Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6635 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5924 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' b'riferenza għall-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-fatt tas-sitwazzjoni fejn bdiewa tal-pajjiżi membri qed jirċievu prezzijiet baxxi għall-prodotti tagħhom u l-konsumaturi jħallsu prezzijiet għolja minkejja f'dan it-tnaqqis fid-dħul tal-bdiewa, bħal fil-każ ta' Franza fejn matul l-aħħar snin il-prezz taċ-ċanga niżel għal 17% għar-raħħala, iżda għall-konsumaturi Franċiżi għola b'8%, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif din is-sitwazzjoni se tolqot lill-bdiewa u l-konsumaturi tal-gżejjer tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezzijiet ivarjaw minn suq għall-ieħor u minn ħin għall-ieħor. Fl-Italja l-prezz medju għaċ-ċanga għall-produttur tela' minn 3,805 Lit/kg. fl-1997 għall 5,675 Lit/kg. f'Jannar 1999 u fil-Ġermanja tela' minn 4.98 DM/kg. fl-1997 għal 16.20 DM/kg. f'Jannar tal-1999. Il-mod kif ir-raħħala ser jiġu affetwati jiddependi fost affarijiet oħra, fuq kemm il-partijiet kollha konċernati jiġbdu ħabel wieħed.
Leg 9 PQ #6553 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/raħħala/sajjieda — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti tal-bdiewa, raħħala u sajjieda sabiex dawn jingħataw self sussidjat fuq proġetti li qed jantiċipaw li jwettqu? Meta se jiġu approvati u kemm huwa l-valur globali f'ċifra ta' flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' talbiet pendenti huwa ħdax. Minn dawn, ħamsa diġa ġew proċessati mill-Kummisjoni pero qed jistennew xi rapport tekniku (per eżempju minn għand il-Veterinarju) qabel l-approvazzjoni finali. Is-sitta l-oħra, li huma għal valur totali ta' Lm35,000, ser jitressqu quddiem il-Kummisjoni għall-għajnuna finanzjarja fi żmien xahar.
Leg 9 PQ #6554 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/raħħala/sajjieda — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi l-proċedura llum sabiex bdiewa, raħħala u sajjieda japplikaw għas-sussidju ta' nofs il-pagamenti tas-sigurta' soċjali f'bolla? Kemm fil-fatt kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li wieġbu għal dawn is-sejħiet li sarulhom riċentement?

Response (ZAMMIT, NINU)

S'issa l-proċedura sabiex bdiewa, raħħala u sajjieda japplikaw għas-sussidju ta' nofs il-pagamenti tas-sigurta' soċjali għadha bħal ma kienet qabel. Mhux possibbli ngħatu figura ta' kemm applikaw għas-sussidju dan l-aħħar minħabba li żmien ta' l-applikazzjoni għadu ma għalaqx.
Leg 9 PQ #6555 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd — Hands on farming

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li attendew għall-programmi tal-hands on farming u hands on fishing li jorganizzaw id-dipartimenti ta' l-agrikoltura u sajd mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Xi proposti ta' titjieb saru għall-attenzjoni tal-Ministeru dwar dawn il-programmi? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-pożizzjoni llum?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' tfal li attendew għall-programmi 'Hands on Farming' fl-Għammieri, mill-5 ta' Settembru sal-Ġimgħa 30 t'April 1999 huwa ta' 1626. Minn Jannar 1999 'l hawn, beda programm ieħor immirat għal studenti tal-bioloġija ta' Forms IV u V. Għal dan il-programm ġdid attendew 265 student sa l-aħħar t'April 1999.
Leg 9 PQ #6556 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Parish Magri Str - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi milqugħa t-talba tar-residenti li joqogħdu 48, Parish Magri Str, Mellieħa sabiex tiġi nstallata bozza ġdida ħalli jkun hemm street lighting adekwat? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma jirrizultax li fit-triq imsemmija hemm bżonn ta` lampi ġodda. Madankollu jidher li jinħtieġ jinbidlu l-lanterni eżistenti. L-Enemalta sejra tieħu ħsieb biex dawn il-lanterni jinbidlu fil-jiem li ġejjin.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Hospitality vote

Question

Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5879?

Response (BORG, JOE)

In-nefqa fuq hospitality u safar tal-Ministeru għall-perjodu msemmi kienet LM18,577 u LM41,289 rispettivament. Rigward l-ambaxxati n-nefqa globali kienet LM49,136, (maqsuma f`LM15,004 hospitality u LM34,132 f`safar.)
Leg 9 PQ #6577 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilma — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5881, il-parti li tikkonċerna l-ispiża tal-produzzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ispiża tal-produzzjoni ta` metru kubu ta` ilma hija kif stmata mill-gvern preċedenti, jiġifieri ta` Lm1.10c. Fil-preżent qiegħed isir eżerċizzju biex naraw kif din l-ispiża nistgħu innaqqsuha.
Leg 9 PQ #6284 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Poultry products — Importazzjoni

Question

Peress li l-poultry products tal-marka Dorex ġew imdaħħla/impurtati f'Malta għar-re export u jirriżulta li dawn il-prodotti jinsabu fis-suq lokali għall-prezz ta' 85c il-kilo meta suppost titħallas levy ta' 80c il-kilo, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif jista' jiġri dan? Kemm fil-fatt kien l-ammont ta'levy li tħallas fuq il-poultry products tal-marka Dorex impurtati f'Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6314 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Għajn Tuffieħa — Gabbani

Question

B'riferenza għall-artikli li dehru fil-ġurnali lokali dwar estensjoni ta' xi gabbani fil-Bajja ta' Għajn Tuffieħa, jista' l-Ministru jinforma lill-kamra x'investigazzjonijiet qed isiru dwar dan il-kas? Meta bdew dawn l-investigazzjonijiet? Liema awtoritajiet huma nvoluti? Meta se jitlestew dawn l-investigazzjonijiet u x'deċiżjonijiet se jittieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-investigazzjonijiet li saru mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar, il-qlugħ tal-qasab, imsemmi fl-artikolu li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, mhux bilfors jista` jiġi relatat ma tkabbir ta' xi gabbana għalkemm dan ma jistax jiġi eskluż. Dan għaliex ma rriżultax minn kien responsabbli għal dan l-att. Ninsab infurmat ukoll li mpjegati tad-Dipartiment ta' l-Art u ta' l-Estates Management qegħdin jagħmlu spezzjonijiet fil-lokalitajiet kollha f'Malta u Għawdex fejn normalment jinħarġu permessi għall-gabbani. Dan qed isir biex qabel joħroġ il-permess għas-sena kurrenti, jiġi żgurat li l-gabbani ma jokkupawx sit akbar milli kien permess is-sena ta' qabel. 10.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6315 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Għajn Tuffieħa - Estensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru talbiet għall-estensjonijiet ta' art u bini fuq ir-Ramla tal-Bajja ta' Għajn Tuffieħa lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Meta saru u x'permessi ngħataw f'kull każ? Kemm kienu t-talbiet li saru mis-sidien tal-gabbani f'din il-bajja u ġew rifjutati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 10.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6316 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Għajn Tuffieħa - Gabbani

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'permessi għandhom mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar is-sidien tal-gabbani ta' Għajn Tuffieħa sabiex jagħmlu l-iżviluppi, kif rapportati f'ġurnal lokali riċentement?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-uniku permessi eżistenti huma referuti fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6315. 10.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6317 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Għajn Tuffieħa - Gabbani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hemm permessi għall-gabbani fil-Bajja ta' Għajn Tuffieħa? X'qisien suppost li dawn jokkupaw fuq ir-ramla skond il-permess tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, fis-snin li għaddew, id-Dipartiment ta' l-Artijiet kien ta tlett permessi għal gabbani fil-Bajja ta' Għajn Tuffieħa, liema permessi jridu jintalbu kull sena. Dawn il-gabbani għandhom ukoll liċenzja tan-negozju mill-Pulizija. Fil-każ ta' żewġ gabbani l-permess kien ikopri 20 metru kwadru kull waħda, u waħda minnhom kellha permess għal żewġ gabbani fuq xulxin minħabba d-dislivell tat-triq. L-oħra ma kelliex speċifikat id-daqs ta' l-art li trid tokkupa. 10.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6539 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/raħħala/sajjieda

Question

Skond ir-records tal-Ministeru tal-Biedja, jista' l-Minstru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda full time u part-time fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda full-time f'Settembru ta' kull sena kien hekk: Sena Originali Riveduti 1990 3,172 ------ 1991 3,231 ------ 1992 3,199 ------ 1993 3,106 ------ 1994 3,110 2,540 1995 3,229 2,590 1996 3,243 2,568 1997 ----- 2,533 1998 ----- 2,582 Billi fl-1997 il-figuri tal-bdiewa, raħħala u sajjieda ġew riveduti mis-sena 1994 mill-ETC sabiex tneħħew numru ta'persuni li kienu jaħdmu fil-biedja u fis-sajd b'mod informali, il-figuri ta' qabel l-1994 ma jistgħux jitqabblu ma ta' wara. In-numru ta' bdiewa part-time skond iċ-ċensiment tal-biedja tal-1991 kien 13,807 u n-numru tas-sajjieda part-time f'Settembru 1998 skond ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sajd kien 1,490.

Rabat, Malta — Għalqa ta' Kola - Toroq

Question

B'riferenza għall-programm tal-gvern sabiex 600 triq f'Malta jiġu asfaltati jew mogħtija t-tarmac, jista' l-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni ta' l-Għalqa ta' Kola fir-Rabat u cioe' jekk m'hijiex inkluża f'dan il-programm ta' xogħol jara li fil-fatt tiddaħħal u jekk hemm xi problemi mas-sidien dawn jiġu rranġati wara? Peress li s-sitwazzjoni għar-residenti u għat-turisti fl-inħawi hija waħda inaċċettabbli, jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni sabiex ix-xogħlijiet ma jfallux għal darb'oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tkun ippubblikata malli x-xogħol għall-preparazzjoni tal-pjan ikun lest.
Leg 9 PQ #6246 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd u l-Akwalkultura — Direttur

Question

Peress li issa hemm direttur ġdid għad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwalkultura, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema kriterji tneħħa l-aġent direttur preċedenti? Jista' l-Ministru, issa li għandu direttur ġdid, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy tad-dipartiment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif ifisser l-istess titlu, Aġent Direttur huwa appuntat għal żmien temporanju sakemm tiġi appuntata l-persuna l-aktar addattata għal dak il-post. Tant hu hekk li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal post ta' Direttur tas-Sajd u Akwakultura fit-30 ta' Marzu 1998 jiġifieri meta l-Onor. Noel Farruġia kien Ministru tal-Agrikoltura u Sajd. Skond il-proċeduri normali ntgħażlet dik il-persuna li dehret l-aktar kwalifikata għal dan il-post. Ma narax għaliex għandha tinbidel il-policy ta' Dipartiment sempliċiment għaliex ġie appuntat direttur ġdid.

Libja — Delegazzjonijiet Ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet ministerjali Maltin li marru l-Libja matul dawn l-aħħar erba' snin sena b'sena? X'kienu r-raġunijiet għaliex telgħu dawn id-delegazzjonijiet u x'riżultati nkisbu f'kull delegazzjoni? X'kontinwazzjoni qed issir dwar dawn l-iżviluppi?

Response (BORG, JOE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub ,il-Onor Interpellant dwar żjarat miisterjali Maltin lejn il-Libja mill-1995 sa April 1999.
Leg 9 PQ #6248 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Żejtun — Wied Ġebel Abjad - Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex fl-inħawi ta' Ġebel l-Abjad, il-wied taż-Żejtun u nħawi oħra, il-bdiewa ilhom 18-il jum bla ilma? Jista' l-Ministru jara li jirrimedja immedjatament għal dan il-bżonn tal-bdiewa fl-inħawi msemmija? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-provista ta' l-ilma waqfet milli tasal għand il-bdiewa mill-inpjant ta' Sant Antnin minħabba numru ta' ċirkostanzi li waqfu l-produzzjoni fosthom: Qtugħ ta' l-ilma tad-drenaġġ mill-Marsa li kien jissuplixxi l-impjant ta' Sant Antnin għal purifikazzjoni, intlaqat main ta' l-ilma minn kuntrattur waqt li kienu qed isiru xi xogħolijiet, waqfien fl-impjant minħabba ħsarat. Dawn il-ħsarat issa issewwew u l-provista tad-drenaġġ mill-Marsa qed tiġi għan-normal. Il-produzzjoni ta' l-ilma għandha tiġi għan-normal fi żmien qasir sakemm ma jinqalgħux kumplikazzjonijiet oħra.

Mtarfa — Binja Bugana - Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Peress li r-residenti fl-indirizz indikat separatament qed isofru fawran tad-drenaġġ fil-garaxx tagħhom mis-saqaf tal-garaxx f'Binja Bugana, Triq it-Torri, Mtarfa, jista' l-Ministru jara li jinvestiga l-kas imsemmi ħalli l-familja in kwestjoni ma tbatix il-konsegwenzi għall-ispejjeż li tinvolvi l-manutenzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-bejgħ tal-"cluster houses" f'Binja Buqana, Mtarfa jinkludi l-bejgħ tal-partijiet komuni kollha tal-binja li għaldaqstant jitqiesu bħala propjeta tar-residenti stess. Kif stipulat fil-kuntratt ta' bejgħ, il-manutenzjoni tal-binja kollha fosthom is-sistema tad-drenaġġ, taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Assoċjazzjoni tar-residenti stess. Madankollu, l-Awtorita' tad-Djar dejjem tat u lesta li tagħti l-għajnuna tagħha biex flimkien mar-residenti, issolvi problemi ta' manutenzjoni li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien. 10.5.99

Mtarfa — Binja Bugana - Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li kien hemm fawran tad-drenaġġ mat-travi tal-garaxxijiet tar-residenti fl-Imtarfa fl-inħawi ta' taħt Blk B, Binja Bugana, Triq it-Torri, Mtarfa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-fawran tad-drenaġġ irriżulta minn "blockage" f'katusi li jwasslu d-drenaġġ mix-xaft ħdejn "cluster house" numru 8 sal-"inspection chamber" ħdejn il-"lift". Minħabba l-"blockage", id-drenaġġ beda jfur ġox-xaft b'konsegwenza li skula minn ġot-torba taħt il-madum u ppenetra fil-"basement". 10.5.99
Leg 9 PQ #6239 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raħħala — Prezz tal-patata

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'kien il-prezz kull kilo għall-bidwi għall-prodott tal-patata, f'Malta matul l-1995, 1996, 1997 u 1998, u fil-pajjiżi ta' l-EU matul l-istess perjodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu japprezza li fl-istess ġurnata ta' l-istess xogħol, il-bidwi jġib prezzijiet differenti skond għand liema pitkal ikun ħa l-prodott tiegħu. Għalhekk id-domanda tal-Onor. Interpellant hija pjuttost komplessa u tirrikjedi ħafna ħin sabiex tkun tista' tinġabar. Madanakollu fit-tabella t'hawn taħt qed nurik għas-snin 1996, 1997 u 1998 (minn meta l-pitkalija marret fuq il-computer) l-ammont ta' patata li daħlet fil-pitkalija ta' Malta, il-prezz medju li ġabet kull kilo. Kwantita' (Kgs) Lm Average 1996 4,226,279 608,503 14.40 1997 4,831,011 396,788 8.21 1998 4,018,868 486,941 12.12 Il-prezzijiet tal-patata fl-UE ivarjaw minn suq għall-ieħor, minn lokalita' għall-oħra, minn ħin għall-ieħor, minn varjeta għall-oħra u minn daqs għall-ieħor.