Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9217 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Peress li f'mistoqsijiet parlamentari numri 8122 u 8238 m'hemmx informazzjoni kemm kien l-overprice fuq il-varjeta' Alpha għall-istess perjodu, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-overprice fuq il-varjeta' Alpha bikrija?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9218 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd — Sħubija fl-UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, Sajd Akwakultura li mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn intbagħtu sabiex jiddiskutu u/jew jaġġornaw ruħhom dwar l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea? F'liema pajjiżi marru, x'kienu l-ispejjeż involuti u x'riżultati nkisbu? Meta se jkomplew d-diskussjonijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sal-lum, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, id-Direttur tal-Agrikoltura, id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji, ic-Chief Scientific Officer fid-Dipartiment tal-Agrikoltura, u d-desk officer tal-EU fil-Ministeru pparteċipaw fil-proċess ta'screening fi Brussels. Il-proċess tas-screening hu wieħed fejn jiġu eżaminati r-regolamenti tal-Unjoni Ewropeja. Fil-qasam tal-agrikoltura saru biss żewġ laqgħat ta' 'screening multilateral' jiġifieri flimkien ma pajjiżi oħra applikanti. L-ispiża għall-dawn il-laqgħat kienet ta' Lm5,393.42. F'Settembru huwa maħsub li jsir multilateral screening ieħor dwar l-Aġenda 2000.
Leg 9 PQ #9045 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Strasbourg — Delegat Permamento għall-UNESCO

Question

Peress li d-delegat permanenti għall-UNESCO joqgħod normalment Strasbourg fejn huwa wkoll r-rappreżentant Permanenti Malti, jista' l-Ministru jgħid bid-dettal jekk barra mis-salajru, jitħallasx mill-gvern - spejjeż ta' trasport, taxis, ospitalita' eċċ?

Response (BORG, JOE)

Ir-Rappreżentant Permanenti ta` Malta għall-Kunsill ta` l-Ewropa fi Strasbourg, li mid-19 ta` Mejju 1999 huwa ukoll Delegat Permanenti għall-UNESCO, Pariġi jitħallas salarju wieħed għaż-żewġ funzjonijiet. Rigward spejjeż, l-ambaxxati kollha għandhom Cost Centre u jiġu lilhom allokati fondi biex jitħallsu spejjeż varji konnessi ma` l-operat ta` l-ambaxxata bħalma huwa trasport, taxis, ospitalita u spejjeż oħra assoċjati ma` d-day-to-day running ta` l-ambaxxata. F`dan il-każ partikulari, mid-19 ta` Mejju sal-21 ta` Lulju 1999, saru dawn l-ispejjjeż konnessi ma` xogħol ta Trasport LM 52.08 Taxis LM 75.03 Ospitalita LM 164.25
Leg 9 PQ #9080 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ċentru Ħidma Soċjali — Phone Card

Question

Peress li fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali hemm il-phone card li tintuża minn persuni għomja bil-ħsara u minkejja li ilha tiġi rrapportata għal dawn l-aħħar ġimgħat baqgħet ma ssewwietx, jista' l-Ministru jara li jirrimedja/jikkordina dan il-bżonn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Maltacom ħadet il-passi meħtieġa biex il-ħsara msemmija tissewwa.
Leg 9 PQ #9209 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Qlejja — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet li saru fuq il-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejja mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Kemm intnefqu flus f'dawn ix-xogħlijiet u kemm saru laqgħat mad-diriġenti Taljani ta' Bari li huma l-konsultenti tal-proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 saru dawn ix-xogħolijiet fuq il-proġett ta' Wied il-Qlejgħa: F'Settembru sar tindif ġenerali u tħammil wara d-diega ta' Wied Għomor u tħammil ieħor konness mal-bini tas-slieħi li ġew irranġati. B'kollox inbnew: 171 Gabjuni ta' 2 x 1 x 1 metri 4.5 Materassi ta' 4 x 2 x .23 metri F'Ottubru kompla t-tindif u tħammil fit-tieni parti tal-proġett kif ukoll ġie mnaddaf mill ġdid l-ewwel diega li nbniet fl-ewwel parti tal-proġett li ntliet bin-naqal wara l-maltemp. F'dan ix-xahar inbnew: 23 Gabjuni 2 x 1 x 1 metri 12 Gabjuni 1.5 x 1 x 1 metri 19 Gabjuni 3 x 2 x .5 metri F'Novembru kompla t-tħammil u tindif u nbniet selħa bis-sistema tat-Terramesh. B'kollox intużaw: 24 unit ta' Terramesh 4 x 4 x 2 x .5 8 Gabjuni 2 x 1 x 1 metri F'Diċembru, Jannar u Frar ix-xogħol kellu jieqaf peress li l-inġenji ma setgħux jidħlu fil-wied. F'Marzu beda jsir xi xogħol żigħr fejn inbnew 15 il-Gabjun 2 x 1 x 1 metri. F'April spiċċa t-tender li kellu l-kuntrattur fejn bena 69 Gabjun 2 x 1 x 1 metri. F'Mejju u Ġunju ma sarx xogħol pero saru preparazzjonijiet biex tkun tista' toħroġ tender ġdida għax-xogħol li fadal. Bejn Settembru u Diċembru tneħħew mill-wied 146 trakkijiet ta'materjal. Il-ħamrija ingħatat lill-bdiewa u l-ġebel intrefa biex jerġa' jintuża. Dawn ix-xogħolijiet swew: Inġenji u fuel : Lm5,688 Gabjuni u Terramesh: Lm14,994 F'Novembru u Diċembru kien hawn żewġ delegazzjonijiet minn Bari għal diskussjonijiet dwar il-proġett.
Leg 9 PQ #9210 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Dulliegħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8239, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex ma ġiex esportat ebda dulliegħ lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea? X'kuntatti saru fil-fatt mill-5 ta' Settembru 'l hawn sabiex jiġi esportat dan il-prodott? Fejn saru, meta u x'kienu r-riżultati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma kien hemm ebda talba għall-esportazzjoni tad-dulliegħ. Intopp ewlieni għall-esportazzjoni tad-dulliegħ lejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea huwa bla dubju d-dazju li dan iħallas biex jidħol fl-Unjoni. fl-1996 Gvern Nazzjonalista kien ottjena kowta ta' dulliegħ bla dazju, iżda minnħabba li l-Gvern Laburista kien iffriża l-applikazzjoni, il-ftehim ma seħħx u n-negozjati għandhom jibdew mill-ġdid.
Leg 9 PQ #9211 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Ħawħ frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' u l-prezz ta' ħawħ frisk fil-Pitkalija ċentrali għall-istaġun tas-sena 1997, 1998 u 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ħawħ Sena Piż (Kgs) Valur (Lm) Prezz Medju 1997 552,623 181,903.74 32.92 1998 610,689 193,861.18 31.74 Peress li l-istaġun ta' din is-sena (1999) għadu ma għalaqx l-informazzjoni relattiva tingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #9212 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tal-Biedja u Sajd — Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-koperattivi tal-bdiewa, sajjieda u raħħala u produtturi sabiex il-Ministeru jinfurmahom bl-iżviluppi li qed ikollhom l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Biedja u Sajd dwar l-applikazzjoni ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Meta saru u x'rapporti tqassmu? X'kienet ir-reazzjoni tal-koperattivi għal dawn ir-rapporti u jew tagħrif?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed jitħejja programm ta' laqgħat mal-koperattivi tal-bdiewa u raħħala sabiex il-produtturi fil-qasam tal-Agrikoltura jiġu nfurmati dwar l-opportunitajiet u l-isfidi li toffri sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #9039 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Peress li l-Ministru ma weġibx parti mill-mistoqsija parlamentari numru 8122 u ċioe' ma qalx kemm kienu l-prezzijiet li ġabet il-patata ta' Malta esportata fl-ewwel erba' ġimgħat tas-suq tas-sena 96, 97 u 98, jista' l-Ministru fil-fatt jwieġeb? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-over price f'dawn l-ewwel erba' ġimgħat tas-suq ta' snin imsemmija li ġab dan il-prodott?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9040 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Delegazzjonijiet ministerjali

Question

Peress li l-Ministru fi tweġiba numru 8119 qal li ż-żjarat dejjem laħqu l-għanijiet tagħhom u dan għal ġid ukoll tal-bdiewa, raħħala u sajjied, jista' l-Ministru jgħid x'riżultati kisbu l-bdiewa, raħħala u sajjied? X'pariri ġodda ngħataw lill-bdiewa, raħħala u sajjieda u/jew il-koperattivi tagħhom b'riżultat ta' dawn id-delegazzjonijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fost ir-riżultati li nkisbu hemm: 1. Għajnuna teknika mill-Italja sabiex jiġi ppreparat pjan strateġiku għall-marketing tal-ħut li jinkludi bini ta' pixkerija ġdida. 2. Il-bejgħ tal-patata bikrija tal-varjeta' Sante' fis-swieq Ewropej. 3. Roħs fil-prezz tal-patata taż-żriegħ tal-varjeta' Alpha. Fost il-pariri li ngħataw lill-bdiewa, raħħala u sajjieda hemm: 1. L-Integrated Pest Management fis-serer. 2. Żriegħ tal-patata bikrija tal-varjeta' Sante'. 3. Tkabbir u tmiegħ ta' mgħalef aħjar għall-produzzjoni tal-ħalib. 4. Kura aħjar tat-tonn sabiex titjieb il-kwalita'. 5. It-taħwil ta' dwieli tal-varjetajiet klassiċi għall-produzzjoni tal-inbid ta' kwalita' għolja.
Leg 9 PQ #9041 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UNESCO — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema laqgħat fil-UNESCO s'issa attenda d-delegat permanenti Malti għall-UNESCO? Għaliex kien assenti fid-diversi laqgħat tal-Finance And Administration Committee meta għandu d-dover li jattendi?

Response (BORG, JOE)

B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9041 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: Min-nomina tiegħu bħala Delegat Permanenti għall-UNESCO s`issa, l-Ambaxxatur Joseph Licari attenda għal-laqgħat ta` l-Executive Board u tal-World Heritage Committee. Mhuwiex possibli - u qatt ma kien possibli - għad-Delegati ta` Malta u ta` pajjiżi tad-daqs tagħha li jattendu għal-laqgħat, kumitati, kummissjonijiet, working groups eċċ. kollha ta` l-organiżżazzjonijiet u konferenzi internazzjonali li għalihom ikunu akkreditati, speċjalment meta uħud minn dawn jiltaqgħu fl-istess ħin. Il-pratika hi - u dejjem kienet - li ambaxxaturi u kapijiet ta` delegazzjonijiet jużaw il-ġudizzju tagħhom biex jattendu għal-laqgħat li jistgħu, fejn hemm bżonn b`konsultazzjoni mal-Ministeru.
Leg 9 PQ #9042 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UNESCO — Files

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qam lill-gvern fi trasport u spejjeż oħra li saru, sabiex il-files ta' l-UNESCO li s'issa dejjem kienu fl-ambaxxata ta' Parigi ntbagħtu Strasbourg?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-files tal-UNESCO li kienu fl-Ambaxxata Maltija f`Pariġi ġew trasferiti lil Ambaxxatur J. Licari. Peress li ntuża t-trasport ta` l-Ambaxxata ma kien hemm l-ebda spejjeż involuti.
Leg 9 PQ #9044 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Strasbourg — Rappreżentant Permanenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, allowances f'kera eċċ, lill-rappreżentant Permanenti tal-Gvern fi Strasbourg?

Response (BORG, JOE)

L-ambaxxaturi u uffiċjali oħra stazzjonati fl-ambaxxati Maltin inkluż ir-Rappreżentant Permanenti ta` Malta fi Strasbourg jitħallsu global emoluments kif stabbilit mill-Ministeru a bażi ta` Sezzjoni 3.2 tal-Conditions of Service for Officers Serving Overseas. Barra minn hekk l-ambaxxaturi jitħallsu wkoll representational allowance ta` LM1000 fis-sena skond paragrafu 3.3.1 ta` l-istess Conditions. Rigward il-kera tar-residenza uffiċjali tar-Rappreżentant Permanenti ta` Malta fi Strasbourg, din hija FF14000 fix-xahar.
Leg 9 PQ #9008 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Kunċizzjoni — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali tal-Kunċizzjoni teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8905 (Seduta 150).
Leg 9 PQ #9009 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Binġemma — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali ta' Binġemma teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 8905 (Seduta 150).
Leg 9 PQ #9010 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dwejra — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali tad-Dwejra teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8905 (Seduta Nru 150).
Leg 9 PQ #9011 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wardija — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali tal-Wardija teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8905 (Seduta 150).
Leg 9 PQ #9012 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbiegħ — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali taż-Żebbiegħ teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward bini ta' ħitan tas-sejjiħ, dan jiġi kunsidrat fl-isfond ta' prijoritajiet oħra meta jiġu appuntati numru ta' rubble wall builders aktar tard din is-sena. Dwar it-tindif mill-bużbież u ħaxix ħażin tlabt lit-Taqsima tax-Xogħlijiet biex tinkludi din il-parti ta' Malta fil-programm tagħha. Rigward asfaltar nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9038 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Prezz tat-tadam

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8129 u jinkludi wkoll ix-xahar ta' Ġunju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezz medju tat-tadam fil-Pitkalija Ċentrali għall-bdiewa matul il-perjodu ta' Jannar u Ġunju 1999 kien hekk: 1999 Piż (Kgs) Lm Prezz Medju Jannar 178,197 37,707 21.16 Frar 135,777 44,686 32.91 Marzu 205,729 52,876 25.70 April 217,178 65,369 30.10 Mejju 332,582 79,681 23.96 Ġunju 505,356 50,421 09.98 Il-prezz għall-istess perjodu għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 kienu hekk: 1995 Piż Lm Prezz Medju Jannar 176,266 55,116 31.2 Frar 195,533 38,478 19.6 Marzu 123,703 49,471 39.9 April 164,772 63,846 38.7 Mejju 167,403 80,139 47.8 Ġunju 362,457 54,886 15.1 1996 Piż Lm Prezz Medju Jannar 141,072 37,940 26.8 Frar 153,381 53,286 34.7 Marzu 132,883 58,246 43.8 April 135,158 97,852 72.3 Mejju 207,254 88,493 42.6 Ġunju 519,492 46,456 08.9 1997 Piż Lm Prezz Medju Jannar 198,091 37,606 18.98 Frar 159,237 54,809 34.42 Marzu 163,762 54,301 33.16 April 187,132 77,792 41.57 Mejju 308,578 62,215 20.16 Ġunju 484,854 68,794 14.19 1998 Piż Lm Prezz Medju Jannar 140,209 57,877 41.28 Frar 127,909 54,985 42.99 Marzu 133,481 69,977 52.43 April 197,448 76,910 38.95 Mejju 291,209 78,220 26.86 Ġunju 562,080 54,911 09.77