Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7172 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni deportati

Question

Kemm kienu n-numru ta' persuni li ġew deportati minn pajjiżna matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm minnhom ġew deportati b'sentenza mill-Qrati? X'nazzjonalita' huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur ta' din is-sena ġew deportati minn Malta total ta' 233 persuna ta' nazzjonalita` barranija. Dawn ġew kollha deportati fuq ordni tal-Qorti. In-nazzjonalitajiet tagħhom kienu skond kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 26.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7173 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Pajjiżi Barranin — Scholarships

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' Maltin li fil-mument qed jissoktaw bi studji ta' scholarships f'pajjiżi barranin? F'liema pajjiżi, f'liema suġġetti u meta bdew il-kors tagħhom u meta se jispiċċawh?

Response (BORG, JOE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #7174 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Protokoll ta' koperazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk jeżistix xi protokoll ta' koperazzjoni u/jew assistenza medika mal-gvernijiet ta' l-Amerika, Kanada u l-Awstralja? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn fost it-tlett pajjiżi li semma, Malta għandha ftehim bilaterali dwar servizzi tas-saħħa ma` l-Awstralja biss. Dan il-ftehim ilu fis-seħħ mis-6 ta` Lulju tal-1988 b`emendi żgħar li ġew fis-seħħ fl-1 ta` Ġunju tal-1998. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta` dan il-ftehim.
Leg 9 PQ #7055 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Green Week

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'kienu l-ispejjeż għall-Green Week ta' Berlin u ta' Malta sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar minn uffiċjali nkarigati, u nagħti risposta f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7056 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Reserviors ta' l-ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6877 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid liema huma dawk ir-reserviors ta' l-ilma tax-xita li jeħtieġu manutenzjoni, tindif, eċċ f'Malta u Għawdex? Kemm hu l-kalkolu ta' l-ilma globali li jirċievu dawn ir-reserviors ta' l-ilma? Meta se jsiru dawn il-manutenzjonijiet u kemm hemm flus ivvotati għall-programm ta' manutenzjoni ta' din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7057 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Widien — Tindif

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6874, jista' l-Ministru jinformani meta hu maħsub li jkun lest il-pjan tat-tindif tal-widien? Huwa possibbli li l-Ministru jinformani min huma l-uffiċjali responsabbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #7058 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6873?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qabel ma jibda l-istaġun tas-sajf, id-Dipartiment tad-Drenaġġ dejjem jagħmel 'preventive maintenance' billi jnaddaf bl-użu tal-jetting-suction bowsers il-medded tad-drenaġġ ta' postijiet ħdejn il-baħar, speċjalment fejn hemm stabbilimenti ta' l-ikel minħabba x-xaħmijiet, bħal fil-każ ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra. Id-difetti fis-sistema tad-drenaġġ f'dawn l-inħawi huma (i) parti minn Triq l-Imħar, Qawra (ii) parti minn Triq is-Sajjied, Buġibba (iii) parti minn Triq Barnaba, Buġibba (iv) parti mill-main li għaddej minn fuq il-'boathouses' li hemm taħt Santa Maria Estate, Mellieħa (v) parti mill-Coast Road Qawra faċċata l-'boathouses' (vi) Miżieb, għax ma jlaħħaqx mal-'peak flow'. Fil-każi (i), (ii), (iii) u (iv) saru CCTV surveys biex jiġi stabbilit il-ħsara u dawn għandhom jissewwew. Rigward il-(v), din il-ħsara saret minn kuntrattur tar-Roads Department u għandu jsewwieh hu. Rigward is-(vi), din il-problema għandha tiġi solvuta bil-masterplan.
Leg 9 PQ #7077 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jinformani fuq liema kriterji neħħa l-gradi ta' direttur ġenerali u direttur għall-Urbal Rural Landscaping li kienu ġew approvati taħt l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Taħt l-istruttura li qed tiġi attwata gradwalment fid-dekasteri kollha, ma jinħassx il-bżonn li jiġu mwaqqfa dawn iż-żewġ postijiet fil-livelli ndikati.
Leg 9 PQ #7085 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Mapep ta' rotot informattivi

Question

Peress li l-uffiċjal responsabbli mill-kalendarju agrituristiku barra li lesta l-ktieb informattiv dwar il-widien tal-gżejjer li ġie preżentat riċentement lill-Prim Ministru, kellu wkoll iħejji mapep ta' rotot informattivi għall-mixjiet fil-kampanja għat-turisti fil-madwar tal-widien u l-kampanja ta' l-inħawi bħal fil-każ ta' Wied il-Qlejja li kellu jkun hemm ukoll rotta għar-roti, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ktejjeb dwar il-widien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamel tliet applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitwaħħlu f'diversi mkejjen mapep kbar li jagħtu tagħrif fuq il-kampanja u l-wirt storiku tal-lokal. Żewġ applikazzjonijiet minnhom ġew rifjutati u għalhekk qed isir il-proċess mill-ġdid fil-parametri mogħtija mill-Awtorita'. Dwar il-ktieb 'The River Valleys of the Maltese Islands' li nassumi li qed jirreferi għalieħ l-Onor. Interpellant, ninformaħ li dan jinsab għal bejgħ mill-Foundation for International Studies bil-prezz ta' Lm5 il-kopja, pero se nibgħatlu kopja tiegħu għaliħ personali.
Leg 9 PQ #7031 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru.12 — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6870?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' fawran fi bliet u rħula tat-12-il distrett huwa kif spjegat hawn taħt: a. Mġarr Triq l-Alrisa b. Qawra (i) Qawra Coast (tlett darbiet). Ir-raġuni huwa li l-main irid jitnaddaf. Fil-fatt dan qiegħed jitnaddaf fil-preżent bil-jetting-suction bowser. (ii) Salina Road. Mill-main ittella' tiben kif ukoll biċċiet tal-bricks tal-bankini. (iii) Triq l-Imħar. Wara li sar survey bis-CCTV instab illi parti mill-main irid jinbidel. ċ. Buġibba Mazzola Street. Dan l-istoppage tneħħa minnufih u l-main tnaddaf. d. Għadira Popeye Village Area. e. Ċirkewwa faċċata l-Paradise Bay Hotel qabel id-dħul tal-pumping station. f. Mdina Taħt l-Imdina ħdejn l-uffiċċju tal-Water Services Corporation. g. Rabat (i) Triq Santa Katerina (tlett darbiet). (ii) Misraħ Suffara (darbtejn). (iii) Għajn Qajjiet. (iv) Triq Konti Ruġġieru. Mtarfa L-istoppage li kien hemm l-Imtarfa dam xi ħmistax-il ġurnata minħabba l-fatt illi l-manholes ma setgħux jinsabu peress illi meta sar il-ground tal-football dawn tgħattew u għalhekk ma setax jinfetaħ l-istoppage. Wara li dawn instabu, il-main tnaddaf u issa d-drenaġġ qiegħed jaħdem normali.
Leg 9 PQ #7032 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta'l-Agrikoltura — Għajnuna mill-Gvern Indjan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6868?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-siġar tal-Jacaranda li l-Gvern Indjan kien offra huma mistennija li jaslu Malta sa tmiem Mejju. Parti sewwa minnhom ser jitħawwlu fil-Park Nazzjonali Ta' Qali kif kien miftiehem mal-Kummissarju Għoli Indjan f'Malta.
Leg 9 PQ #7033 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban rural landscaping

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6869?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma tresqet l-ebda talba quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jiġu rranġati roundabouts jew xogħolijiet oħra fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #7034 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Bajjiet — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6866?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-bajjiet li hemm fil-konfini tat-Tnax il-Distrett Elettorali jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' xi wieħed mill-Kunsilli Lokali cioe' ta' l-Imġarr, Mellieħa jew ta' San Pawl il-Baħar. Id-Dipartiment tat-Turiżmu għandu kuntratti għat-tindif tal-bajjiet ma' dawn it-tliet Kunsilli Lokali. Kull kuntratt jinkludi 'work plan' għal kull bajja fejn hemm indikat ix-xogħol li għandu jsir kif ukoll il-frekwenza u f'liema żmien tas-sena. Għar-rigward tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, sar programm dettaljat għax-xhur tas-sajf li jinkludi użu ta' 'sandsifter' provdut mill-istess Kunsill Lokali. Madankollu minħabba xi maltempata li tista' tinqala' jew biex jilqa' xi talba li tista' ssir minn xi Kunsill Lokali jeżisti grad ta' flessibilita' fix-xogħol. Għalkemm in-numru jista' jiżdied jew jonqos skond il-ħtieġa, biex ilaħħqu max-xogħol ta' dan id-Distrett, id-Dipartiment għandu ma' l-erbgħin ħaddiem u għaxar trakkijiet 'impressed'. Id-Dipartiment minn żmien għal żmien jikri makkinarju ieħor għat-tindif tal-bajjiet.

Mtarfa — Fawran ta' drenaġġ

Question

Peress li l-problema tal-fawran tad-drenaġġ f'Binja Buqana fl-Imtarfa skond ir-rapport ta' perit privat, li tiegħu qed nibgħat kopja separatament, u li qed jikkawża ħsarat strutturali, jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga urġentement ħalli jkunu evitati xi inċidenti fatali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar diġa' qabbdet lil kuntrattur tagħha biex jinvestiga l-kawża tal-ħruġ tal-ilma mis-soqfa tal-garaxxijiet taħt Blokk B Binja Buqana u rriżulta li kien hemm sadd fis-sistema tad-drenaġġ u xi ksur f'pajp tal-ilma. It-tiswijiet meħtieġa diġa bdew isiru mill-kuntrattur. 25.5.99
Leg 9 PQ #7054 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-arranġamenti għall-aħħar esportazzjoni ta' 600 tunnellata patata Sante? Jekk mhuwiex f'pożizzjoni li jpoġġi dan l-arranġament fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' jinformani bl-arranġament konfidenzjalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1114, 344 u 2501. Ma dana kollu, qed inpoġġi kopja tal-arranġament fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar lill-Onor. Interpellant li fi żmienu hu ma kienx jagħti din il-faċilita.
Leg 9 PQ #7019 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 12 — Playing fields

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-playing fields li se jiġu żviluppati fi bliet u rħula tat-12-il distrett elettorali? Meta se jibdew ix-xogħlijiet u kemm hi n-nefqa proġettata għal dawn il-proġetti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li m'hemm ippjanat l-ebda xogħol fuq żvilupp ta' playing fields fil-lokalitajiet ta' dan id-distrett għal matul l-1999.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-pjan tal-gvern sabiex isib impjiegi għall-ħaddiema li qed jirreġistraw għax-xogħol u għandhom aktar minn 48 sena? Kemm fil-fatt ġew impjegati ħaddiema ta' din l-eta' mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra. 24.5.99

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' persuni rġiel u nisa jirreġistraw għax-xogħol bejn Jannar u April, 1999? Jista' l-Ministru jirrispondi l-istess mistoqsija għall-perijodu tas-snin 1998, 1997 u 1996?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. 24.5.99

Torball Blind Association

Question

B'riferenza għal-laqgħa li saret bejn il-Ministru u t-Torball Blind Association sabiex din l-għaqda tingħata l-Binja fl-Imtarfa ħalli tiżviluppa ċentru modern għall-membri tagħha, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5045 tal-10 ta' Marzu, 1999, (Seduta Nru. 74). 24.5.99
Leg 9 PQ #7029 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinformani meta ntużaw għall-ewwel darba l-jumbo bags u l-palettes għall-esportazzjoni tal-patata fil-packing station f'Ta' Qali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numru 672 u 5925.