Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7611 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Grad ta' Direttur Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-Ministeru aċċetta li jitneħħa l-grad ta' Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd meta kien diġa' approvat mill-amministrazzjoni preċedenti? Ma jħossx il-Ministru meta l-istess dipartiment jinstab impenjat sabiex jaġġorna r-regoli u liġijiet tal-biedja ma' dawk ta' l-UE, dan il-grad huwa ġustifikat? Jista' jara li din il-miżura li tista' tinħass inġusta minn dawk l-uffiċjali li kienu applikaw tiġi rtirata fl-affermattiv?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 7077, naċċertaħ ukoll li fl-istruttura li qegħda tiġi gradwalment attwata qegħdin nagħtu mportanza ħafna l-impenji li dan il-Ministeru għandu fir-rigward tas-sħubija fl-UE.
Leg 9 PQ #7612 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Frott/ħaxix — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ u x'kienet il-varjeta' tal-frott u l-ħaxix frisk impurtat matul Jannar u Mejju, 1999 fil-gżejjer tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn Jannar u Mejju 1999 ġew impurtati dawn il-frott u ħxejjex: Tunnellati Ċitru (l-aktar larinġ u mandolina) 5,233 Frott artab (l-aktar tuffieħ, banana, lanġas u għeneb) 7,909 Frott tal-għadma (l-aktar għajnbaqar) 77 Frott eżotiku (l-aktar kiwi) 301 Ħxejjex (l-aktar basal u twem) 306
Leg 9 PQ #7613 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pastard/kaboċċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-prezz medju tal-pastard u kaboċċi xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju 1999 għall-bdiewa? X'kienu l-prezzijiet għall-bdiewa fil-perijodu ta' l-1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba hija: Kaboċċi Pastard 1998 Kgs. Lm Prezz 1998 Kgs. Lm Prezz Medju Medju Jannar 139,380 32,511 23.33 Jannar 149,193 46,771 31.35 Frar 105,675 34,239 32.40 Frar 151,567 45,133 29.78 Marzu 153,227 21,998 14.36 Marzu 239,874 43,085 17.96 April 180,527 7,693 4.26 April 452,026 16,645 3.68 Mejju 205,560 3,541 1.72 Mejju 337,685 10,683 3.16 Kaboċċi Pastard 1999 Kgs. Lm Prezz 1999 Kgs. Lm Prezz Medju Medju Jannar 217,080 4,578 2.11 Jannar 587,062 11,942 2.03 Frar 201,345 7,127 3.54 Frar 302,112 31,241 10.34 Marzu 233,236 5,569 2.39 Marzu 384,311 26,491 6.89 April 179,876 5,492 3.05 April 395,243 13,253 3.35 Mejju 174,120 8,125 4.67 Mejju 233,283 15,195 6.51 Kif jidher mill-istatistika ta' hawn fuq, il-prezz medju skond il-produzzjoni u d-domanda. Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għad-domanda numru 678 li kien għamel hu stess u li fiha hu stess kien semma l-maltemp u l-effetti ħżiena fuq il-produzzjoni, kif riflessa anki fiċ-ċifri komparattivi ta' produzzjoni għall-ewwel xhur tas-snin 1998 u 1999. Fil-fatt minħabba fl-iskarsezzi ikkaġunati minn dan il-maltemp, il-Gvern li minnu kien jifforma parti l-Onorevoli Interpellant, kien ta eżenzjoni parzjali fuq il-levy ta' importazzjoni għal iktar minn 40,000kg pastard u kaboċċi. Infakkar ukoll li l-bdiewa li batew konsekwenzi ta' dak il-maltemp u li kellhom l-uċuħ taghħom meqruda ma ngħataw l-ebda kumpens, anzi ġew użati LM8,000 mill-flus allokati għat-tiswija ta' ħsarat ikkaġunati mill-maltemp, sabiex ġie mgħotti l-fjask u l-falliment ta' l-esportazzjoni tal-ħaxix frisk lejn l-Ingilterra, dejjem meta l-Onorevoli Interpellant kien Ministru responsabbli mill-biedja.
Leg 9 PQ #7614 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-prezz medju tal-prodott tal-patata xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju 1999 għall-bdiewa? X'kien l-istess prezz għall-istess perijodu fl-1998 għall-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezz medju tal-patata fil-pitkalija xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju 1999 u 1998 kien hekk: 1998 Kgs. Lm Prezz 1999 Kgs. Lm Prezz Medju Medju Jannar 233,963 36,207 15.48 Jannar 303,857 48,612 16.00 Frar 162,674 30,195 18.56 Frar 229,553 51,922 22.62 Marzu 232,280 52,260 22.50 Marzu 375,015 77,927 20.78 April 500,959 61,725 12.32 April 528,478 72,117 13.65 Mejju 437,078 34,035 7.79 Mejju 469,035 35,579 7.59
Leg 9 PQ #7425 Sitting 119 1999-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban rural landscaping

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 6869 u 7033, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jersqu xi talbiet quddiem l-awtorita' sabiex isiru dawn l-ameljoramenti fir-roundabouts tal-gżejjer? Jekk iva, meta? Jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6869 u 7033, id-Dipartiment tal-Agrikoltura qiegħed jagħmel il-preparamenti kollha meħtieġa, sabiex meta jkollu l-fondi jkun jista jagħmel l-applikazzjoni lill-Awtorita tal-Ippjanar sabiex ikun jista jibda x-xogħol meħtieġ.
Leg 9 PQ #7426 Sitting 119 1999-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Xiri ta' art

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari numru 987 Seduta Nru. 25 u mistoqsija parlamentari numru 4993 Seduta Nru. 73? Peress li l-familja teħtieġ l-għajnuna urġenti u ċioe' l-bżonn li l-kas pendenti jiġi rimedjat mingħajr dewmien, jista' l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni rimedjata?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet supplementari li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6407 f'Seduta 103 fid-19 ta' Mejju, 1999. Il-pożizzjoni sal-lum hija l-istess kif irrapurtata fl-istess Seduta.
Leg 9 PQ #7427 Sitting 119 1999-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-prezz medju għall-bdiewa għall-prodott tal-patata mill-Pitkalija Ċentrali fix-xhur ta' April u Mejju ta' din is-sena? X'kien il-prezz għall-istess prodott għas-sena 97 u 98?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezz medju għall-bdiewa għall-prodott tal-patata mill-Pitkalija Ċentrali fix-xhur ta' April u Mejju ta' din is-sena kif ukoll għall-istess prodott għas-snin 1997/1998 kienu hekk: Sena April Mejju Cents per Kg. Cents per Kg. 1997 6.67 6.58 1998 12.32 7.79 1999 13.65 7.77
Leg 9 PQ #7428 Sitting 119 1999-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Refurbishment

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7169 u ċioe' għall-kliem użat kif suppost ikun uffiċċju diċenti li jixraq għaż-żmenijiet tal-lum, jista' l-Ministru jara li l-uffiċini ta' l-uffiċjali u kmamar tal-ħaddiema tad-dipartimenti jkunu rispettati bl-istess mod? Jekk iva, jista' jara li jibdew ix-xogħlijiet u jgħid meta se jibdew? Jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini li jaqgħu taħt il-Ministeru kollu bil-mod il-mod qegħdin fil-fatt jiġu rranġati kif suppost, ħalli jkunu diċenti u li jixirqu għaż-żminijiet tal-lum.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex numru ta' ċittadini li japplikaw għall-pensjoni kemm tal-61 kif ukoll dik tad-diżabilita', bħal fil-kas tal-persuna bl-I.D. No. 372138(m) li nformat li ilha aktar minn 15-il xahar tistenna l-benefiċċju tal-pensjoni? Jista' l-Ministru jara li jiġi kkordinat immedjatament il-ħidma neċessarja mid-dipartiment sabiex dawn il-pagamenti jiġu mħalsa mill-aktar fis possibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil-Onor Interpellant li ġejt infurmat mid-Dipartiment, li l-applikazzjoni għall-pensjoni tal-persuna kkonċernata waslet fid-Dipartiment fit-12 ta' April 1999 u mhux 15 il-xahar ilu kif indikat fil-mistoqsija tieghu. Din l-applikazzjoni bħalissa qed tiġi pproċessata u jiena nfurmat li l-pensjoni dovuta għandha titħallas dan ix-xahar. 9.6.99
Leg 9 PQ #7418 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Arbli tad-dawl

Question

Peress li r-residenti (li l-indirizz tagħhom qed jintbagħat separatament) jixtiequ li jressqu l-ilment tagħhom sabiex l-arbli għall-estensjoni tad-dawl ma jsirx man-naħa tagħhom u ċioe' jsir kif suppost, jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-arblu msemmi li jinsab fit-triq indikata ser isir skond kif titlob is-sengħa u se jieħu post żewg arbli oħra li hemm fil-qrib tiegħu.
Leg 9 PQ #7419 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru seminars lill-ħaddiema fil-grad ta' lines men, eċċ mal-Korporazzjoni Enemalta għas-safety waqt il-ħin tax-xogħol? Meta saru u x'punti tqajmu mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet ta' safety li jirriżultawlhom waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fl-20 u is-27 ta` Novembru u fl-4 u l-11 ta` Dicembru 1998, il-linesmen kollha kif ukoll xi ufficjali teknici u inġiniera attendew sensiela ta` lectures specjallizzati dwar "The Safe Use of Harnesses". Dawn il-lectures kienu saru mit-Taqsima tas-Sahha u Ħarsien fuq il-Post tax-Xogħol fil-Korporazzjoni Enemalta. Nhar il-5,12 u d-19 ta` Frar 1999, din l-istess taqsima tat korsijiet għall-operators u s-sewwieqa tal-Hydraulic Platform Elevators. Saru ukoll lectures għall-pipe fitters. Waqt dan it-taħriġ tqajjmu diversi punti w problemi dwar is-sigurta`, li fost oħrajn kienu jittrattaw it-twettieq tal-proceduri u l-użu tajjeb tat-tower ladders. It-Taqsima tas-Saħħa u Ħarsien fuq il-Post tax-Xogħol ħadet il-passi meħtieġa biex ir-rimedji jiġu implimentati sabiex dawn il-problemi jittaffew u jissolvew. Ta` min isemmi ukoll li regolarment isiru lectures u taħrig dwar il-ħarsien u s-sigurta` kif ukoll korsijiet prattiċi dwar it-tifi tan-nar. It-Taqsima tas-Saħħa u Ħarsien fuq ix-xogħol għadha kif fasslet sensiela ġdida ta` programmi ta` taħriġ fil-First Aid għall-ġimgħat li ġejjin. Dan it-tahriġ se jseħħ wara sejħa għal applikazzjonijiet għal dawk li kienu interessati li jieħdu sehem f`dan it-taħriġ. B`kollox ikkonkorrew 450 ruħ. Fix-xhur li ġejjin, it-Taqsima tas-Saħħa u Ħarsien fuq ix-Xogħol mistennija li fost taħriġ ieħor, tagħti lectures dwar it-tħaddim tajjeb tal-kimiċi, kif ukoll dwar it-tħaddim tajjeb tal-forklifters. Taqsimiet oħra fil-Korporazzjoni Enemalta li jorganizzaw programmi ta` taħriġ jdaħħlu ukoll elementi ta` ħarsien ta` saħħa fuq il-post tax-xogħol.
Leg 9 PQ #7420 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Widien — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7057?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Wieħed mill-funzjonijiet ewelenin tal-widien hu li jservu ta' passaġġ għall-ilma li jgħaddi minnhom fl-istaġun tax-xitwa u allura jallevjaw il-problema tal-'flooding' ta' l-inħawi. Barra minn hekk, il-widien iservu ta' "pulmun aħdar" għar-residenti tal-viċin u joffru refuġju għal għadd ta' ħlejjaq indiġeni, ħafna minnhom endemiċi, u għalhekk ta' valur mondjali. L-eżistenza tal-widien, kif nafuhom illum, tiddependi fuq kemm jirnexxilna ngħelbu sfidi bħal per eżempju, ir-rimi ta' skart illegali u żvilupp mhux meqjus. Sfidi oħra jiġu minn interventi mingħajr ħsieb mill-bniedem. Dan jinkludi "tindif" fl-istaġun ħażin u b'makkinarju goff, u tħawwil ta' siġar aljeni li jixterdu u jieħdu post siġar indiġeni. Inħoss għalhekk li jkun kemxejn simplistiku li wieħed jirreferi għal dak li għandu jsir bħala "tindif" tal-widien. Jeħtieġ li qabel ma jsir xi intervent isir studju dettaljat tal-wied partikulari (għax kull wied għandu l-eko-sistema tiegħu) u jitħejja 'management plan' li jiżgura li l-wied jiġi restawrat biex ikompli jservi l-funzjonijiet ambjentali li semmejt aktar qabel. Wara li jkun sar dan kollu jingħata bidu għat-tħaddim tal-pjan, fl-isfond ta' prioritajiet oħra u possibilment bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali, ta' l-għaqdiet ambjentali u entitajiet oħra. Dan biss jista' jassigura li l-intervent ma jkunx aktar ta' ħsara milli ta' ġid. Is-sezzjoni tal-Ħarsien tal-Habitats fi ħdan id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent hi responsabbli għat-tfassil ta' pjanijiet bħal dawn u xogħol f'dan ir-rigward inbeda f'Wied Għollieqa u f'widien oħra.
Leg 9 PQ #7422 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

GreenWeek

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7055?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ispejjeż li saru għall-Green Week ta' Berlin u ta' Malta kienu hekk: Malta Berlin LM LM 1995 11,102 25,659 1996 14,421 9,097 1997 2,100 760 1998 4,030 Xejn (Il-Ministeru ma pparteċipax) 1999 15,376 1,396 Nispjega illi l-Lm760 li tħallsu għall-fiera ta' Berlin fl-1997 kienu l-ħlas ta' parteċipazzjoni biss, għaliex l-Onorevoli Interpellant kien iddeċida li jwaqqaf din il-parteċipazzjoni wara li kienu diġa tħallsu l-flus. Is-somom ta' l-1997 u l-1998 jidhru relattivament baxxi għaliex ix-xogħol li kien sar mill-ħaddiema tal-Gvern wara l-ħin kien sar fuq is-sistema ta' "time-off in lieu", sistema li għaalkemm tagħti l-impressjoni falza li qed jiġu ffrankati l-flus, toħloq problemi serji fit-twettiq tal-programmi tax-xogħol tul is-sena kollha. Din is-sena, il-ħaddiema ser ikunu qalgħu bejniethom is-somma ta' Lm9,761.42 fżovertime. Din ser tinqasam bejn 66 impjegat, jiġifieri medja ta' Lm1147.90 kull wieħed. Eluf ta'nies żaru din il-fiera, u kien hemm kliem ta' apprezzament minn diversi fonti, għal mod informattiv u professjonali li bih ġie ppreżentat l-istand tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd. L-Onorevoli Interpellant għandu jifhem li filwaqt li għandu jkun hemm għaqal u kontroll fl-infiq, tqanċiċ bla sens iwassal għall-qerda ta' l-inizjattiva.
Leg 9 PQ #7423 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7030?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-bidu u t-tmiem tal-istaġun tal-għażla tal-patata għas-safar flimkien mal-medja li kienet ġiet aċċettata kulljum jikkonsistu kif jidher hawn taħt: Medju kulljum 1995 mis 17 t'April sa 19 ta' Mejju 8,541 xkejjer ta' 25 Kg 1996 mit 22 t'April sa 17 ta' Mejju 7,823 xkejjer ta' 25 Kg 1997 mill 20 ta' Marzu sa 16 ta' Mejju 8,823 xkejjer ta' 25 Kg 1998 Mill 20 t'April sa 14 ta' Mejju 14,770 xkejjer ta' 25 Kg 1999 Sante' mit-12 t'April sa 23 t' April 1,886 xkejjer ta' 25 Kg Alpha mis-26 t'April sa 18 ta' Mejju 13,910 xkejjer ta' 25 Kg Dwar ir-rati tal-kambju għas-snin imsemmija, naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li minħabba ċ-ċaqlieq kulljum tal-kambju, dan il-Ministeru mhux f'pożizzjoni li jagħtik dan it-tagħrif, iżda hemm iktar probabilita li tinkiseb mill-Bank Ċentrali ta' Malta. Barra minn hekk, għall-iktar informazzjoni iktar dettaljata, li eventwalment mhix ikkunsidrata ta' nteress publiku, nistieden l-Onor. Interpellant jara r-rekords tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #7410 Sitting 117 1999-06-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Alpha

Question

Peress li l-Ministru qal li l-patata Sante hija mfittxija ħafna fl-Olanda, il-Ministru qed jgħid li l-importaturi Olandiżi m'għadhomx jirrikonoxxu l-Alpha bħala varjeta' ta' kwalita'? Huwa l-kas li aktar ma tiżdied il-kwantita' ta' varjeta' sante l-prezz jaqa' u mhux jogħla għall-bdiewa? Jekk iva, għaliex? Jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Huwa fatt li s-Sante' fil preżent qegħda tgawdi post fost l-iktar erba varjetajiet favoriti mal-konsumatur Olandiż iżda b'daqshekk ma jfissirx li għandu jkun traskurat dak li nkiseb matul is-snin. Mingħajr dubju sa llum l-Alpha ta' Malta għadha popolari fis-suq Olandiż iżda kemm għaliex iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar tinħass il-ħtieġa li tinsab varjeta alternattiva minħabba problemi tekniċi li ta' kull sena qegħdin jiżdiedu kif ukoll minħabba l-fatt li s-suq tal-Alpha huwa limitat għal madwar ħames t'elef tunellata u għaldaqstant iktar żieda ta' din il-varjeta jfisser sogru li jintilef il- 'premium' price. Minħabba dawn ir-raġunijiet u bil-ħsieb li jitrewwem suq ġdid u iktar bikri apparti minn dak tal-Alpha qegħdin inkomplu bil-provi fuq is-Sante' s'issa taw riżultati posittivi ħafna.
Leg 9 PQ #7411 Sitting 117 1999-06-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jaqbel ma' l-outright purchase, prezz finali, u huwa kontra s-sistema ta' prezz minimu garantit? Għaliex huwa kontra l-kuntratt li għamel il-gvern preċedenti Laburista meta nnegozja s-6,000 tunnellata kollha bi prezz minimu garantit?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien qatt ma indikajt li jiena kontra is-sistema ta' prezz minimu garantit. Iżda fiċ-ċirkostanzi tal-patata tal-varjeta' Sante', li kien kontra tagħha l-Onor. Interpellant meta kien Ministru, kien aħjar u ta' benefiċju aktar għal bidwi Malti li jsir ftehim separat minn dak tal-varjeta' Alpha sabiex tibbenefika mill-fatt li s-Sante' hija ħafna aktar bikrija u tgawdi suq separat. Fuq kollox il-bdiewa ma jsofrux nuqqas fil-prezz bħal meta insterqu Lm13,500 minn flushom sabiex jitatta' l-fjask fl-esportazzjoni tal-ħaxix lejn l-Ingilterra, kif sar fiż-żmien meta l-Onor. Interpellant kien Ministru.
Leg 9 PQ #7412 Sitting 117 1999-06-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata

Question

B'riferenza għall-prezz imsejjaħ rekord għall-patata bikrija, jista' l-Ministru jinformani xi prezzijiet ġabu l-bdiewa għall-patata bikrija matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, qabel il-Ministru ħabbar il-prezzijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħlas li rċevew il-bdiewa għall-patata bikrija ta' Malta li kienet imsiefra matul dawn l-aħħar ħames snin kien jikkonsisti b'dan il-mod: 1998 Lm11 il-qantar 1997 Lm11 il-qantar 1996 Lm14 il-qantar 1995 Lm14 il-qantar 1994 Lm11 il-qantar Minn dan jdher li din is-sena, 1999, il-prezz ta' Lm14.20 il-qantar imħallas lill-bdiewa għall-patata bikrija tat-tip Sante' qabeż kull ħlas ieħor li qatt tħallas għall-patata esportata. Hawn ta min isemmi li sentejn ilu, fi żmien meta l-Onor. Interpellant kien responsabbli mill-Agrikoltura, ġew imsiefra 789 tunnellata patata Sante' fuq ftehim li kien sar fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjjonalista. Kien kollu għal xejn li l-esportazzjoni tagħha kienet bdiet sa mill-20 ta' Marzu, iktar minn xahar qabel is-soltu, għaliex b'sorpriża u disfatta kbira għal dawk li kabbruha mhux biss għamlet tajjeb għall-prezz tal-Alpha iżda fuq kollox ma tħallsux l-ogħla prezz tal-Alpha kif kien miftiehem u fuq kollox kif effettivament tħallas għaliha n-negozjant Olandiż, qisu dan kien preludju għall-forġa li seħħet wara biex tħallsu dawk li esportaw il-ħaxix frisk lejn ir-Renju Unit.
Leg 9 PQ #7413 Sitting 117 1999-06-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Refuġjati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7171 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' refuġjati li hawn f'pajjiżna fil-mument? X'nazzjonalita' għandhom u kemm minnhom huma tfal? Kemm kien in-numru ta' refuġjati matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena, u x'nazzjonalita' kellhom rispettivament?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7228.