Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karkassi tal-majjal li xtraw il-bejjiegħa tal-laħam mill-5 ta' Settembru 'l hawn mill-biċċerija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kif suppost li jaf l-Onor. Interpellant il-majjal kollu li jinqatel fil-biċċerija jiġi mgħoddi lid-distributuri permezz tal-KIM u l-figuri eżatti kemm ikunu xtraw il-bejjiegħa tal-laħam iżommuhom huma. Id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji qatt ma kellu aċċess għal dawn iċ-ċifri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħwienet tal-laħam li xtraw ċanga friska mill-biċċerija mill-5 ta' Settembru 'l hawn xahar b'xahar? X'kienet il-kwantita' u kemm ħarġu ċertifikati lill-bejjiegħa tal-laħam xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru tal-poloz lill-ħwienet tal-laħam li xtraw ċanga friska mill-1 ta' Settembru, 1998 sal-25 ta' Mejju 1999 huwa kif gej:
1998 Sept. Oct. Nov. Dec.
1200 1136 1179 1446
1999 Jan. Feb. Mar. Apr. May
1206 1173 1373 1126 1107
Il-piż ta' ċanga friska u n-numru ta' ħwienet li ħadu ċertifikati huwa kif ġej f'din it-tabella. Hemm ħwienet li xtraw iżjed minn darba fix-xahar.
1998 Sept. Oct. Nov. Dec.
Nru. ta 309 317 323 373
Ħwienet
Piż 31535 32632 32791 39212
1999 Jan. Feb. Mar. Apr. May
Nru. ta 318 295 365 255 247
Ħwienet
Piż 30364 28598 33245 23963 24788
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-Agri Export Marketing Board mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Kemm fil-fatt jiswew aktar reefer trailers minn reefer containers?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Agricultural Export Marketing Board iltaqa ħames darbiet mill-5 ta' Settembru l-hawn.
Rigward id-differenza fl-ispiża nvoluta bejn road trailer u container, din tiddependi minn diversi fatturi, li fosthom jinkludu destinazzjoni, rotta u fuq kollox disponibilita fil-ħin tal-mezzi u tal-vapuri tal-ġarr. Ovvjament dan kollu mhux biss jeffetwa t-tul tal-vjaġġ iżda wkoll il-prezz. Jien konvint li minn dan kollu l-Onor. Interpellant jifhem li huwa ferm diffiċli biex tiġi stabbilita differenza fissa għaliex din tiddependi miċ-ċirkustanzi tal-mument. Ma dan kollu wieħed ma jkunx żbaljat jekk jistima bejn Lm250 sa Lm500 iktar għal kull frigo road trailer ta' 40 pied aktar minn dawk għal frigo container tal-istess daqs. Infatti biex wieħed jifhem aħjar biżżejjed jinnota li l-ispiża għal-frigo road trailer destinat għall-Olanda via Reggio tinvolvi differenza ta' madwar Lm400 iktar minn dik għall-istess destinazzjoni iżda via Genoa jew Marsilja. Iżda dan jiddependi mill-iskedi tal-vapuri.
Din id-differenza fil prezz tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-vantaġġ li jista jintlaħaq billi l-prodott jasal iktar kmieni u jġib prezz aħjar. Dan jissarrag fi prezz aħjar għal bdiewa kif fil-fatt ġara bil-prezz rekord ta' Lm14.20 li ħadu l-bdiewa għal patata Sante' li ġiet esportata lejn l-Olanda parti minnhom bir-Road Traillers li l-Onor. Interpellant tant ikkritika.
Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet il-qatla tal-laħam taċ-ċanga fil-Biċċerija minn Jannar sa April ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jinformani kemm fil-fatt kienet il-qatla għall-istess perijodu għas-snin 98, 97, 96 u 95 rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-qatla għall-perjodu Jannar-April 1999 kienet kif jidher hawn taħt:
1999 Heads Kgs
Jannar 450 120185
Frar 477 128112
Marzu 549 148474
April 479 126808
Il-qatla għas-snin l-oħra mitluba huma kif ġej:
1995 Heads Kgs
Jannar 623 128126
Frar 466 122182
Marzu 483 117971
April 510 123608
1996 Heads Kgs
Jannar 641 166030
Frar 580 137466
Marzu 532 140572
April 494 126959
1997 Heads Kgs
Jannar 493 144979
Frar 473 122852
Marzu 492 130352
April 498 125212
1998 Heads Kgs
Jannar 513 134617
Frar 471 123116
Marzu 528 141506
April 405 107713
B'riferenza għall-kriżi tal-bejgħ tal-laħam taċ-ċanga tal-Beef Intervention Scheme, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fil-fatt hi l-kwantita' u l-valur fi flus tal-laħam li jinsab maħżun għaliex ma nstabx il-bejgħ tiegħu? Jista' l-Ministru jinformani x'se jsir minn dan il-laħam kemm-il darba l-gvern ma jsibx bejgħ għalih?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-21 ta' Mejju, 1999 l-ammont ta' laħam storjat fil-friża kien ta' 125060 Kgs. Il-valur ta' dan il-laħam huwa ta' madwar Lm67,530 skond il-prezzijiet internazzjonali. Qegħdin isiru trattattivi biex dan il-laħam jinbiegħ.
Jista' l-Ministru jinformana kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-istess produzzjoni għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 rispettivament? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn din il-produzzjoni kienet fuq il-kwota stabbilita u kemm fil-fatt kien il-prezz tal-ħalib fuq il-kwota li tħallsu r-raħħala?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-produzzjoni totali tal-ħalib frisk u l-produzzjoni fuq il-kwota globali matul l-ewwel erba' xhur tas-sena, u għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 kienet hekk:
Sena Total Produzzjoni Produzzjoni fuq il-kwota globali
1995 2,819,335 galluni 171,268 galluni
1996 3,044,351 galluni 428,030 galluni
1997 3,076,119 galluni 325,851 galluni
1998 3,169,998 galluni 305,566 galluni
1999 3,295,344 galluni 396,767 galluni
Il-prezz tal-ħalib fuq il-kwota huwa ta' 32 ċenteżmi kull gallun. Dan ma jfissirx li raħħala tħallsu dan il-prezz għall-ħalib fuq il-kwota għax il-KPH tagħmel xi aġġustamenti sabiex tirregola l-produzzjoni skond id-domanda.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 6963 u 6638, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relattiva, cioe' kopja ta' l-agreement li kien sar bejn il-KFC u l-processor, it-talba tal-kumpannija li talbet riċentement sabiex tiġi eżentata u l-approvazzjoni tal-Ministeru/Dipartiment ta' l-Agrikoltura għall-eżenzjoni tal-levy in kwestjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Billi d-dokumenti mitluba fihom informazzjoni ta' natura kummerċjali, ma jidhirlix li għandi npoġġiehom fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6977?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed nibghat lill-Onor. Interpellant kopja ta' regolamenti attwali fl-UE dwar it-tiġieġ. Dawn huma regolamenti li jinsabu f'dokumenti pubbliċi ta' l-UE u li huma aċċessibli għal min jitlobhom, iżda xorta waħda uffiċċjali tad-dipartiment ħadu l-inkarigu w ġabruhomlu.
Pero qabel ma l-Onor. Interpelant jaħrab b'moħħu w joħroġ xi stqarrija oħra fejn jipprova jissensazzjonalizza dwar xi 'punto' jew xi 'virgola' li hemm fihom, nixtieq niġbidlu l'attenzjoni li dawn ir-regolamenti jinbidlu minn żmien għal żmien, u qabel ma jiġu applikati f'pajjiżna għad iridu jagħaddu minn proċess ta negozzjati u diskussjonijiet dwar dak li hu aċċettabli w applikabli għalina. Dan il-proċess ikun fiħ involviment mill partijiet kollha kkonċernati.
Peress li fil-gżejjer tagħna l-ATM's mhumiex aċċessibbli għall-persuni għomja, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-gvern jagħmel talba sabiex għall-futur dawn ikunu mgħammra b'apparat ta' speech synthesis sabiex il-persuni għomja jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema maċ-Ċivil li temmew l-impjieg tagħhom matul l-1998? Xi gradi kellhom u f'liema dipartimenti kienu jaħdmu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2992, u għat-tweġiba tagħha li ngħatat fid-dsatax ta' Jannar 1999, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda aġġornata sa l-aħħar ta' Diċembru kif mitlub, bid-dettalji ta' dawk il-ħaddiema full-time fis-Servizz Pubbliku li temmew l-impjieg tagħhom matul l-1998.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul globali f'ċifra ta' flus li daħħlu l-bdiewa mill-Pitkalija Ċentrali matul Jannar sa April ta' din is-sena? X'kienet l-istess ċifra għall-istess perijodu għas-snin 98, 97, 96 u 95?
Response (ZAMMIT, NINU)
Mill-Pitkalija Ċentrali l-bdiewa daħħlu dawn l-ammonti ta' flus għall-perjodu bejn Jannar u April ta' kull sena mitluba.
1995 Lm1,588,153
1996 Lm1,769,693
1997 Lm1,393,402
1998 Lm1,846,836
1999 Lm1,651,839
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għaqdiet volontarji sportivi u taż-żgħażagħ li ressqu talbiet sabiex jingħataw għajnuna finanzjarja għall-programmi, inizjattivi, eċċ li se jorganizzaw fl-affermattiv? Kemm minn dawn ġew milqugħa? Liema kienu l-għaqdiet li bbenefikaw u x'valur ta' flus/donazzjoni rċevew? Liema kienu l-għaqdiet li ma bbenefikawx?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirrefer għar-risposta għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 6788 u 6794.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' vetturi/karozzi/inġenji li għandu fil-mument id-Dipartiment tal-Biedja u Sajd inkluż il-Ministeru? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema mpressed? Kemm hu n-numru ta' karozzi/inġenji, eċċ mikrija fil-mument u/jew mill-5 ta' Settembru 'il hawn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħalissa d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Biedja u Sajd għandhom 97 vettura (li jinkludu karozzi, vans, trucks, trucks bil-high-up, bowsers, tractors).
In-numru ta' vetturi mpressed huwa ta' 44.
In-numru ta' vetturi (li jinkludu karozzi, trucks) li fil-mument qed jinkrew huwa ta' 22.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' vetturi/karozzi/inġenji, eċċ li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent? Kemm hu n-numru ta' impressed drivers u n-numru ta' makkinarji mikri li d-dipartimenti għandhom fil-preżent u/jew kellhom mill-5 ta' Settembru, 'il hawn?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi/karozzi/inġenji etc. huwa hekk:
TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET
----------------------
TIP AMMONT
----- --------
Skid Steer Loaders 4
All Terrain Mobile Hydraulic Crane 1
Aerial Working Platforms 2
Bulldozers 18
Excavator Crawler Cranes 2
Graders 4
Hydraulic Excavators 4
Road Rollers 30
Track Shovels 11
Wheel Shovels 32
Asphalt Cutters 19
Compressors 30
Dumpers 4
Forklifts 5
Hand Guided Vibrator Rollers 6
Petrol Operated Breaking Hammers 14
Plate Compactors 6
Portable Generating Sets 3
Portable Welding Generators 4
Road Marking Machine 1
Vibro Tampers 16
Buses 1
Drainage Bowsers 2
Water Bowsers 1
Fuel Bowsers 2
Mobile Cranes 5
Street Washing Bowsers 1
Tractor Units 2
Truck Wreckers 2
Trucks 46
Jeeps 29
Saloon Cars 38
Vans & Pick-ups 67
-------
TOTAL 412
-------
In-numru ta' vetturi Impressed huwa ta' Trucks 158, Vannijiet 15 u karozzi 77.
Ma hemm l-ebda makkinarju mikri fuq sistema permanenti imma, dan jinkera għal perjodi qosra skond il-bżonn.
DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT
---------------------------------------
TIP AMMONT
----- --------
Mini Vans 3
Pick-ups 7
Landrovers 3
Mini van (Piaggio) 1
In-numru ta' Impressed Drivers hu ta' erbgħa. Id-Dipartiment ma għandu l-ebda impjant mikri.
Mill-5 ta' Settembru 1999 'l hawn, il-BICC għamel, u għadu qed jagħmel, użu minn tliet karozzi self-drive.
Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet il-qatla tal-majjal fil-Biċċerija minn Jannar sa April ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jinformani bl-importazzjoni ta' laħam tal-majjal għall-istess perijodu? Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari għas-snin 98, 97, 96 u 95 rispettivament għall-istess perijodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qatla tal-Majjal fil-Biċċerija ta' Malta
Jannar Frar Marzu April TOTALI
1995 7,614 7,540 8,317 7,106 30,577
1996 7,524 7,469 6,990 7,587 29,570
1997 9,695 8,446 7,871 9,107 35,119
1998 7,756 7,021 6,975 8,209 29,961
1999 7,364 7,355 8,132 7,195 30,046
Importazzjoni Tal-Majjal Matul is-Snin
Totali
1995 1,088 M.T. *
1996 1,084 M.T. *
1997 78 M.T. *
Jannar Frar Marzu April
1998 0 0 0 0
1999 0 0 977kgs 8 M.T.
* Records bejn in-1995 u n-1997 tal-Importazzjoni ma kienux jinzammu bix-xahar.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju tal-gvern għall-Beef Intervention Scheme għas-snin 98, 97, 96 u 95 sena b'sena f'ċifra ta' flus? Jista' l-Ministru jinformani kemm daħħal il-gvern lura f'ċifra ta' flus mil-laħam li kien ibiegħ matul l-istess perijodu lill-industrija lokali ta' l-ipproċessar, sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li talab hu, sena b'sena hija skond it-tabella hawn taħt. Ninfurmak ukoll li r-revenue ma jirriflettix is-sussidju mħabba l-'carry over' mis-sena ta' qabel.
Sena Subsidy Revenue
1995 Lm150,953 Lm180,338
1996 Lm263,172 Lm176,480
1997 Lm297,588 Lm193,887
1998 Lm238,753 LM169,261
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt swew ix-xogħlijiet ta' refurbishment li saru fl-uffiċini tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd? Kemm fil-fatt ħarġu direct orders u kemm kienu jammontaw?
Response (ZAMMIT, NINU)
Sal-lum ix-xogħlijiet swew Lm28,705. Dan l-ammont jikkonsisti minn 155 biċċiet xogħol żgħar li allura setgħu jingħataw mingħajr il-ħtieġa ta' ħruġ ta' tenders.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għad-domanda Numru 4683 u 5364 fejn spjegajtlu l-bżonn li kien hemm biex jiġu irranġati l-uffiċini.
Nistiednu biex jekk isib iċ-ċans jasal wasla sal-Ministeru u jara b'għajnejħ kif suppost ikun uffiċju diċenti u li jixraq għaż-żmienijiet tal-lum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt swew ix-xogħlijiet tat-tarmak u tal-platform li saret fil-packing station ta' l-esportazzjoni tal-patata f'Ta' Qali f'ċifra ta' flus? Kemm ħarġu direct orders għal dawn ix-xogħlijiet u kemm kienu jammontaw?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma għandi xi nżid xejn mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5920 ħlief li l-Kwotazzjonijiet ndikati kienu jinvolvu kiri ta' makkinarju, provisti ta' ġebel, injam, ħadid, etc u ġarr ta' materjal, li l-ispiża tagħhom laħqet mat-Lm28,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' refuġjati li hawn f'pajjiżna fil-mument?
X'nazzjonalita' għandhom u kemm minnhom huma tfal? Kemm kien in-numru ta' refuġjati matul dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena u x'nazzjonalita' kellhom rispettivament?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.