Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8570 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Vjal il-Ħaddiem - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8085, Seduta Numru 128, dwar dawl (street lighting) fi Vjal il-Ħaddiem, Rabat, Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa għidt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 3381 dwar l-istess suġġett, it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra. Tajjeb jingħad li għalkemm f'dawn l-aħħar 9 xhur l-istallazzjoni ta' dwal ġodda żdiedet sostanzjalment, xorta waħda fadal numru ta' talbiet pendenti, fosthom it-triq li għaliha qed issir riferenza. Huwa l-għan tal-Korporazzjoni Enemalta li tnaqqas dawn it-talbiet pendenti.
Leg 9 PQ #8848 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Industrial Estate

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8105, jista' l-Ministru jgħid meta beda l-eżerċizzju u meta huwa maħsub li jispiċċa? Kemm hu mistenni jiswa flus dan l-eżerċizzju u jekk huwa l-każ, kemm intnefqu s'issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-eżerċizzju biex jiġu identifikati siti ġodda għall-iżvilupp industrijali huwa waħda mill-funzjonijiet normali u kontinwa ta' l-M.D.C. Bla dubju ta' xejn mhix ħaġa faċli li jinstabu siti li jkunu proprjeta' tal-gvern u li jkunu jissodisfaw il-kriterji ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar, inkluż li jkun f'żoni industrijali u mhux barra l-iskemi indikati fil-pjan ta' struttura. Għar-raġunijiet li semmejt aktar 'l fuq, mhux il-każ li f'dan l-istadju wieħed jagħti aktar dettalji.
Leg 9 PQ #8849 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ajruplani RJ70's

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-RJ70's kienu żdidulhom 12-il seat sabiex flok 70 persuna jesgħu 82 persuna? Min kien għamel dawn ir-rakkomandazzjonijiet u min approvahom? Kemm-il complaint ġiet reġistrata dwar nuqqas ta' kwalita' bl-RJ70's?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-'seat pitch' u l-'configuration', li minnhom jiddependi t-total ta' postijiet fuq kull ajruplan, ikunu deċiżi, fil-limiti permessi mit-tip ta' ajruplan li jkun, wara studju li jikkunsidra, fost affarijiet oħra, ir-rotot li fuqhom ikun mistenni li jintuża, it-traffiku mistenni, l-operating costs ta' l-ajruplan u l-profitabilita. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jifhem i d-deċiżjonijeit ta' din ix-xorta jeħodhom il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija fuq rakkomandazzjonijiet tad-dipartimenti konċernati u wara konsultazzjoni li tista tkun meħtieġa. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ikun aħjar jekk l-Onorevoli Membru jgħid b'mod aktar ċar xi jrid ifisser bil-kliem 'nuqqas ta' kwalita'.
Leg 9 PQ #8850 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Garaxxijiet/faċilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8104 - Seduta Nru. 131?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' talbiet ta' din ix-xorta li għandhom pendenti quddiemhom kemm l-IPSE kif ukoll l-MDC huwa kbir wisq biex tista' tinstab art pubblika sabiex jiġi akkomodat. Għalkemm l-MDC qed tagħmel kull sforz biex tiġi identifikata art ġdida għal dan l-iskop, il-proċess huwa pjuttost twil. Pero', sadanittant, minħabba li dawn l-intrapriżi fil-maġġoranza tagħhom jaqgħu taħt l-IPSE, dawn ikunu jistgħu japplikaw għall-assistenza speċifika li ser tingħata mill-IPSE taħt l-iskemi li niedid.
Leg 9 PQ #8562 Sitting 146 1999-09-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Kampanja — Tneħħija ta' tankijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tankijiet mill-kampanja li tneħħew bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena? Minn fejn tneħħew u meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jżommx records ta' kemm tneħħew tankijiet minn fuq il-ħitan tas-sejjieħ. Id-dipartiment normalment jillimita ruħu li jikkuntattja lis-sid ta' l-art u javżah biex ineħħi t-tankijiet hu stess. Is-sidien, fil-maġġoranza kbira tagħhom, jikkollaboraw. Ġieli jkunu Kunsilli Lokali li jneħħu t-tankijiet u wara li jiġbruhom f'post wieħed u jikkuntattjaw id-dipartiment, id-dipartiment għandu arranġamenti ma' kuntrattur li jneħħi t-tankijiet u jirriċiklahom. dan sar f'lokalitajiet bħal Ħal Luqa, Mġarr, Fgura, Mosta, Siġġiewi, Qrendi u Żurrieq.
Leg 9 PQ #8563 Sitting 146 1999-09-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Titjiriet lejn il-Libja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' titjiriet li l-Air Malta għamlet lejn il-Libja f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kemm hu n-numru ta' passiġġieri li wżaw dan is-servizz? X'diskussjonijiet qed ikollha l-Air Malta għal titjiriet aktar bejn Malta u l-Libja u/jew titjiriet oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn mindu reġgħu bdew it-titjiriet lejn il-Libja sa l-aħħar ta' Ġunju, l-Air Malta għamlet 118-il round għal Tripli u Benghasi. Matul dawn il-vjaġġi l-kumpanija ġarret 21,123 passiġġier. Ma naħsibx li jkun fl-aħjar interess kummerċjali tal-kumpanija li f'dan l-istadju nagħti iżjed dettalji.
Leg 9 PQ #8564 Sitting 146 1999-09-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8093, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-114 pedestrians li ttajru kienu tfal taħt l-10 snin, bejn l-10 u l-14-il sena u kemm kienu anzjani? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet qed jiġu trattati quddiem il-qrati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-114 pedestrians li ttajru, in-numru ta' tfal taħt l-10 snin kien ta' 11, dawk bejn l-10 u l-14 il-sena kien ta' 9, filwaqt li n-numru ta' anzjani minn 60 sena 'l fuq kien ta' 23. Ninsab infurmat ukoll li mill-114 każ, 30 minnhom qed jiġu trattati quddiem il-Qorti. 28.09.99
Leg 9 PQ #8565 Sitting 146 1999-09-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Hut — Hut esportat

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8091?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-valuri fi flus ta' ħut esportat bejn Jannar u Mejju għal kull sena 1997, 1998 1999 huma: Jan-May 1997 Lm155,803 1998 Lm136,658 Din is-sena sa l'aħħar ta' Gunju ġie esportat b'kemm jiswew Lm162,074 ħut.

Ministeru tat-Trasport — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8090?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- Mistoqsija Parlamentari Nru. 8217.

Rabat — Bypass - Xogħlijiet

Question

B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tar-Rabat sabiex il-Bypass ta' l-Imtarfa tingħata t-tarmac u d-diversi interpellanzi tiegħi u t-tweġibiet tal-Ministru f'dawn l-aħħar għaxar xhur, jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi, cioe' meta se ssir "side way" għall-pedestrians sabiex ikollhom aċċess biex jippassiġġjaw u meta se tingħata t-tarmac li jiena f'isem ir-residenti ta' l-Imtarfa tlabt kemm-il darba?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħala parti mix-xogħol biex din it-triq li kienet mibnija ħażin mill-bidu nett li saret, id-Dipartiment ser jieħu l-passi biex wara li jitlesta x-xogħol fid-direzzjoni Rabat Ta` Qali, isir ukoll ix-xogħol fid-direzzjoni l-oħra.
Leg 9 PQ #8547 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet tal-Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li ġew rikoverati wara li għamlu l-operazzjoni tal-bypass tal-qalb bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull pazjent operat għall-bypass jiġi rikoverat. Bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Mejju 1999, 123 pazjent għamlu operazzjoni tal-bypass tal-qalb. Jekk din mhix l-informazzjoni li jrid l-Onor. Interpellant jagħmilli domanda oħra.
Leg 9 PQ #8557 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni ta' patata

Question

Peress li jirriżulta li bejn is-7 u s-26 ta' Mejju l-prezz tal-patata kien 4.99 Guilder kull 2 kilos, jista' l-Ministru jinfurmana kemm kien l-overprice fuq l-ewwel 3,000 Alpha? Jikkonferma l-Ministru li l-ewwel 3,000 tunnellata bikrija għandhom prezz minimu garantit ta' 30.60 Guilder? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz garantit fuq l-ewwel 3,000 tal-kuntratt preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minn din il-mistoqsija jidher ċar li l-Onor. Interpellant għadu ma fiehmx kif isir in-negozju tal-patata. Wieħed ma jistagħx jikwota prezz tal-patata bl-imnut għand tal-ħanut jew bejjiegħ fit-triq tad-'delicatessen'. Il-parti l-kbira tal-patata ta' Malta tinbiegħ mis-supermarkets tad-ditta Albert Heijn fl-Olanda. L-overprice jiġi kkalkulat fl-aħħar tal-istaġun wara li tinbiegħ il-patata kollha. Dan ifisser li minnkejja li jista' jkun hemm overprice fuq il-patata bikrija dan jittiekel minn dik imwaħħra, u dan iżjed w iżjed meta wieħed ifakkar li l-kuntratt li kien għamel l-Onor. Interpellant dwar l-esportazzjoni tal-patata Alpha jistipula l-prezz ta' ftit anqas minn żewġ terzi ta' guilder wieħed għal kull kilo fuq l-aħħar lott mibjugħ. Għaldaqstant kien għaqli li l-kuntratt tas-Sante' jinżamm separat minn dak ta' l-Alpha.
Leg 9 PQ #8558 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MAC — Fingerlings

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħut fingerlings minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena fl-MAC?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-MAC mhuwiex parti minn dan id-Dipartiment. L-NAC din is-sena għamel ċiklu wieħed ta' produzzjoni bi produzzjoni ta'90,000 fingerling li nbiegħu. Barra minn hekk ipproduċa 16,000 fingerling ieħor sabiex issir riċerka fuqhom ta' ikel ġdid għaliex bħalissa ir-riċerka hija l-għan prinċipali taċ-ċentru.
Leg 9 PQ #8559 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni ta' patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż tat-trasport fuq l-ewwel 471 tunnellata ta' patata esportata din is-sena? Kemm kienu l-ispejjeż fuq l-ewwel 471 tunnellata ta' patata fl-istaġun tas-sena l-oħra u tas-sena 1997?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8560 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema ta' Kalaxlokk, matul dawn l-aħħar għaxar xhur, ma ngħatawx ix-xogħol għat-tkomplija tar-riabilitazzjoni ta' Chadwick Lakes? Ma jħossx il-Ministru li meta dawn il-ħaddiema li diġa' għandhom l-esperjenza għaliex ħadmu l-ewwel fażi ta' dan il-proġett u l-fatt li l-gvern ma kellux proġetti alternattivi għalihom matul dawn l-aħħar għaxar xhur, kienu aħjar li kieku tħallew ikomplu bil-ħidma tagħhom? Ma jħossx il-Ministru li dan il-proġett kellu jieħu dehra aħjar flok spiċċa abbandunat matul dawn l-aħħar għaxar xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li għalih qed issir referenza mhuwiex responsabbilta tal-Ministeru tiegħi, iżda jaqa' taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru taż l-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #8561 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru ta' ħitan ta' sejjieħ saru bejn Jannar u Ġunju? Fejn saru? Meta saru? Kemm minn dawn il-ħitan saru fl-għelieqi tal-bdiewa? Jista' l-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet li kienu bdew fit-triq prinċipali tal-Baħrija, l/o Rabat matul l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn Jannar sa Ġunju ħaddiema tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent bnew 2500 metri ħajt tas-sejjieħ. Dawn saru kif jidher hawn taħt: Rabat 333m Jannar - April Santa Luċija 95m Jannar Żejtun (Tarxien Road) 869m Jannar u x-xogħol għadu għaddej Żejtun (San Tumas) 100m Jannar - April Żurrieq 30m Jannar Mosta 23m Jannar - Frar Mosta Santa Margherita 145m Jannar - Frar Marsascala 35m Mejju Paola (Ħal-Saflieni) 160m Jannar - Ġunju San Ġwann (Wied Għomor) 257m Marzu u x-xogħol għadu għaddej Kalkara 7m Ġunju Il-Belt (Jum l-Ambjent) 65m Ġunju Madliena 424m Frar - Ġunju Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-ħitan kienu fl-għelieqi. Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qatt ma kien involut f'xogħlijiet il-Baħrija, l/o Rabat.
Leg 9 PQ #7421 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Reservoirs ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7056?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond ir-rekords tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, f'Mlata hemm 150 ġibjun ta' l-ilma tax-xita li bejniethom jesgħu madwar 350 miljun gallun ilma. In-numru ta' ġibjuni ma jinkludix il-ġibjuni li hemm fil-Belt, il-Floriana, l-Isla, l-Birgu u l-Kalkara. Il-maġġoranza ta' dawn il-ġibjuni jintużaw mis-settur agrikolu. Bosta minn dawn il-ġibjuni huma mgħottija u għad iridu jiġu spezzjonati biex isir kalkolu tax-xogħol ta' tindif u manutenzjoni meħtieġa. Bħalissa m'hemmx fondi vvutati biex jitwettaq programm ta' manutenzjoni tal-ġibjuni.
Leg 9 PQ #8541 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Serer speċjalizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru bejn Jannar u Ġunju fuq il-proġett tas-serer speċjalizzati? Kemm kienet in-nefqa nvoluta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn Jannar u Ġunju tkompla x-xogħol fuq is-serra tal-ħġieġ biex din tkun tista' tiġi użata kif fil-fatt hi. Nxtraw il-ħtiġijiet sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir. Intant sar xogħol ieħor sabiex jinġieb l-apparat għas-serer il-ġodda u jibda x-xogħol tal-fondazzjoni. Bejn Jannar u Ġunju saru pagamenti li jammontaw għal Lm2,500.
Leg 9 PQ #8542 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni ta' ħxejjex

Question

Jista' l-Ministru jinformana għaliex mill-5 ta' Settembru 'l hawn qatt ma laqqa' lill-bdiewa li kienu bdew jesportaw il-ħxejjex lejn l-Ingilterra? Jista' l-Ministru jinformana jekk id-dipartiment żammx kuntatt mal-kumpannija preċedenti u jew żviluppax arranġamenti ġodda ma' kumpannija oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari numru 7953 fejn għidt hekk: 1. L-ewwel ħaġa ma kien hemm ebda kuntratt bil-miktub mal-importatur fl-Ingilterra. It-tieni ħaġa ġie kkritikat il-fatt li biex jiġi moħbi l-fjask ta' dan l-attentat ittieħdu l-flus mill fond ta' l-esportazzjoni tal-patata. It-tielet ħaġa ma kien hemm ebda talba minn naħa tal-bdiewa sabiex niltaqa' magħhom. 2. Jidher ċar li l-bdiewa ma huma bl-ebda mod interessati li jerġa' jkollhom dik id-disfatta li kellhom, meta ġew imbuttati f'dik l-avventura li kellhom jagħmlu tajjeb għalija minn buthom. 3. Ma nistax nifhem kif l-Onor. Interpellant jibqa jipprova jiġbor ġieħu tad-disfatta kbira li kien għamel billi joqgħod jagħmel ħafna domandi u stqarrijiet fejn jinsa jsemmi illi: - Kellu jieħu Lm13,500 minn flus il-bdiewa li kabbru l-patata biex taffa naqra minn dan il-fjask - Kellu jieħu Ln8,000 minn flus li suppost tħallsu bħala kumpens għal ħsara li saret bil-maltemp. 4. Dan minbarra n-nuqqas ta' organizzazzjoni li wasslet għal din id-disfatta, fosthom illi l-ħaxix twassal fl-Ingilterra fi stat ħazin u bi presentazzjoni agħar. Biż-żejjed infakkru li kienu ntużaw kaxex bil-logo ta' l-Air Malta.
Leg 9 PQ #8543 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Hands on farming — Annimali/tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-annimali għall-programm "Hands on Farming"? X'tip ta' annimali u tjur żdiedu? Kemm inxtraw annimali u tjur u kemm ingħataw b'donazzjoni? Kemm kien in-numru ta' tfal li attendew għal dan il-programm bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena żdiedu dawn l-annimali ġewwa l-farm tal-Gvern, fl-Għammieri: - Tiġieġ tar-razza 'Maltese Black' li nxtraw minn sors lokali. - Felu u mor tal-ħmara u 'Shetland pony' rispettivament li twieldu l-Għammieri. - Ferħ taċ-ċerva li twieled l-Għammieri. Iċ-ċriev m'humiex tal-Gvern iżda qed jinżammu għall-wiri. - Għotija ta' 19 -il fenek mingħand Andrews Feeds. - Xiri ta' 62 fniek għar-razza minn sorsi lokali. - Id-Dipartiment qed ukoll iżomm ammont ta' għasafar eżotiċi ġewwa guva għall-wiri - 16 'parrotlike', 24 'finches', 11 'doves', 2'softbills'. In-numru ta' tfal li attendew il-programm bejn Jannar u Ġunju 1999 kien ta' 2,425.