Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6924 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kienu f'tunnellaġġ il-kwantitajiet ta' tiġieġ sħaħ importati minn kumpaniji lokali u li ġew eżentati mil-levy matul il-perijodu ta' Ottubru 1998 sa Mejju 1999? Kemm kienu l-istess tunnellaġġi fuq prodotti oħra tat-tiġieġ proċessati għall-perijodu ta' Ottubru 1998 sa Mejju 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6925 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Poultry Produtcs — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6284?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-eżenzjoni mill-ħlas tal-levy fuq il-prodotti msemmija ngħatat peress li dawn kienu ddaħħlu f`Malta biex jiġu re-esportati. Minħabba raġunijiet tekniċi, dawn il-prodotti ma setghux jiġu re-esportati u għalhekk parti mill-kunsinna ġiet mogħtija lill-istituzzjonijiet tal-karita` u l-parti l-oħra inbiegħet għall-benefiċċju tal-komunita` musulmana f`Malta peress li kienu `halal slaughtered` u markati tali. Tajjeb jingħad li peress li saru allegazzjonijiet ta` korruzzjoni dwar din il-materja, il-gvern immedjatament ħa l-passi xierqa u opportuni billi rrifera l-każ lill-awtoritajiet ikkonċernati.
Leg 9 PQ #6926 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal/studenti li jsofru minn xi diżabilita' u jattendu l-iskejjel governattivi fil-livell tal-kindergarten, primarja, sekondarja, eċċ u universitarju? Kemm huwa n-numru ta' facilitators li jassistu lil dawn l-istudenti fil-mument? Kemm huwa n-numru ta' facilitators meħtieġa sabiex il-gvern ikun jista' jassisti lil dawn l-istudenti matul is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li jattendu l-Universita` li jsofru minn xi diżabilita` huma tlieta. Wieħed minnhom hu mgħejjun minn facilitator waħda, it-tnejn l-oħra m'għandhomx bżonn għajnuna ta' facilitator iżda l-Universita` tgħinhom b'faċilitajiet oħra. In-numru ta' tfal - studenti fil-Mainstream li jsofru minn xi diżabilita` huma: Kinder 84 Primarja 311 Sekondarja 28 In-numru ta' Kindergarten Assistants li jgħinu li dawn l-istudenti huma: Kinder 73 Primarja 230 Sekondarja 27 Dan in-numru hu biżżejjed biex jassisti lil dawn l-istudenti. In-Numru ta' tfal li jattendu l-Iskejjel Post Sekondarji, u li għandhom disabilita` huwa: Ġuvintur 2 Tfajliet 2 M'hemmx bżonn ta' facilitator biex jassisti lil dawn l-istudenti.
Leg 9 PQ #6927 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet — Refunds ta' taxxi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi preċedenti lill-Ministeru tal-Finanzi sabiex il-pensjonanti li għandhom refunds tat-taxxi x'jitħallsu jingħatawlhom mill-aktar fis, jista' l-Ministru jinformani bl-iżvilupp u cioe' kemm kien in-numru ta' każijiet ta' pensjonanti li tħallsu mid-Dipartiment tat-Taxxi r-refunds dovuti mill-ewwel tas-sena 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-1 ta` Jannar 1999 sal-lum tħallsu Lm217,302 f`refunds ta` taxxa lil 3584 persuna ta` `l fuq minn 61 sena.
Leg 9 PQ #6928 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Refund cases

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' refund cases li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ħadem matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm tħallsu minn dawn ir-refunds f'ċifra ta' flus?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba ma tistax tinġabar. Dawk l-istimi li jkunu nżammu mis-sistema għax jistgħu jirriżultaw f`refunds ikunu jridu jgħaddu minn diversi proċessi bil-kompjuter u verifiki oħra qabel ikun finalment determinat jekk dawn se jirriżultawx f`refunds.
Leg 9 PQ #6872 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' fawran tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta li żbroffa fl-ispiri tal-lokal matul dawn l-aħħar ħames snin? X'investigazzjonijiet saru? X'kienu r-riżultati? X'qed isir sabiex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li qiegħed isir 'research' fuq in-numru ta' fawran f'dawn il-ħames snin li għaddew, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6873 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinformani xi programm ħejja d-Dipartiment tad-Drenaġġ sabiex jassigura li ma jkunx hemm fawran tad-drenaġġ fil-Bajjiet ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra? Jista' l-Ministru jinformani liema huma l-aktar arterji tas-sistema tad-drenaġġ difettużi f'dawn l-inħawi? X'apparat se jintuża sabiex jiġu sorveljati u rimedjati l-problemi kawżati mill-fawran matul is-sajf li ġej?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6874 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Widien — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema tad-Dipartiment li se jwettqu l-programm ta' tindif ta' widien fil-gżejjer matul is-sajf li ġej? X'makkinarju se jintuża u kemm huma l-flus ivvotati għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Din ir-risposta tkun tista' tingħata meta l-pjani neċessarji jkunu lesti.
Leg 9 PQ #6875 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Widien

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-widien f'Malta u Għawdex li se jiġu rijabilitati mid-dipartiment matul ix-xhur tas-sajf? Kemm saru applikazzjonijiet relatati max-xogħlijiet simili lill-Planning Authority u x'permessi u kondizzjonijiet ingħataw? Kemm hu n-numru ta' talbiet għal tindif fil-widien li ssottometta d-Dipartiment ta' l-Ambjent mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Meta ġew approvati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartimenti konċernati biex iħejju pjan għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #6876 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għases

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jżid il-pulizija fl-għases tal-Mellieħa, Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra u Mġarr għall-istaġun tas-sajf li ġej? Jekk fl-affermattiv, kemm se jkun in-numru ta' pulizija f'kull għassa u x'mezzi ta' trasport se jkollhom aċċessibbli għas-servizz?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn dan is-sajf, il-Pulizija ser timplimenta s-seasonal deployment f'dawk il-lokalitajiet li huma l-aktar iffrekwentati fix-xhur tas-sajf. In-numru ta' Pulizija li ser jiżdiedu jiddependi fuq il-ħtiġijiet partikulari ta' kull lokalita' u dan wara li jkun ikkunsidrat il-complement attwali f'kull lokalita'. Ninsab infurmat ukoll illi, fil-preżent l-għases tal-lokalitajiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant għandhom tlett vetturi u żewġ motor scooters għad-dispożizzjoni tagħhom. Barra minnhekk, hemm ukoll vettura tal-Mobile Squad li tkun assenjata mill-Kwartieri Ġenerali għall-patrol duties u assistenza meħtieġa f'dawn il-lokalitajiet. 18.05.99 (a.m)
Leg 9 PQ #6877 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Reserviors ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-reserviors ta' l-ilma tax-xita li jeħtieġu manutenzjoni, tindif, eċċ f'Malta u Għawdex? Kemm hu l-kalkolu ta' l-ilma globali li jirċievu dawn ir-reserviors ta' l-ilma? Meta se jsiru dawn il-manutenzjonijiet u kemm hemm flus ivvotati għall-programm ta' manutenzjoni ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6866 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Bajjiet — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jinformani bil-programm ta' tindif tal-bajjiet tat-12-il distrett ċioe' l-Għadira, Għajn Tuffieħa, l-Ġnejna, eċċ għal matul l-istaġun tas-sajf li ġej? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet? X'makkinarju għandhom? X'kuntratti lill-kuntratturi privati se jkun hemm relatati ma' dawn ix-xogħlijiet tal-bajjiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6867 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Siġar

Question

Peress li matul l-1997/98 il-Gvern Malti rċieva donazzjoni ta' 5,000 siġra kull sena, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'arranġamenti saru sabiex l-istess ammont ta' siġar jerġgħu jingħataw din is-sena? Ma min saru laqgħat u meta saru mill-5 ta' Settembru 'il hawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6868 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Għajnuna mill-gvern Indjan

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mill-għajnuna li l-gvern Indjan kien ta lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jagħmel landscaping b'karatteristika Indjana? Fejn se jitħawlu dawn il-pjanti? F'liema triq/bypass, eċċ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6869 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban Rural Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' talbiet li l-Urban Rural Landscaping resqet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jiġu rranġati roundabouts u jsiru xogħlijiet oħra ta' landscaping f'diversi nħawi ta' Malta u Għawdex matul il-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6870 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 12 — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' fawran tad-drenaġġ rapportati fil-bliet u rħula tat-12-il distrett matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? X'kienu r-raġunijiet? Meta saru t-tiswijiet u kemm ħadu żmien aktar minn dak normali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li qiegħed isir 'research' fuq in-numru ta' fawran fl-ewwel erba' xhur tas-sena, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6871 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Releave valve tad-drenaġġ

Question

Peress li ilu s-snin jintqal li se jsir releave valve tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta sabiex ikun hemm kontroll aħjar tas-sistema partikolarment fl-inħawi ta' Vjal il-Ħaddiem u Għajn Qajjed, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din il-problema ser tiġi ttrattata fit-tielet fażi tal-proġett Baħrija, Rabat, Attard u Qormi. Ix-xogħlijiet ser jibdew fis-sena 2000. Il-proġett jinkludi t-tqegħid ta' madwar 4 kilometri ta' mejnijiet fosthom li ser jitqegħdu fi Vjal il-Ħaddiem u Triq in-Nigret. B'dan il-proġett jiġi eliminat kull inkonvenjent f'dawn it-toroq imsemmija u b'hekk jistgħu jiġu mqabbda l-inħawi ta' Għajn Qajjed.
Leg 9 PQ #6688 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Gaġeġ/batteriji tat-tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti li qed jiġu diskussi fil-mument fl-UE sabiex ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet tad-daqs tal-gaġeġ/batteriji tat-tiġieġ jinbidlu fis-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa mhumiex jiġu diskussi kundizzjonijiet ta' daqs ta' gaġeġ/batteriji tat-tiġieġ ma l-UE. Biss ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta bħala membru tal-Council of Europe u bħala firmatorja tal-Konvenzjoni tat-trobbija ta' l-Annimali trid 'il quddiem tirregola ruħha ma din il-Konvenzjoni. Nirriferi lill-Onor. Interpellant għall-risposta ta' PQ 6616.

Impjiegi — Bdiewa - Użu ta' kimika

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6122 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid jekk qatt sarux health impact assessments rigward l-effett li tħalli l-kimika f'bexx, eċċ fuq saħħet il-bdiewa li japplikaw sabiex ikabbru l-uċuħ tagħhom? Meta saru u x'kienu r-riżultati? Jekk ma sarux, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li jsiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qabel kimika li tkun ser tintuża għal bexx tiġi mpurtata, l-importatur irid japplika lill-"Pesticides Advisory Board" tad-Dipartiment tal- Agrikoltura u jagħtih tagħrif sħiħ dwar il-kimika, inkluż tagħrif tossicoloġiku, biex issir l-evalwazzjoni neċessarja. Iktar informazzjoni dwar l-operat tal-"Pesticides Advisory Board" tista' tingħata mill-Ministeru konċernat. Jekk l-importazzjoni tal-kimika in kwestjoni tiġi approvata mid-Direttur tal-Biedja, l-importatur irid jipprokura l-approvazzjoni tat-Taqsima tal-Ħarsien tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol tad-Dipartiment tax-Xogħol. Din it-Taqsima tista' timponi kundizzjonijiet ulterjuri dwar l-importazzjoni u l-użu tal-kimika wara li titlob aktar informazzjoni, fosthom "Material Safety Data Sheet". Huwa obbligu ta' min iħaddem jew li jaħdem għal rasu li jidentifika l-perikli għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol tiegħu u li jieħu l-miżuri kollha biex dawn jiġu eliminati jew imnaqqsa. Għaldaqstant hija r-responsabbilita' ta' min juża jew iġiegħel li tintuża kimika fuq il-post tax-xogħol li jieħu l-miżuri neċessarji. It-taqsima tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol tad-Dipartiment tax-Xogħol regolarment tagħmel eżamijiet mediċi fuq il-ħaddiema ta' Dipartimenti tal-Gvern u ta' xi ażjendi privati li x-xogħol tagħhom jesponihom għal kuntatt regolari ma' bexx b'konsegwenza ta' riskju ogħla għas-saħħa. L-Onor. Interpellant japprezza li riżultati ta' eżamijiet mediċi huma kunfidenzjali. 17.5.99

Impjiegi — Bdiewa li jiggassjaw l-uċuħ tar-raba

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6121 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid jekk qatt sarux health impact assessments rigward saħħet il-ħaddiema li jiggasjaw l-uċuħ tar-raba? Jekk iva, x'kienu r-riżultati? Jekk le, jista' jikkonsidra li jsiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm diversi kimiċi li jistgħu jintużaw biex jiggassjaw l-uċuħ tar-raba. Il-kontrolli kemm fuq kimika relatata mal-biedja, kif ukoll fuq s-saħħa ta' ħaddiema li jistgħu ikunu nvoluti f'dan ix-xogħol ġew esposti fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6750. 17.5.99