagħmlux ħsara lill-fdalijiet.
Leg 9 PQ #5256 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Siti storiċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk is-siti ta' natura storika li għaddew f'idejn il-gvern meta nxtrat il-proprjeta' tal-Knisja mill-istess gvern? Jista' l-Ministru jgħid x'policy għandu l-gvern dwar dawn iz-zoni partikolari?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 3540 u Nru. 4343. 16.03.99

Bdiewa/Raħħala/Sajjieda — Regolamenti

Question

B'riferenza għal mijiet ta' liġijiet u eluf ta' regolamenti li jridu josservaw il-bdiewa, ir-raħħala, is-sajjieda u proċessuri u produtturi oħrajn, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk ir-riservi li se jressaq il-gvern Malti sabiex jassigura li ma jkunx hemm impatt negattiv fuq dawn is-setturi fil-gżejjer tagħna? Min huma l-persuni li qed iwettqu dan l-istħarriġ u/jew iħejju dawn il-proposti?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5258 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Beef Intervention Scheme

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa t-tunnellaġġ tal-laħam tal-Beef Intervention Scheme li qed jinħażen fil-cold rooms tal-Biċċerija? X'kienu r-raġunijiet li qed jinħażen dan il-laħam u xi prezz kien qed iġib dan il-laħam taċ-ċanga qabel il-5 ta' Settembru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi: 1. Il-piż tal-laħam tal-Beef Intervention Scheme maħżun fil-Cold Rooms tal-biċċerija huwa ta' 67,537kg li minnu 21,837 huwa mibjugħ. Filwaqt illi 45,700kg ma huwiex. 2. Ir-raġuni għaliex dan il-laħam ma mbieħx hija illi t-tender li ħarġet is-sena l-oħra għalqet u għal din is-sena għalkemm ħarġu żewġ sejħiet għall-offerti, ma offra ħadd. 3. Il-prezz ta' l-offerta tas-sena l-oħra kien ta' 78c5 kull kilo. Pero ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġu mistħarġa ċertu possibilitajiet li permezz dan il-laħam jinbiegħ bi prezz raġjonevoli.
Leg 9 PQ #5259 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Xogħlijiet

Question

Peress li x-xogħlijiet meħtieġa fuq l-għalqa Ta' Kola fir-Rabat, Malta għadhom pendenti u peress li għadda żmien ġmielu mindu l-Prim Ministru wieġeb fil-ħin tal-mistoqsijiet tal-Kamra għal domanda supplimentari tiegħi li se jara x'inhuma l-problemi kawżati peress li hemm talba quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ilha pendenti mill-1995, jista' l-Prim Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha qed issib xi oġġezzjonjiet għal xi partijiet tal-pjanta.
Leg 9 PQ #5263 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Pjanti/siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pjanti arbuxelli, siġar, naħal, eċċ tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li nqerdu bil-maltemp matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Liema kienu dawk is-snin li ftit li xejn seta' jsir tħawwil ta' siġar minħabba l-maltemp matul il-perjodu hawn fuq imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul is-sena 1995 minħabba x-xita kontinwa ma ġew irraportati l-ebda problemi fit-tħawwil ta' pjanti, arbuxxelli u siġar, pero fil-mixtla ta' Wied Inċita kien hemm rapport li mietu 7 frieħ ta' naħal. Matul is-sena 1996 ukoll ma kien hemm ebda rapport li nqerdu pjanti, arbuxxelli w siġar u l-anqas frieħ tan-naħal minħabba l-maltemp. Matul is-sena 1997 ukoll ma kellna l-ebda rapporti ta' qerda ta' pjanti, arbuxxelli w siġar u l-anqas frieħ tan-naħal. Matul is-sena 1998 kellna dawn ir-rapporti: Fil-mixtla ta' Wied Inċita intilfu 72,186 ta' xitel li kienu 3,866 Argyanthemum, 3,741 Ariplex, 1,639 Geranium, 3,987 pjanti li jagħmlu l-fjuri, 187 Latania, 1,833 Ċupressus, 203 Olea, 2,365 Pinus, 467 Sapindus, u 3,898 Thuya u kif ukoll 50,000 xitel żgħar li tkaxxkru bil-maltemp. F'Wied Inċita wkoll fl-istess sena nqerdu ħames kaxxi tan-naħal. Barra min hekk, fl-istess sena wkoll il-kanal li minnu jgħaddi l-ilma tax-xita, tat-triq tar-Rabat instad u l-ilma beda dieħel għal ġo Wied Inċita Nursery, għadda min ġol mixbħa u baqqa sejjer għal ġol wied. Miegħu kaxkar kemm felaħ kaxxi kemm bin-naħal kif ukoll vojta. Frieħ tan-naħal mietu erbatax. Dawn ma kienus propjeta tal-Gvern biss iżda fosthom kien hemm ta' terzi persuni. Fl-istess sena wkoll saru xi ħsarat minima fil-mixbħa tar-Rabat u f'dik tal-Mellieħa. Fl-1997 u fl-1998 il-maltemp fixkel il-programm ta' taħwil.

PTA — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu l-kunsilli lokali ta' Malta li talbu lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku sabiex testendi servizz ġdid tat-trasport fil-lokalitajiet rispettivi matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Liema rotot ġodda ġew approvati? Fuq liema kriterji l-awtorita' ma kkonsidratx dawn it-talbiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul l-aħħar sentejn l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku naqsulha diversi impjegati amministrattivi mingħajr ma ddaħħal ħaddiehor flokhom u billi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant jirrikjedi ħin twil ħafna u riżorsi biex jinġabar peress li dan l-eżerċizzju jfisser li trid tara kull `file` ta` kull Kunsill Lokali, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk jixtieq it-tagħrif mitlub dwar xi Kunsill jew Kunsilli Lokali partikolari, jinformani.
Leg 9 PQ #5049 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Distrett Nru.12 — Dawl

Question

Jista' l-Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija parlamentaru numru 4667?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sa l-aħħar ta' Mejju l-Enemalta pprogrammat li fl-Imġar jitwaħħlu 19-il lampa ġdida u fil-Mellieħa 8; filwaqt li minħabba vultaġġ baxx ser jinbidlu 42 arblu fir-Rabat, 15 fl-Imġarr u 2 f'San Pawl il-Baħar.
Leg 9 PQ #5050 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet Nazzjonali — Viżitaturi

Question

Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4668 li saret fis-Seduta Nru. 68?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li visitaturi/turisti li huma rapportati li daħlu jżuru l-mużewijiet nazzjonali li għandna fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena flimkien ma' dħul finanzjarju għal kull sena hi kif se nsemmi: Sena Visitaturi/Turisti Dħul finanzjarju 1994 1,174,020 Lm659,555.80 1995 1,018,042 Lm609,704.70 1996 974,486 Lm633,975.02 1997 1,045,849 Lm666,875.54 1998 1,246,995 Lm918,260.00

Rabat — Triq G. Borg Olivier

Question

Peress li laqgħat mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-awtoritajiet konċernati sabiex Triq G. Borg Olivier, Rabat Malta ssir one-way ilhom snin għaddejjin, ma jħossx il-Ministru li jkun aktar rispettabbli għar-residenti jekk mill-aktar fis possibbli jsir pjan ta' xahar ħalli wara tkun tista' tiġi evalwata s-sitwazzjoni? Ma jħossx il-Ministru li jekk ma jsirx dan ma jkunux qed jiġu rispettati r-residenti ta' din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4281.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Maltin u Għawdxin li jirċievu pensjoni mill-Awstralja fil-mument? Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti? Kemm hu n-numru ta' talbiet li ġew rifjutati matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-pensjonijiet Awstraljani jinħadmu u jitħallsu direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali Awstraljana l-istatistika mitluba minnu ma tinżammx mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ta' Malta. 15.3.99

Distrett Nru. 12 — Bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir manutenzjoni tal-bus shelter tal-bliet u l-irħula tat-12-il distrett? Jekk fl-affermattiv, meta u fejn se jsiru x-xogħlijiet u meta se jitlestew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-manutenzjoni tal-`bus shelters` issir skond il-ħtieġa u r-riżorsi finanzjari disponibbli. Jien infurmat li tant qed ikun hemm vandaliżmu fil-`bus shelters` li m`hux possibbli li fil-manutenzjoni u tiswija jitħejja programm. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b`xi `bus shelter` partikolari li jeħtieġ manutenzjoni urġenti nitolbu jgħaddili l-informazzjoni biex tkun tista` tittieħed azzjoni.
Leg 9 PQ #5042 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Xemxija — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1811 sabiex isir upgrading ta' xogħlijiet ta' bankini, tarmac, landscaping eċċ fix-Xemxija, jista' l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm xi żviluppi? Jekk ma sarux żviluppi, jista' l-Ministru jgħid għaliex u meta se jsir il-kordinament meħtieġ sabiex jitwettqu dawn ix-xogħlijiet fix-Xemxija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #5043 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru.12 — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għat-talba tiegħi tas-27 ta' Ottubru, 1998 (mistoqsija parlamentari numru 333) sabiex jiġu rranġati ħitan tas-sejjieħ fi bliet u rħula tat-12-il distrett, jista' l-Ministru jinformani bix-xogħlijiet li saru u fejn saru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4685 (Seduta 71).
Leg 9 PQ #5044 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Manikata — Pitch tal-boċċi

Question

B'riferenza għat-talba tiegħi f'isem ir-residenti tal-Manikata sabiex isir pitch tal-boċċi fl-inħawi, jista' l-Ministru jinformani bil-follow-up li għamel id-dipartiment konċernat dwar dan il-bżonn? Peress li t-tfal u ż-żgħażagħ tal-Manikata m'għandhomx faċilitajiet aċċessibbli għalihom, jista' l-Ministru jara li t-talba tiġi kkonsidrata bħala waħda urġenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Vot Kapitali tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ilu kommess mill-aħħar tas-sena li għaddiet kif jidher mill-Business Plan ta' l-istess Dipartiment. Għaldaqstant m'hemmx fondi biex isir dan il-proġett. Ser isiru sforzi biex flimkien mal-Kunsill Lokali ikun individwat sit fejn, jekk ikun finanzjarjament vijabbli u prattiku, jinbena dan il-pitch tal-boċċi.

Torball Blind Association

Question

Peress li t-Torball Blind Association ilha snin tistenna li tingħata bini abbandunat fl-Imtarfa sabiex tiżviluppa ċentru modern għall-membri tagħha, u peress li l-gvern mistenni jressaq riżoluzzjoni fil-Parlament sabiex jipprovdi faċilitajiet lill-għaqdiet tal-volontarjat f'pajjiżna, jista' l-Ministru jikkonsidra li jinkludi t-talba ta' l-għaqda msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 1521. Jien infurmat li sal-lum l-Awtorita' tad-Djar għad ma kellhiex tweġiba formali għat-talba tagħha lill-Kummissarju ta' l-Artijiet sabiex il-bini ndikat ikun trasferit lill-Istess Awtorita'. Tlabt lill-Awtorita' sabiex terġa tqajjem dan il-każ mad-Diviżjoni ta' l-Artijiet. 10.3.99

Akkomodazzjoni Soċjali — Talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet li għandha quddiema l-Awtorita' tad-Djar u d-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali sabiex tipprovdi akkomodazzjoni alternattiva lill-familji li għandhom tfal b'diżabilita'? Kemm kien in-numru ta' familji bl-istess problemi li t-talbiet ġew rimedjati matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu mija tmienja u tmenin (188) applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva minn familji li għandhom persuna b'diżabilita'. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli: (i) Tabella A li tipprovdi nformazzjoni dwar kemm familji li għandhom persuna b'diżabilita' ġew allokati akkomodazzjoni alternattiva mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bejn l-1994 u Frar 1999; (ii) Tabella B li tipprovdi nformazzjoni dwar in-numru ta' appartamenti li kienu allokati mill-Awtorita' tad-Djar lill-applikanti b'diżabilita' u dwar xogħol ta' titjib mill-istess Awtorita' fi djar okkupati minn persuni b'diżabilita'. 10.3.99