Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8112 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti b'xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/pazjenti li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' xorb eċċessiv? X'etajiet varji kellhom dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #8113 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti b'food poisoning

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/pazjenti li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' food poisoning bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena? X'ikkawża dan il-food poisoning u x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #8114 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Inċidenti ta' korriment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li kellhom inċidenti ta' korriment matul din is-sena skolastika fl-iskejjel governattivi? X'investigazzjonijiet saru sabiex isir xi titjieb fl-iskejjel partikolari li seta' kkawża dawn l-inċidenti? Jekk huwa l-każ, x'xogħol qiegħed issir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Post Sekondarji li jaqgħu taħt id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni ta' l-Adulti, kien hemm inċident wieħed ta' korriment, matul din is-sena skolastika, u li dan ma kienx riżultat ta' xi traskuraġni jew periklu eżistenti. Informat ukoll li fl-iskejjel Speċjali kien hemm erba' każi ta' inċidenti ta' korriment f'din is-sena skolastika. Dawn kienu mqassmin hekk: 1. Inċident wieħed fl-iskola San Miguel Febres Cordero ta' St. Andrew's 2. Inċident wieħed fl-ESN, Special Unit tas-Sannat Għawdex 1 3. Żewġ inċidenti fl-iskola Mater Dei tal-Imsida Informat u koll li għalkemm dawn l-inċidenti ma' kienux ta' natura gravi, xorta saru l-investigazzjonijiet u ttieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex inċidenti simili ma jirrepetux ruħhom. L-informazzjoni rigward skejjel Primarji u Sekondarji għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #8115 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija Ċentrali — Tarmac

Question

Peress li kellu jingħata t-tarmac fil-Pitkalija Ċentrali kif kien previst mill-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jgħid meta dan se jsir? Jekk mhux se jsir, jista' l-Ministru jinformani fuq liema proġetti oħra ntnefqu dawn il-flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant huwa knoxju tal-fatt li kull Amministrazzjoni tista' toħlom u tiftaħar b'numru bla limitu ta' 'proġetti' fl-ajru. Li jinteressa l-poplu huwa kemm mill-istess 'proġetti' l-istess Amministrazzjoni eventwalment twettaq. Għaldaqstant, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-kumplament tar-risposta mgħotija għad-domanda numru 4665.
Leg 9 PQ #8116 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Ħsarat

Question

B'riferenza għall-ħsarat kawżati lill-bdiewa fl-Imġarr, Malta minħabba l-maltemp, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' bdiewa li rrapportaw il-ħsarat? Kemm fil-fatt ingħataw għajnuna f'ċifri globali ta' flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minħabba n-numru ta' bdiewa li rraportaw ħsarat, kull rapport qed jiġi investigat bir-reqqa wieħed wieħed. 69 bidwi talbu kumpens.
Leg 9 PQ #8117 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Wheelchairs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw wheelchairs għal użu ta' pazjenti li qed jiġu rikoverati fl-isptarijiet governattivi? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' wheel chairs aċċessibbli u kemm minnhom qed jintużaw fil-mument fl-isptarijiet u barra l-isptarijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-`wheelchairs` li jinxtraw huma għall-użu kemm tal-pazjenti rikoverati l-isptar u kemm biex jiġu mislufa lill-pubbliku. Fil-fatt din is-sena inxtraw 200 `wheelchairs'. Bħalissa hemm 1110 `wheelchairs' mislufa lill-pubbliku u madwar 80 li qegħdin jintużaw ġewwa s-swali u l-`out-patients' ta' l-Isptar San Luqa.
Leg 9 PQ #8106 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki li ssensjaw il-ħaddiema bejn Jannar u Mejju 1999? Kemm fil-fatt kien n-numru ta' ħaddiema ssensjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Leg 9 PQ #8107 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-fabbriki li għalqu bejn Jannar u Mejju? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ssensjaw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena għalqu ħames fabbriki. Dawn huma MFP International, Techmark Limited, Synergy Limited, ILP Limited u ERO Electronic Limited. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 8106.
Leg 9 PQ #8108 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vjolenza fuq anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet rrapportati lill-pulizija ta' vjolenza fuq anzjani, tfal eċċ bejn Jannar u Mejju 1999? X'passi ttieħdu u kemm tressqu persuni l-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8109 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet irrapportati lill-pulizija bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu serqiet ta' karozzi u fid-djar privati? Kemm tressqu persuni l-qorti b'konnessjoni ma' dawn is-serqiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena il-Pulizija kellha 3,118 rapport ta' serq, li minnhom 433 kienu dwar serq ta' karozzi filwaqt li 245 kienu dwar serq minn djar.

Impjiegi — Self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' self-employed bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena? X'kien dan in-numru għall-istess perjodu għas-sena 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' self-employed bejn Jannar u April 1999 kien hekk:- XHUR TOTAL SELF-EMPLOYED Jannar 1999 15,267 Frar 1999 15,333 Marzu 1999 15,385 April 1999 15,363 In numru ta' self-employed bejn Jannar u Mejju 1998 kien hekk:- XHUR TOTAL SELF-EMPLOYED Jannar 1998 15,392 Frar 1998 15,426 Marzu 1998 15,401 April 1998 15,430 Mejju 1998 15,470 Din l-informazzjoni tiġi ppublikata minn żmien għal żmien miċ-Ċentru Uffiċjali ta' l-Istatistika f'News Releases. 8.7.99
Leg 9 PQ #8111 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li daħlu l-Isptar San Luqa għaliex kellhom inċidenti fuq il-post tax-xogħol bejn il-perjodu ta' Jannar u Mejju ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu nisa, irġiel u żgħażagħ taħt il-35 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma hux magħruf in-numru ta' ħaddiema li daħlu l-Isptar San Luqa għax kellhom inċidenti fuq il-post tax-xogħol peress li ma jinżammux dawn id-dettalji fir-records ta' dawn il-każi. Iżjed informazzjoni tista' tinkiseb mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #8100 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Ajruplani bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ajruplani tal-linja nazzjonali ta' l-ajru (Air Malta) li kellhom ħsarat estensiv mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Kemm minn dawn l-ajruplani jintużaw għar-rotot ta' l-Air Malta u kemm għal rotot oħra li l-Air Malta għandha kuntratt magħhom? Kemm hija l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta' ajruplani ta' l-Air Malta li mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn sofrew ħsarat estensivi, jidhirli li ma jkunx fl-interess tal-kumpanija li nagħti aktar dettalji.

Persuni b'diżabilita' — Xogħlijiet fid-djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' familji li għaliex għandhom persuni b'diżabilita' resqu quddiem l-awtoritajiet konċernati talbiet sabiex jingħataw sussidju għal titjieb li jridu jagħmlu fil-bini residenzjali tagħhom, sabiex ikun aktar aċċessibbli għal ħteġijiet ta' dawn il-persuni? Kemm huwa l-vot għal dawn ix-xogħlijiet u kemm intnefqu s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Taħt Skema Numru 1 - Għajnuna Finanzjarja għal Xogħolijiet ta' Titjib fir-Residenzi Okkupati minn Persuni b'Diżabilita' - l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 101 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 63 l-applikazzjoni. Is-somma approvata tammonta għall-Lm56,395. Għas-sena finanzjarja 1998/1999, l-Awtorita' tad-Djar ivvotat s-somma ta' Lm700,000 bħala sussidju għall-iskemi tagħha. 6.7.99
Leg 9 PQ #8102 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Crafts Centre

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li l-gvern għandu maħsub għal Crafts Centre f'Ta' Qali? X'konsultazzjoni saret mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'ġie deċiż u meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta, flimkien ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kienu waslu fi qbil dwar kif il-proġett kellu jitkompla. Madankollu xorta waħda kien hemm diversi ilmenti li jekk ma jiġux eżaminati tajjeb, jistgħu jirriżultaw fi problemi fl-esekuzzjoni tal-proġett. Għaldaqstant ġie deċiż li l-Proġett kollu għandu jerġa' jiġi eżaminat biex nassiguraw li l-affarijiet isiru sewwa. Fil-frattemp saru laqgħat ta' diskussjoni mal-partijiet konċernati biex tiġi evalwata s-sitwazzjoni u finalment jiġu sottomessi rakkomandazzjonijiet ta' kif l-aħjar għandu jimxi l-proġett. Dawn il-konsultazzjonijiet fil-preżent, qed isiru l-aktar ma' l-Awtorita ta' l-Ippjanar. Huwa ppjanat li fil-futur qrib jerġgħu jinżammu diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.
Leg 9 PQ #8103 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Attard — Tqaċċiet ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li tqaċċtu s-siġar fil-Main Road, Attard qabel ma tidħol għal San Anton?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-siġar tneħħew fuq talba tar-Roads Department, b'approvazzjoni tal-Planning Authority, biex minn flokhom tiġi nstallata sistema ta' traffic lights, ħalli jitneħħa l-periklu li kien hemm.
Leg 9 PQ #8104 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Garaxxijiet/faċilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet li l-MDC għandha sabiex tipprovdi garaxxijiet/faċilitajiet għas-self-employed fil-mument? X'qed isir sabiex dawn jiġu rimedjati u fil-fatt meta se jiġu rimedjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tinġabar f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8105 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Industrial estate

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet preċedenti sabiex jiġi żviluppat industrial estate fir-Rabat u lokalitajiet oħra ta' 12-il distrett, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa qed isir eżerċizzju bejn il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġu identifikati siti ġodda li jistgħu jiġu żviluppati f'zoni ndustrijali. Dan l-eżerċizzju, li fih huwa nvolut ukoll id-Dipartiment ta' l-Artijiet, qed isir fuq skala nazzjonali. Għadu mhux il-waqt li wieħed jgħid meta u fejn jistgħu jiġu żviluppati dawn is-siti.
Leg 9 PQ #8094 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kollużjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kollużjonijiet tat-traffiku rrapportati lill-pulizija bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena? Kemm kien in-numru ta' inċidenti fatali f'dawn l-aħħar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 4,257-il kolliżjoni. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8059.
Leg 9 PQ #8095 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' priġunieri li din is-sena jtemmu s-sentenza tagħhom? Kemm minnhom huma nisa, rġiel u żgħażagħ taħt il-35 sena? X'għajnuna se jingħataw dawn sabiex isibu x'impjieg wara li jibdew ħajja ġdida fis-soċjeta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri li temmew is-sentenza tagħhom mill-1 ta' Jannar, 1999, sat-18 ta' Ġunju, 1999, kien ta' 41 raġel u 8 nisa. Minn dawn kien hemm 27 raġel u 5 nisa taħt il-35 sena. Kien hemm ukoll 10 irġiel oħra, li 9 minnhom kienu taħt il-35 sena, li spiċċaw is-sentenza tagħhom iżda ma ġewx rilaxxati minħabba li kellhom każijiet oħra pendenti. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' priġunieri li mistennija jiskontaw is-sentenza tagħhom bejn id-19 ta' Ġunju, 1999, sal-31 ta' Diċembru, 1999, hu ta' 42 raġel u mara waħda. Minn dawn hemm 30 raġel taħt il-35 sena. Hemm ukoll 22 raġel ieħor, li 10 minnhom huma taħt il-35 sena, li mistennija jiskontaw is-sentenza tagħhom matul l-istess perijodu iżda mhux ser jiġu rilaxxati minħabba li għandhom każijiet oħra. Fil-preżent qed isiru kuntatti mal-E.T.C. u f'ċerti każi anke ma' kumpanniji privati biex jinstab impjieg għal dawk il-priġunieri li jinteressaw ruħhom f'dan ir-rigward.