Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8245 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Malta - Triq Għajn Qajjed - Arbli tad-dawl

Question

Peress li l-arbli tad-dawl fi Triq Għajn Qajjed, Rabat, Malta, huma kollha msadda, jista' l-Ministru japprova li dawn jinbidlu preferibbilment qabel ix-xitwa li ġejja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma jirriżultax li l-arbli msemmija għandhom għalfejn jiġu mibdula.
Leg 9 PQ #8246 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema u casuals li spiċċaw bl-eta' ta' 61 sena bejn Jannar u Mejju 'il hawn? Kemm huwa mistenni li jirtiraw għalliema sa Diċembru, 1999 bl-eta' ta' 61 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema li spiċċaw bl-eta` ta' 61 sena bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena hu għaxra (10). Bejn Ġunju u Diċembru 1999 hu mistenni li jirtiraw dsatax-il għalliem. M'hemm ebda għalliem każwali li spiċċa bl-eta` ta' 61 sena.
Leg 9 PQ #8247 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Donaturi tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' donaturi tad-demm bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena? Xi kwantitajiet u x'tip ta' demm ingħata? Xi programm qed jikkordina d-dipartiment għall-bqija ta' din is-sena f'dan ir-rigward?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' donaturi tad-demm bejn l-ewwel ta' Jannar u il-31 ta' Mejju tas-sena 1999 kien 6871. Minn dawn 6727 taw borża demm, 25 taw plasma u 119 taw platelets. It-tip tad-demm tad-donaturi ta' `whole blood' (borża demm sħiħ) kien hekk:- O Positive 2776 O Negative 345 A Positive 2667 A Negative 296 B Positive 402 B Negative 44 AB Positive 177 AB Negative 20 Id-Dipartiment kostantament jappella għal donaturi tad-demm. Dan isir permezz ta' avviżi fuq il-mezzi tax-xandir, u parteċipazzjoni fuq l-istess mezzi fi programmi varji. Il-Mobile Unit toħroġ regolari u għalkemm hija ta' għajnuna, id-Dipartiment qiegħed jistudja kif din tista' tkun aktar effettiva. Permezz ta' sistema komputerizzata ta' 'Donor recruitment' li bdiet titħaddem minn Novembru 1998, in-numru ta' donaturi hu mistenni li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jiżdied.
Leg 9 PQ #8248 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Donaturi ta' organi tal-ġisem

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' donaturi ta' organi tal-ġisem li ngħataw tal-pazjenti li kienu qed jiġu rikoverati fl-isptarijiet lokali bejn Jannar u Mejju 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` donaturi li kellhom xi organi tal-ġisem li ngħataw lill-pazjenti li kienu qed jiġu rikoverati fl-isptarijiet lokali bejn Jannar u Mejju 1999 kienu 8 (tmienja).
Leg 9 PQ #8249 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MDP/KPH — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mill-5 ta' Settembru 'l hawn dwar il-fabbrika ġdida tal-ħalib? Xi progress sar u ma' min saru l-laqgħat? X'inhi l-pożizzjoni ta' l-MDP u l-KPH illum dwar il-proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8238 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Outright purchase

Question

Kif jispjega l-fatt il-Ministeru li kien aktar jaqbel għall-bdiewa in-negozju ta' prezz finali (outright purchase) flok prezz minimu garantit?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi nżid xejn mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8122.
Leg 9 PQ #8239 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Dulliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' tad-dulliegħ li daħlet fil-Pitkalija ċentrali din is-sena? Xi prezz medju ġabet ġimgħa ġimgħa? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

1999 Kgs. Lm Press Medju (cents/Kg 03.05.99 - 07.05.99 386 371 96.17 10.05.99 - 14.05.99 2,403 2,158 89.81 17.05.99 - 21.05.99 4,478 3,312 73.97 24.05.99 - 28.05.99 17,158 8,215 47.88 31.05.99 - 04.06.99 122,805 24,715 20.13 07.06.99 - 11.06.99 186,539 28,062 15.04 14.06.99 - 18.06.99 182,769 17,110 9.36 Total 516,538 83,943 16.25 1998 04.05.98 - 05.05.98 90 103 115 11.05.98 - 15.05.98 928 805 86.80 18.05.98 - 22.05.98 1,450 1,221 84.23 25.05.98 - 30.05.98 5,655 3,278 57.97 01.06.98 - 05.06.98 62,829 18,772 29.88 08.06.98 - 12.06.98 84,637 22,529 26.62 15.06.98 - 19.06.98 106,309 21,487 20.21 Total 261,898 68,195 26.03 Il-prezz medju niżel b'37% filwaqt li l-produzzjoni tegħlet b' 97% kważi rdupjat. Dan juri kemm hemm bżonn aktar suq akbar għall-dan it-tip ta' prodott.
Leg 9 PQ #8240 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Annimali/Għasafar — Kwarantina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali, għasafar, eċċ. li nżammu fil-kwarantina ta' Ħal-Luqa bejn Jannar u Mejju, 1999? Minn liema pajjiżi kienu ġejjien? X'manutenzjoni saret f'din il-kwarantina mill-5 ta' Settembru 'l hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-annimali li nżammu fil-kwarantina ta' Hal-Luqa fil-perjodu msemmi kienu: Klieb 45 Qtates 15 Għasafar 352 Matul ix-xhur ta'Jannar u Mejju 1999, ġew upgraded il-'holdings' ta' l-għasafar, twaħħal Geyser u tjieb id-dawl. L-aktar pajjiz li ġew minnu kien l-Ingilterra.
Leg 9 PQ #8241 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bowsers ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu bowsers ta' l-ilma lill-bdiewa, raħħala u produtturi bejn Jannar u Mejju? Xi produzzjoni jlaħħqu l-produtturi u x'tip ta' attivita' ta' tjur jew bhejjem irabbu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Tqassmu 36 bowsers lill-applikanti bejn ix-xhur ta' Jannar u Mejju, biss id-Dipartiment m'għandux informazzjoni fuq it-tip ta' attivita jew produzzjoni tal-applikanti għax it-tqassim kien bil-ħlas.
Leg 9 PQ #8242 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' għalliema kwalifikati sabiex jedukaw lill-istudenti b'diżabilita' li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat? Meta kkwalifikaw? F'liema qasam u x'taħriġ jingħatalhom sabiex jibqgħu aġġornati maż-żminijiet moderni?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8243 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Rabat — Malta - Skola C. Pullicino

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiżdiedu l-cleaners fl-iskola sekondarja tal-bniet C. Pullicino, Rabat, Malta? Peress li din l-iskola tirċievi madwar 700 student, jista' l-Ministru japprova din iż-żieda fl-interess ta' aktar indafa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħal issa f'din l-Iskola hemm: * Messaġġiera * Supervisor * 2 General Hands responsabbli għat-tindif * 2 Ħaddiema għal manutenzjoni * 3 Casual Cleaners Ma' dawn hemm ukoll General Hand responsabbli għat-tindif, li bħal issa qiegħda bil-Parental Leave u li ser tirrapporta lura għax-xogħol fil-futur qrib.
Leg 9 PQ #8131 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prezz tat-tonn frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tat-tonn frisk (kull kilo) għas-sajjied matul dawn l-aħħar ħames snin, inkluż din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-'average price' tat-Tonn frisk kull kilo għas-sajjied matul dawn l-aħħar ħames snin kien: 1995 Lm1.61 1996 Lm1.79 1997 Lm1.96 1998 Lm1.59 1999 Lm1.59 (sa l-aħħar ta' Mejju)
Leg 9 PQ #8153 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Tuna Panning

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet għal tuna panning f'Malta li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm żewġ applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għal tuna penning.
Leg 9 PQ #8234 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7423, jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ammont ta' 8,822 xkora ta' 25 kg għas-sena 1997 huwiex korrett u jagħti tweġiba preċiża?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nikkonferma t-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7423 jiġifieri fl-1997 kienet aċċettata medja ta' 8823 xkora tal-25kg. patata ta' Malta għas-safar kulljum, matul il-perjodu li ġiet esportata l-patata.
Leg 9 PQ #8235 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Xiri ta' ċanga friska

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħwienet tal-laħam li bejn Diċembru 1998 u Mejju 1999 ma baqgħux jixtru ċanga friska mill-Biċċerija? X'ikkawża dan in-nuqqas? Kemm tqassmu riċetti tat-tisjir dwar l-ikel magħmul biċ-ċanga friska?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma tistgħax tgħid kemm ħwienet ma baqgħux jixtru ċanga friska. Iċ-ċertifikati jingħataw lill min jitlobhom. Ħafna drabi għallkemm tinxtara ċ-ċanga, tal-ħanut ma jiġix biex jieħu ċ-ċertifikat. Hemm min jixtri laħam u jbiegħu minn iżjed minn ħanut wieħed. Tqassmu numru sostanzjali ta' riċetti biċ-ċanga friska lill-pubbliku li żar il-padiljun tal-Ministeru fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta din is-sena.
Leg 9 PQ #8236 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bejgħ ta' ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tnaqqis fil-piż tal-bejgħ taċ-ċanga friska bejn Diċembru 1998 u Mejju 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #8237 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Beef Intervention Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' ċanga friska tal-Beef Intervention Scheme inbiegħet mill-Biċċerija? Xi prezz ġabet u meta nbiegħet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal domanda numru 8092 li għamel hu stess, fejn staqsa u rrispondejtu dwar perjodu speċifiku. Niġbidlu l-attenzjoni li f'din id-domanda(No.8237) ma indika l-ebda perjodu.
Leg 9 PQ #8118 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Delegazzjonijiet ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet ministerjali u/jew dipartimentali inkluż dawk ta' l-awtoritajiet u korporazzjonijiet, li siefru barra minn Malta mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Kemm kienet in-nefqa nvoluta globali għal dawn il-commitments? Kemm kienet in-nefqa għal kull delegazzjoni u x'kien l-impenn ta' dawn id-delegazzjonijiet f'riżultati li nkisbu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' familji li qed jitolbu akkomodazzjoni alternattiva lill-Awtorita' tad-Djar fil-mument? Meta huwa maħsub li dawn it-talbiet jiġu milqugħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-lista li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tinżamm biss mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali w mhux mill-Awtorita' tad-Djar. L-Onor. Interpellant huwa mitlub jara r-risposta li jiena tajt għall-Mistoqsija Nru. 8076. 13.7.99
Leg 9 PQ #8122 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Peress li l-prezzijiet għall-patata esportata lejn l-Olanda għal perjodu ta' ġimgħat kienu ta' 4.99 guilder kull żewġ kilos, skond ma jindikaw irċevuti li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jikkonsidra li kieku ma għamilx negozjati ta' outright purchase iżda għamilhom dawk ta' prezz minimu garantit, il-bdiewa li esportaw 471 tunnellata Sante' kienu jieħdu ħafna aktar minn Lm14.20-il qantar? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'prezzijiet bikrija ġabet l-patata esportata fl-ewwel ġimgħat tas-suq fl-1996, 1997, 1998 rispettivi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nifhem li l-Onor. Interpellant isiba iebsa biex iniżżilha li din is-sena il-bdiewa tħalsu Lm14.20 il-qantar għall-patata tat-tip Sante', l-ogħla ħlas li qatt ingħata għall-patata esportata. Naturalment dan kollu juri li meta s-sena li għaddiet, waqt li kien għadu Ministru risponsabbli mill-Agrikoltura huwa mar ferm żbaljat u żmerċ meta kien impedixxa t-tkabbir ta' din il-varjeta bikrija. Naturalment ir-risultati jitkellmu waħedhom u jkun inutli li jipprova jqarraq billi jikkwota prezzijiet bl-imnut, jiġifieri dak tal-konsumatur, li jinkludi spejjeż lokali, dawk tal-importatur, nolijiet tal-ġarr, assikurazzjoni, kummisjonijiet, etc. Jgħidu li kieku u kien qatt ma ltaqgħu flimkien u għaldaqstant jien konvint li l-mod li sar dan in-negożju kien ta' sodisfazzjon kbir bil-fatti għal dawk li kabbru din il-varjeta u mhux bil-ħolm jew bil-ħrejjef biss. Fuq kollox jekk l-Onor. N Farrugia illum jemmen ukoll fil-potenzjal tas-Sante' wieħed ikun iktar ħerqan ikun jaf x'kienet ir-raġuni vera għaliex huwa personalment iddeċieda li jwaqqaf din il-varjeta meta din kienet diġa wriet prospetti tajbin fil-provi li kienu saru fis-snin ta' qabel.