Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8902 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti b'xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8112?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar 1994 ġew ammessi fl-isptar San Luqa 600 każ minħabba f'xorb eċċessiv. Il-każijiet jinkludu tlett kategoriji: 1. Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkoħol (ICD-9 code 303; ICD-10 code F10.2) 2. Intossikazzjoni kkawżata mill-alkoħol iżda l-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-9 code 305.0; ICD-10 code F10.0) 3. Mard tal-fwied attribwit għall-alkoħol (ICD-9 codes 571.0 - 571.3; ICD-10 code K70) __________________________________________ _______________________ Eta' 0-14 15-24 25-34 35-44 45-54 55-64 65-74 75-84 85 - Total (snin) ___________________________________ ______________________________ Numru 10 66 69 154 145 77 41 5 33 600 _____________________________________________ ____________________ Qabel l-1994 l-istatistika ma kenitx tinġabar fil-format mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #8903 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti b'food poisoning

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8113 u jżid l-informazzjoni għax-xahar ta' Ġunju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant illi n-numru ta' pazjenti li daħlu l-Isptar San Luqa mill-1 ta' Jannar 1999 kaġun ta' avvelenar ta' l-ikel huwa ta' 17. Minn erbatax (14)-il pazjent ġie isolat il-mikrobu Salmonella u minn tlett (3) pazjenti ġie kultivat il-mikrobu Campylobacter. It-Taqsima Tħaris tal-mard f'kull każ li ġie rappurtat ħadet il-passi kollha neċessarji li jinkludu investigazzjoni tal-każ, testijiet tal-ippurgar, contact tracing, u spezzjonijiet fejn meħtieġ.
Leg 9 PQ #8904 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' food poisoning

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' food poisoning li ġew rapportati f'Ġunju fid-Dipartiment tas-Saħħa f'polikliniċi u fl-Isptar San Luqa rriżultaw li kienu kawża ta' tonn inferjuri li kien hawn fis-suq lokali? X'passi ħa d-Dipartiment tas-Saħħa u x'konsultazzjoni saret mad-Dipartiment tas-Sajd?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew innotifikati żewġ każi fl-istess familja ta` scombrotoxin food poisoning f'Ġunju li setgħu kienu relatati ma` bejgħ ta` ħut inferjuri. Uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jagħmlu spezzjonijiet regolari fi swieq pubbliċi u ħwienet fejn jinbiegħ il-ħut frisk u jittieħdu kampjuni ta` tonn sabiex jiġi analizzat il-livell ta` histamina fil-ħut. Rigward l-aħħar parti ta` domanda, qed isiru diskussjonijiet bejn id-Diparitment tas-Saħħa u d-dipartiment tas-Sajd sabiex tistab l-aħjar sistema kif ġej analizzat il-livell ta` histamina fit-tonn hekk kif dan il-ħut jasal il-pixkerija.
Leg 9 PQ #8905 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Baħrija — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali tal-Baħrija teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward bini ta' ħitan tas-sejjieħ, dan jiġi kunsidrat fl-isfond ta' prijoritajiet oħra meta jiġu appuntati numru ta' rubble wall builders aktar tard din is-sena. Billi t-triq imsemmija hija meqjusa bħala mhux triq Urbana (Non Urban Road) din taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Rigward l-asfaltar nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9006 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mtaħleb — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali ta' l-Imtaħleb teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8905 (Seduta Nru 150).
Leg 9 PQ #9007 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Landrijiet — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali tal-Landrijiet teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8905 (Seduta 150).
Leg 9 PQ #8857 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Uffiċjali tal-UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu jew se jkunu l-uffiċjali ta' l-UE li se jiltaqgħu mal-koperattivi tal-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin? Meta saru u/jew se jsiru dawn il-laqgħat? X'regolamenti jridu jaddottaw il-koperattivi sabiex ikunu konformi mar-regoli u l-liġijiet ta' l-Unjoni, settur b'settur? Jista' l-Ministru jpoġġi r-regoli li tqassmu u/jew ġew diskussi mal-koperattivi f'dawn il-laqgħat li saru u li se jsiru?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Unjoni Ewropea qegħda dejjem issaħħaħ l-għaqdiet tal-produtturi fl-oqsma tal-Biedja u tas-Sajd. Għaldaqstant ġew stabbiliti kriterji sabiex dawn l-għaqdiet jiġu rikonoxxuti u l-formazzjoni tagħhom mħajjra. Il-Ministeru qed jieħu ħsieb sabiex jifformola l-qafas legali dwar dawn l-għaqdiet. Sa issa ma saru ebda laqgħat uffiċjali tal-UE dwar dan il-proċess.
Leg 9 PQ #8858 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Uffiċjal tal-UE

Question

Jista' l-Ministru jinformani min kien l-uffiċjal ta' l-UE li ltaqa' mal-koperattivi tas-sajjieda Maltin? Meta saru l-laqgħat, x'ġie diskuss u x'regolamenti ngħataw il-koperattivi tas-sajjieda sabiex dawn ikunu mgħarrfa bis-sistemi l-ġodda li pajjiżna jrid jaddotta ta' sħubija sħiħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Koperattivi tas-Sajjieda Maltin ma ġew ippreżentati lill-ebda uffiċjal tal-Unjoni Ewropeja iżda ġew imlaqqa ma żewġ konsulenti Taljani li qegħdin jistudjaw is-swieq tal-ħut. Ma ġew mogħtija l-ebda direttivi lis-sajjieda Maltin iżda żgur wasal iż-żmien li norganiżżaw aħjar is-suq tal-ħut Malti.
Leg 9 PQ #8859 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Protokoll bejn Malta u l-Libja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8098 u l-laqgħat tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja, jista'l-Ministru jaġġornani x'sar u meta f'dawn il-laqgħat ta' bejn iż-żewġ pajjiżi ġie diskuss dan il-protokoll? Xi proposti kien hemm u x'mistenni jiżviluppa fil-ġejjieni bejn iż-żewġ pajjiżi f'dawn is-setturi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #8860 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Protokoll ta' koperazzjoni

Question

B'riferenza għall-protokoll ta' koperazzjoni bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd u l-istitut agronomiku ta' Bari ffirmat taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li saru u ċioe' meta se jiġi mġedded dan il-protokoll? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim ta' koperazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fis-6 t'Ottubru 1998, ġie iffirmat protokoll ta' koperazzjoni ġdid bejn bejn il-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd u l-Istitut Agronomiku tal-Mediterran tal-ICAMAS f'Bari. Qed impoġġi kopja ta' dan il-protokoll fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #8861 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Transit visa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li ngħataw transit visa bejn Jannar u Ġunju, 1999? X'nazzjonalita' kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija ħarġet 6,298 transit visa. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika tan-nazzjonalita` tal-persuni li jingħataw din it-tip ta' visa. 05.10.99
Leg 9 PQ #8862 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sejħa saret lill-Forzi Armati ta' Malta sabiex jassistu għas-salvataġġ/għajnuna lis-sajjieda u sidien ta' opri tal-baħar bejn Jannar u Ġunju, 1999, xahar b'xahar? X'qed tipprogramma l-Armata sabiex tkun aktar effiċjenti għal dan f'dan it-tip ta' servizz fuq il-baħar sabiex tipproteġi mill-periklu lil dawn fil-bżonn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' sejħiet għal assistenza mill-Forzi Armati minn sajjieda u sidien ta' opri tal-baħar matul il-perjodu bejn Jannar u Ġunju 1999 kienu kif gej: Jannar 15 Frar 29 Marzu 28 April 25 Mejju 23 Ġunju 25 Matul l-aħħar snin sar titjib sostanzjali fis-servizz ta' salvataġġ fuq il-baħar provdut mill-Forzi Armati. Minkejja dan, qegħdin isiru sforzi sabiex is-servizz ikompli jitjieb. Minbarra ż-żewġ SAR Boats ġodda li l-Forzi Armati akkwistaw dan l-aħħar, bħalissa qegħdin isiru arranġamenti biex jinxtara apparat Global Maritime Distress and Safety System biex jiġi nstallat fuq numru ta' Patrol Boats u fl-Operations Centre tal-Forzi Armati. Permezz ta dan l-apparat, għandhom jitjiebu l-mezzi ta' kommunikazzjoni kif ukoll tingħata għajnuna aktar f'waqtha. Il-metodi użati mill-iskwadri Marittima u ta' l-Ajru f'dan il-qasam jiġu kontinwament reveduti sabiex ikunu dejjem addattati għat-tip ta' xogħol konness ma salvataġġ u għajnuna lis-sajjieda u sidien ta'opri tal-baħar.

Kumpanniji privati — Ħarsien fuq is-saħħa tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rakkomandazzjonijiet li saru mid-dipartiment sabiex kumpanniji privati jħarsu s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena? Kemm saru spezzjonijiet sabiex ikun assigurat li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu attwati u meta huwa pprogrammat li dawn il-kumpanniji jiffinalizzaw dawn it-talbiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol għamlet is-segwenti spezzjonijiet fil-perjodu msemmi f'postijiet tax-xogħol immexxija mill-privat. Qed jiġi muri wkoll in-numru ta' "follow-up inspections" tul l-istess perjodu. XAHAR SPEZZJONIJIET "FOLLOW-UP INSPECTIONS" Jannar 65 1 Frar 64 1 Marzu 39 10 April 47 3 Mejju 49 9 Ġunju 19 2 Spettur tas-Saħħa u Sigurta' fuq ix-Xogħol jista' jagħmel kemm rakkomandazzjonijiet verbali, kif ukoll bil-miktub. Fil-fatt il-maġġor parti ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet isiru waqt il-ħin tal-ispezzjoni, u allura ma tinżammx statistika dwar in-numru totali ta' rakkomandazzjonijiet li jsiru. Il-perjodu indikat minn Spettur biex fiħ isiru dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru, jvarja ħafna. Jingħataw rakkomandazzjonijiet li jkunu jesiġu implimentazzjoni mmedjata, iżda jingħataw oħrajn li jkunu jeħtieġu "time frame" itwal, bħal per eżempju rigward bdil ta' apparat jew inġenji, l-introduzzjoni ta' sistemi ta' inġineriji (eż. ventilazzjoni ecc.). 4.10.99

Impjiegi — Ħaddiema li weġġgħu fuq ix-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema rrapportati li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu rġiel, nisa u żgħażagħ taħt il-35 sena? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn Jannar u Ġunju tal-1999 id-Dipartiment irċieva talba minn 2,447 persuni li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol għal benefiċċju tal-korriment. FUQ IL-35 SENA IRĠIEL NISA TOTAL 1,209 85 1,294 TAĦT IL-35 SENA IRĠIEL NISA TOTAL 988 165 1,153 Fil-perjodu msemmi mietu ħames persuni wara inċidenti li ġraw fuq ix-xogħol. 4.10.99
Leg 9 PQ #8853 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' serq

Question

B'riferenza għat-3,118 serqa rapportati lill-pulizija bejn Jannar u Mejju, jista' l-Ministru jagħti l-figuri għax-xahar ta' Ġunju? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dan in-numru xahar b'xahar? Kemm hu n-numru ta' persuni li l-pulizija tellgħet il-Qorti konnessi ma' dawn is-serqiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta' tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant. 04.10.99

Fabbriki — Ħaddiema bis-sensja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki li ssensjaw ħaddiema bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena? Kemm fil-fatt issensjaw ħaddiema xahar b'xahar u f'liema xogħlijiet/skills? Kemm minn dawn il-ħaddiema ssensjati sabu mpjieg mill-ġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) In-numru ta' fabbriki li ssensjaw ħaddiema bejn Jannar u Ġunju kien ta' 130. b) Is-sensji xahar b'xahar kienu kif ġej: Jannar 49 Frar 43 Marzu 46 April 124 Mejju 110 Ġunju 18 TOTAL 390 c) Ix-xogħolijiet/skills li dawn il-ħaddiema kellhom kien kif ġej: Senior Officials and Managers 18 Professionals 7 Technicians and Associate Professionals 12 Clerks 14 Service Workers and Shop and Sales Workers 13 Craft and related trade workers 36 Machine Operators and Assemblers 190 Elementary Occupations 100 d) Mit-390 ħaddiema li ħadu s-sensja 141 sabu xogħol full-time 21 sabu xogħol part-time --- 162 TOTAL --- 4.10.99
Leg 9 PQ #8855 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn xogħol ta' tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ li jagħmel id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex il-bdiewa jtaffu l-ispejjeż li għandhom? Kemm-il metru ta' xogħol bħal dan sar bejn Jannar u Ġunju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minn Jannar sa Ġunju 1999 ma sar l-ebda xogħol ta' ħitan tas-sejjieħ għand il-bdiewa peress li l-ħaddiema kienu okkupati fuq xogħol simili tad-dipartiment stess.
Leg 9 PQ #8856 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Prodotti

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'kienu l-prezzijiet medji li daħħlu l-bdiewa prodott bi prodott għax-xhur ta' Ġunju 1998 u Ġunju 1999? X'kien id-dħul finanzjarju u l-piż ta' dawn il-prodotti għall-istess xhur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid ngħid li l-prezz medju tal-prodott kollu mdaħħal f'Ġunju 1999 (14.25c/Kg) kien ftit ogħola mill-istess prezz għas-sena 1998 (14.04c/Kg).
Leg 9 PQ #8568 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kalendarju Agrituristiku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8089 kif jispjega li neħħa l-grad ta' direttur ta' l-urban and rural landscaping li taħtu jaqa' x-xogħol u l-programm tal-kalendarju agrituristiku u issa qed jgħid li ħarġu l-applikazzjonijiet għall-post ta' uffiċjal għoli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7077.

Rabat — Vjal il-Ħaddiema - Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi tat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari numru 8084 dwar Vjal il-Ħaddiem, Rabat? Peress li dan ix-xogħol huwa urġenti, jista' l-Ministru jara li jintervjeni sabiex l-awtoritajiet konċernati ma jeħdux aktar fit-tul? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-azzjoni meħtieġa kellha titieħed mill-Kunsill Lokali biex ikun hemm sinjali `flood lightning` u `road markings` neċessarji. Jien infurmat ukoll li t-`Traffic Control Board` approva li jsir `pedestrian crossings` bil-`pelikan lights`. Dawn il-lights ikunu jistgħu jitwaħħlu iktar `il quddiem.