Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8464 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beekeepers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-beekeepers u l-uffiċjali tad-dipartiment mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Meta saru u fuq liema suġġetti saru? X'mard hawn fil-mument fl-industrija tan-naħal u xi trattament qed jingħata? Kemm saru spezzjonijiet fuq il-kolonji tan-naħa? Meta saru u x'riżultati ħallew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru l-hawn in-numru ta' laqgħat li saru bejn il-beekeepers u l-uffiċjali tad-dipartiment kien hekk: F'Malta saru 5 laqgħat u f'Għawdex saru 5 laqgħat oħra. Dawn il-laqgħat saru kif spjegat hawn taħt: Malta Data Suġġett Settembru 1998 Kontroll tal-mard tan-naħal Ottubru 1998 Tnissil ta' l-irġejjen Novembru 1998 Kontroll tal-mard tan-naħal Diċembru 1998 Kura tal-marda American Foul brood Mejju 1999 Skemi ta' bejgħ ta' naħal u r-rġejjen Għawdex Data Suġġett Ottubru 1998 Tnissil ta' l-irġejjen Novembru 1998 Kontroll tal-mard tan-naħal Novembru 1998 Kura tal-marda American Foul brood Frar 1999 Problemi li jeżistu għall-beekeepers Marzu 1999 Problemi li jeżistu għall-beekeepers Rigward il-mard u t-trattament tan-naħal ma nbidel xejn dawn l-aħħar xhur. F'dan il-perjodu saru (15) ħmistax -il spezzjoni. Dawn l-ispezzjonijiet saru għand beekeepers differenti. Tnejn biss minn dawn il-beekeepers kellhom l-American Foul brood
Leg 9 PQ #8277 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zokkor — Importazzjoni

Question

Peress li Malta timporta bejn 16,000 u 18,000 tunnellata zokkor fis-sena l-biċċa l-kbira mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u l-fatt li l-industrija tieħu sussidju ta' 321 sterlina fuq kull elf kilo jew aħjar madwar 5 u 6 miljun lira sterling fis-sena, dan ifisser li bi sħubija sħiħa z-zokkor se jogħla minn 20c-il kilo għal madwar 40c-il kilo għall-industrija lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #8278 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Basal — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7912?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul dawn l-aħħar ħames snin, ġie esportat basal fl-1997 biss meta ġew esportati 56.3 tunellati. Provi b'varjetajiet diversi ta' basal ilhom isiru fil-qasam esperimentali fl-Għammieri. Għal diversi snin jitqabblu razez ta' żerriegħa lokali ma' oħrajn ġodda importati minn barra. Fl-1997 fil-pitkalija daħal 131,123 kgs ta' Basal b'valur ta' Lm213,509 li jġib prezz medju ta' 16.27 ċenteżmi kull kilo. Il-varjeta' tal-basal li ġiet esportata fl-1997 kienet il-varjeta' lokali. Fl-1997 ġew esportati 56.3 tunnellati ta' basal. Il-bdiewa tħallsu bil-prezz ta' 10c il-kilo għal 24 tunnellata u 9c il-kilo għall 24.3 tunellata. Jirriżultali li minnħabba li l-Onor. Interpellant meta kien Ministru rtira l-liċenzja tal-esportazzjoni tal-basal għal-Olanda lill-wieħed mill-esportaturi u dan kellu jesporta l-basal lejn l-Italja bi spejjes akbar u bi prezz anqas, dan l-esportatur tilef somma konsiderevoli ta' flus. Dan l-istess esportatur għamel 'claim' quddiem l-Ombudsman dwar dan il-każ.
Leg 9 PQ #8279 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet storiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7914, Seduta Nru. 126?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi s-suġġeriment li jinfetħu l-mużewijiet storiċi filgħaxija sejjer jiġi kkunsidrat meta ssir ir-riforma tad-Dipartiment tal-Mużewijiet u s-settur tal-kultura u wirt storiku.
Leg 9 PQ #8280 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Irziezet tat-tjur — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7916?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet li saru xahar b'xahar fl-irziezet tat-tjur u l-annimali huma skond it-tabella hawn taħt: Spezzjonijiet - Irziezet tat-Tjur Sena Xahar No 1998 Settembru 24 Ottubru 31 Novemberu 26 Diċembru 34 1999 Jannar 43 Frar 36 Marzu 48 April 36 Mejju 42 TOTAL 320 Spezzjonijiet - Annimali Sena Xahar No. 1998 Settembru 288 Ottubru 217 Novembru 240 Diċembru 196 1999 Jannar 295 Frar 311 Marzu 345 April 351 Mejju 332 TOTAL 2575 L-ispezzjonijiet isiru għall-ħafna raġunijiet, problemi ta' mard jew management, identifikazzjoni ta' l-annimali, testijiet ta' surveillance tal-mard, u raġunijiet oħra bħal pariri lill-Planning Authority.
Leg 9 PQ #8448 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja u Sajd

Question

B'riferenza għat-tneħħija tal-levies ta' protezzjoni fuq is-settur tal-biedja u sajd/u l-agro industrija, jista' l-Ministru jinfurmani ma' liema kumpanniji, koperattivi, eċċ iltaqa' l-Ministru u/jew uffiċjali tad-dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jiġi spjegat lilhom il-piż li se jpoġġi fuq il-qasam tagħhom il-gvern fix-xhur li ġejjien? Meta saru l-laqgħat u x'kienu l-konklużjonijiet? Liema koperattivi qabblu u liema ma qablux?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-proposti tal-Gvern rigward il-levies fuq prodotti tal-biedja u tal-agro-industrija mportati huma ċari. Dawn il-levies jitnaqqsu gradwalment hekk kif li dawn is-setturi jibdew jibbenifikaw mill-miżuri tal-Common Agricultural Policy u miżuri oħra fuq skeda li trid tiġi negozjata mal-E.U. Il-laqgħat mall-produtturi ser jibdew isiru fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #8449 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni — Basal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'varjeta' ta' basal ġiet esportata fl-1997? Kemm kien l-ammont esportat u xi prezz ħadu l-bdiewa? X'jirriżultalu l-Ministru dwar din l-esportazzjoni u cioe kif, filwaqt li din il-varjeta' marret tajjeb ma' konsumatur, ripetutament ingħad li kienet marret ħażin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-varjeta' tal-basal li ġiet esportata fl-1997 kienet il-varjeta' lokali. Fl-1997 ġew esportati 56.3 tunnellati ta' basal. Il-bdiewa tħallsu bil-prezz ta' 10c il-kilo għal 24 tunnellata u 9c il-kilo għall 24.3 tunellata. Jirriżultali li minnħabba li l-Onor. Interpellant meta kien Ministru rtira l-liċenzja tal-esportazzjoni tal-basal għal-Olanda lill-wieħed mill-esportaturi u dan kellu jesporta l-basal lejn l-Italja bi spejjes akbar u bi prezz anqas, dan l-esportatur tilef somma konsiderevoli ta' flus. Dan l-istess esportatur għamel 'claim' quddiem l-Ombudsman dwar dan il-każ.
Leg 9 PQ #8257 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Pajjiżi Għarab — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f'pajjiżi Għarab mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Mill-5 ta` Settembru `l hawn skond l-informazzjoni li għandu l-Ministeru tiegħi kien hemm disa` delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f`pajjiżi Għarab u f`pajjiżi ta` l-Afrika ta` fuq u dawn kienu kif ġej: Novembru 1998 L-Emirati Għarab Magħquda: fejn ġie iffirmat Ftehim dwar Koperazzjoni fl-oqsma tal-Kultura u Xjenza. Waqt din iż-żjara ġie inawgurat l-uffiċċju rappreżentattiv ta` l-Air Malta; Jannar 1999 Ġordan: fl-okkażjoni tal-funeral tar-Re Hussein; Frar 1999 Libanu: fejn ġie iffirmat Ftehim dwar il-Ħelsien mit-Taxxa Doppja. Saru ukoll diskussjonijiet ma` l-għola Awtoritajiet Lebaniżi. Sirja: diskussjonijiet ma` l-għola Awtoritajiet Sirjani. Eġittu: fejn ġew iffirmati Ftehim dwar il-ħelsien mit-Taxxa Doppja; Ftehim li jinkorraġixxi u jipproteġi l-Investiment; Programm dwar Kooperazzjoni Kulturali, Tekniku u Xjentifiku għas-snin 1999-2001. Saru ukoll diskussjonijiet ma` l-għola Awtoritajiet Eġizzjani. Ġiet organiżżata wkoll Missjoni Kummerċjali mill-Organiżżazzjoni Maltija għall-Kummerċ barrani (METCO) fejn rappreżentanti ta` kumpaniji Maltin ħadu din l-opportunita biex iġeddu rabtiet kummerċjali tagħhom fl-Eġittu. Tuneżija: fl-okkażjoni ta` l-ewwel Sessjoni tal-Kummissjoni Mħallta Malta/Tuneżija dwar Turiżmu. April 1999 Libja: fl-okkażjoni ta` l-estradizzjoni taż-żewġ Libjani in-konnessjoni mat-titjira tal-PAN AM fuq Lockerbie. Libanu: fejn saru diskussjonijiet dwar Ftehim li jirregola Trasport bl-Ajru bejn Malta u l-Libanu. Mejju 1999 Libja: fejn saru diskussjonijiet bilaterali.
Leg 9 PQ #8258 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Afrika ta' Fuq — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f'pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija numru 8257.
Leg 9 PQ #8259 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Pajjiżi Asjatiċi — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f'pajjiżi Asjatiċi mill-5 ta' Settembru 'l hawn Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Skond l-informazzjoni li għandu il-Ministeru tiegħi mill-5 ta` Settembru `l hawn id-delegazzjonijiet li marru f`pajjiżi Asjatiċi kienu tnejn. It-tnejn li huma kienu fiċ-Ċina. Waqt dawn iż-żjarat ġew diskussi meżżi ta` koperazzjoni fil-qasam taż-żagħżagħ u l-isports. Saru ukoll diskussjonijiet dwar il-qasam ta` l-ambjent u kostruzzjoni. L-ewwel waħda saret f`Jannar 1999 waqt li t-tieni waħda saret f`April 1999.
Leg 9 PQ #8260 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gvern Libjan — Protokoll finanzjarju

Question

B'riferenza għall-protokoll ta' koperazzjoni fl-oqsma tal-biedja u sajd bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan iffirmat is-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid xi proposti saru mill-Gvern Malti lill-Gvern Libjan sabiex apparti mix-xogħlijiet ta' manutenzjoni u bini ta' trawlers tas-sajd, jinfetħu fabbriki f'Malta li jipproduċu aċċessorji eċċ meħtieġa għal dawn l-industriji hekk kbar f'Malta u l-Libja? Meta saru dawn il-proposti u f'liema stadju waslu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #8275 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti bħaz-zokkor, trab tal-ħalib, eċċ li jekk l-industrija lokali timpurtahom mill-pajjiżi membri ta' l-UE tirċievi sussidju fuq kull tunnellata għaliex Malta mhix membru sħiħ ta' l-UE? X'se jiġri jekk Malta tkun membru sħiħ u l-industrija titlef dawn is-sussidji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #8276 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trab tal-ħalib — Importazzjoni

Question

Peress li prodotti bħat-trab tal-ħalib li minnu jsiru ġobnijiet, ħelu, eċċ huwa sussidjat b'madwar 795 sterlina t-tunnellata meta mpurtat mill-industrija lokali mill-pajjiżi membri ta' l-UE, dan ifisser li jekk Malta ssir membru sħiħ l-industrija lokali titlef dan l-inċentiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #8250 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tal-Kmand — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat ġdid inxtara sabiex jitkomplew ix-xogħlijiet fuq serer speċjalizzati f'Tal-Kmand u sabiex jitkomplew il-laboratorji speċjalizzati fil-Biċċerija? Kemm sewa dan l-apparat u meta se jibda jħalli l-frott?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'din is-sena nxtraw/qed jinxtraw (b'tender) Fume Cupboard, Electric Balance, Fluorescent Detector for HPLC, PH Balance u Worktops speċjalizzati għall-Laboratorju l-ġdid fil-Biċċerija. Dan l-appart huwa mistenni li jiswa madwar Lm25,000. Din is-sena wkoll nxtraw 3 'screen houses' u 'shade house' għal tal-Kmand Micropropagation Centre, Lija b' valur totali ta' ITL 163,000,000. Dawn mistennija jibdew jintużaw aktar tard din is-sena.
Leg 9 PQ #8251 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Ħsarat bil-maltemp

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bdiewa li rrapportaw ħsarat kawżati mill-maltemp tax-xitwa li għaddiet għadhom ma ngħataw ebda kumpens? Kemm kien fil-fatt in-numru ta' bdiewa li talbu kumpens?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għad-domanda numru 8116.
Leg 9 PQ #8252 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' faċilitajiet sportivi li l-gvern, permezz tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, jikri lill-għaqdiet, clubs, organizzazzjonijiet, eċċ? Fejn huma, lokal lokal, dawn il-faċilitajiet? Kemm titħallas kera fis-sena faċilita' faċilita' u x'tip ta' faċilitajiet huma? Kemm minn dawn il-faċilitajiet għaddew lill-għaqdiet sportivi b'riżoluzzjoni parlamentari u meta?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, print out li turi l-faċilitajiet sportivi li l-Gvern jikri lill-organizzazzjonijiet sportivi. 23 minn dawn il-faċilitajiet ġew mgħoddija lill-organizzazzjonijiet sportivi permezz ta' Riżuluzzjoni tal-Parlament li kienet saret f'Ottubru 1997.

San Pawl il-Baħar — Triq San George - T oroq

Question

Peress li Triq San George, San Pawl il-Baħar, ilha maqlugħa xhur u naturalment qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex isiru immedjatament ix-xogħlijiet pendenti f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-dipartiment tat-Toroq kellu jistenna aktar minn normal biex din it-triq tkun tista titlesta minħabba problemi ta` `wash outs` mill-W.S.C. li minħabba fihom ma` setax isir ix-xogħol ta` `connections` għad-djar. Wara li dawn il-problemi ġew solvuti x-xogħol l-ieħor tkompla, u fil-fatt it-triq diġa nfetħet.
Leg 9 PQ #8254 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Triq San George - xogħlijiet

Question

Peress li Triq San George f'San Pawl il-Baħar ilha maqlugħa xhur u qed tikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti ta' l-inħawi, jista' l-Ministru jinvestiga u jieħu l-passi sabiex jirrimedja b'soluzzjoni immedjatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #8256 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Delegazzjonijiet Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f`seduta oħra.

Persuni għamja — Guide dogs

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħarġu persuni għomja bil-guide dogs mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'eta' għandhom u kemm qed iħalli frott dan il-pass? Kemm intnefqu flus għal dan it-taħriġ u kemm hemm flus allokati għal dan it-taħriġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bil-għan illi jiġu mħarrġa klieb gwida għall-persuni għomja fil-gżejjer Maltin u Għawdxin, f'Ġunju ta' l-1997 twaqqfet il-Fondazzjoni ta' Klieb Gwida u Servizzi għall-Persuni Neqsin mid-Dawl. Din il-Fondazzjoni ġiet imwaqqfa bi statut u identita' legali awtonoma. Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienet ivvutat is-somma ta' Lm8,000 bħala 'seed money', liema somma kienet ser tkun ħlas ta' darba. Il-Kummissjoni tat ukoll l-għajnuna tagħha sabiex il-Fondazzjoni tissottometti 'project proposal' lill-NGO Project Selection Committee, biex issir talba għal fondi tal-Gvern, kif jagħmlu għaqdiet u fondazzjonijiet oħrajn. Sfortunatament, sa fejn taf il-Kummissjoni, l-ebda għaqda ta' persuni għomja lokali, jew internazzjonali, m'offriet sapport finanzjarju għal dan il-proġett siewi. Preżentament, il-Bord ta' din il-Fondazzjoni huwa magħmul mis-sinjuri: ISEM U KUNJOM RAPPREŻENT/A TA' Lilian Miceli Farrugia Guide-Dogs and Services for the Blind Foundation (Malta) Joseph Zammit Tabona (Teżorier) Guide-Dogs and Services for the Blind Foundation (Malta) Alfred Sant Fournier (Segretarju)Guide-Dogs and Services for the Blind Foundation (Malta) Sylvia Zrinzo (President) nominata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' Ramon Borg Bartolo nominat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' Charles F Borg nominat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' Waldemar Beck Malta Society of the Visually Impaired Andrew Camilleri Torball Blind Association Epifanio Vella Retinitis Pigmentosa Association Raymond Chircop (co-opted) Lions' Club (Sliema) Leon Hornsby (co-opted) International Federation of Guide Dog Schools for the blind F'Jannar 1999 il-Kummissjoni rċeviet rapport mingħand il-President ta' din il-Fondazzjoni fejn ġejna nfurmati li s-somma ta' Lm8,000 ġiet depożitata f'bank lokali biex, fi żmien opportun, il-flus jintużaw għal l-għan hawn fuq imsemmi. Billi, kif diġa' ntqal, din il-Fondazzjoni għandha identita' distinta u awtonoma mill-Kummissjoni, mistoqsijiet li jirrigwardjaw it-tmexxija u s-servizzi offruti minnha għandhom jiġu ndirizzati diretti lejn il-President, jew is-Segretarju ta' l-istess Fondazzjoni c/o iċ-Ċentru Ħidma Soċjali, Sta. Venera HMR 18. 20.7.99