Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru ta' ħitan tas-sejjieħ saru bejn Jannar u Ġunju? Fejn saru? Meta saru? Kemm minn dawn il-ħitan saru fl-għelieqi tal-bdiewa? Jista' l-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet li bdew fit-triq prinċipali Buqana, il-Ħemsija matul l-amministrazzjoni preċedenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9254 ta' din is-seduta.
Rigward it-tieni parti, id-Dipartiment ta' l-Ambjent qatt ma kien involut f'xogħlijiet fil-Buqana u l-Ħemsija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8256?
Response (BORG, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għar-rispost li ngħatat għall-mistoqsija numru 8004 għal dak li jirrigwarda safar mill-Ministri u Segretarji Parlamentari. Għal dak li jirrigwarda safar ieħor li jaqgħa taħt id-dikasteru tiegħi u tagħrif simili li jaqgħa taħt dekasteri ta` Ministri oħra, nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tagħrif li ngħata fir-risposti relattivi fis-seduti numri 138, 139 u 140.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8276 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u cioe': Peress li prodotti bħat-trab tal-ħalib li minnu jsiru ġobnijiet, ħelu, eċċ. huwa sussidjat b'madwar 795 sterlina t-tunnellata meta mportat mill-industrija lokali mill-pajjiżi membri ta' l-UE, dan ifisser li jekk Malta ssir membru sħiħ l-industrija lokali titlef dan l-inċentiv?
Response (ZAMMIT, NINU)
F'ambitu tal-GATT Uruguay Round l-Unjoni Ewropea ntrabtet li tnaqqas is-sussidju fuq l-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib b'36% fil-valur tal-ispiża u 21% fil-volum ta' prodotti esportati b'sussidju. Is-sussidju fuq l-esportazzjoni mill-Unjoni Ewropea jvarja minn żmien għall-ieħor skond is-suq internazzjonali.
Barra minn hekk saru arranġamenti speċjali sabiex Madiera u l-gżejjer Canary jkunu jistgħu jixtru l-ħtiġijiet tagħhom mis-suq internazzjonali bla ma titħallas levy jew b'sussidju mill-Unjoni Ewropea stess.
Bħall-gżejjer imsemmija, pajjiżna għandu jinnegozja l-bżonnijiet tiegħu skond il-ħtiġijiet partikolari tagħna ta' nazzjon u gżira.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8275 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u cioe': jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti bħaz-zokkor, trab tal-ħalib, eċċ. li jekk l-industrija lokali timpurtahom mill-pajjiżi membri ta' l-UE tirċievi sussidju fuq kull tunnellata għaliex Malta mhijiex membru sħiħ ta' l-UE? X'se jiġri jekk Malta tkun membru sħiħ u l-industrija titlef dawn is-sussidji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Dan il-ministeru mhux ser jirrispondi mistoqsijiet mibnija fuq il-"jekk".
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm tal-hands on farming u hands on fishing għas-sena skolastika li jmiss?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-programm?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-programm imfassal għas-sena akkademika li ġejja huwa l-istess bħal dak tas-sena li għaddiet.
Kopja tal-programm hija megħmuża hawn.
Settur tal-Biedja/Agroindustrija — Tneħħija ta' levies
Question
Peress li l-Gvern Nazzjonalista qal diversi drabi li Gvern Laburista kien se jneħħi l-levies ta' protezzjoni fuq is-settur tal-biedja u l-agroindustrija, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relattivi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Dak li qal aktar minn darba mill-oppożizzjoni l-Partit Nazzjonalista meta kien hemm il-Gvern preċedenti huwa li: il-proċess ta' adesjoni minn Malta fiz-zona ta' kemmerċ ħieles Ewro-Mediterranja kienet ser twassal biex jitneħħew il-levies mhux biss fuq il-prodotti industrijali iżda wkoll fuq prodotti u servizzi oħra inkluż dawk agrikoli.
Minħabba l-elezzjoni bikrija fl-1998, it-taħdidiet dwar iz-zona ta' kummerċ ħieles bejn il-Gvern Laburista u l-Unjoni Ewropea spiċċaw ħesrem. Minħabba f'hekk, l-Oppożizzjoni Laburista għandha illum l-opportunita li jgħid li tgħid li trid dwar x'kienu l-intenzjonijiet finali tiegħu u dwar x'ma kienitx lesta tinnegozja.
Iżda jekk inħarsu lejn dokumenti uffiċjali ta' dak iż-żmien insibu li l-kunċett ta' żona ta' kummerċ ħieles, hekk kif kien qed jiġi propost mill-Unjoni Ewropea, kien wieħed ħafna iktar vast minn sempliċi ftehim dwar kummerċ ħieles fi prodotti industrijali biss.
Ma dan nistax nżid li fid-dokument intitolat 'Communication from the Commission to the Council on future relations between the European Union and Malta', li ħareġ fi Frar 1998 f'paragrafu 12 taħt il-kapitlu Trade hemm miktub 'In order to be compatible with the WTO such a free trade area should cover substantially all trade, no sector excluded. Complete free trade for products, other than those for which special arrangements will have to be negotiated, should come fully into force within three years at the most, by which time the removal of existing obstacles to trade should have been completed. Agricultural trade should be progressively liberalised, taking as a starting point traditional trade flows. This process should take account of the respective agricultural policies and the results achieved in the GATT/WTO negotiations.'
Fil-EC-Malta Association Council, Joint Declaration on Future Relations Between the Parties (maħruġa fit-28 ta' April 1998) insibu dawn il-kliem preċiżi, b'messaġġ ċar ħafna: 'The EC-Malta Association Council recognized that a free trade area between the EC and Malta should be fully WTO (World Trade Organization) compatible and cover substantially all trade.' Diffiċli tiltaqa ma stqarrijiet iktar kategoriċi minn dawn.
Iż-żewġ dokumenti li rriferejt għalihom huma diġa ppubblikati.
Peress li talba għal trasferiment skond file TL/B/35/99 ilha pendenti x-xhur, jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata sabiex ma jkunx hemm aktar dewmien esaġerat?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-trasferiment li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant sar fis-16 ta' Awissu, 1999.
13.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li bdew jitħarġu fin-National Aquaculture Centre matul dawn l-aħħar għaxar xhur?
X'korsijiet qed jieħdu u għal-liema diploma/i?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-National Aquaculture Centre m'huwiex immexxi mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli.
B'riferenza għar-riċerka fuq il-pjanta mediċinali karella li qed jissokta l-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta, jista' l-Ministru jinformani x'sar mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Kemm ġew ikkonsultati tobba li wżaw din il-pjanta fuq pazjenti tagħhom li jbatu minn mard tal-pressjoni, diabete, mard tal-prostita, eċċ matul l-istess perjodu?
Kemm ġew intervistati persuni li kkonsmawha? X'kienu r-riżultati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dawn l-aħħar għaxar xhur saru investigazzjonijiet kimiċi fuq il-pjanta magħrufa "Karella", iżda għad ma għandiex riżultati fuq dan.
Informat li ma ġie kkonsultat ebda tabib li juża din il-pjanta fuq pazjenti tiegħu, u lanqas ma ġew intervistati persuni li jikkonsmawha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8249?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru 'l hawn saru diversi laqgħat dwar il-bini ta' fabbrika ġdida tal-ħalib.
Il-laqgħat saru mal-Board tad-diretturi ta' l-MDP u ta'l-KPH. Il-progress li sar huwa sostanzjali. Kemm l-MDP kif ukoll l-KPH għadhom qegħdin jevalwaw dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti li għandhom il-bdiewa, raħħala u sajjieda fil-mument quddiem id-Dipartiment tal-Biedja u Sajd?
Kemm huwa kkalkolat li hija ċ-ċifra globali ta' dawn it-talbiet? Meta huwa maħsub li dawn it-talbiet jiġu milqugħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' talbiet pendenti li għandhom il-bdiewa, raħħala u sajjieda fil-mument quddiem id-Dipartiment tal-Biedja u Sajd huma 1057.
L-ammont mitlub f'għajnuna huwa stmat li jlaħħaq għal-madwar Lm1 milljun.
L-għajnuna finanzjarja għall-self mill-Banek Kummerċjali. Talbiet għal għotjiet jiġu kkunsidrati f'każi ta' emerġenza jew konsiderazzjonijiet partikolari. Ta' min ifakkar li l-Gvern għadu kemm approva għotja ta' Lm50,000 lill-operaturi li soffrew ħsarat fil-maltemp tas-sena l-oħra.
Ministeru tal-Biedja u Sajd — Għajnuna fuq self issussidjat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet li tressqu lill-Ministeru tal-Biedja u Sajd għal għajnuna fuq self issussidjat għall-proġetti ġodda fl-oqsma msemmija mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
X'valur ta' flus għandhom dawn il-proġetti u kemm minnhom ġew approvati għal għajnuna fuq self issussidjat?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' għajnuna fuq self issussidjat għall-proġetti ġodda mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn huwa kif ġej:
Mid-Med Bank:
- Ġew approvati 17 -il applikazzjonijiet li jammontaw għal Lm114,770.
- 3 applikazzjonijiet li jammontaw għal Lm15,700 ma ġewx approvati.
APS Bank:
- Ġew approvati 4 applikazzjonijiet li jammontaw għal Lm26,500.
- Hemm applikazzjoni waħda pendenti ta' Lm10,000.
Bank of Valletta III:
- Ġew approvati 3 applikazzjonijiet li jammontaw għal Lm12,685.
Bank of Valletta II:
- Ġew approvati 2 applikazzjonjiet li jammontaw għal Lm6,000.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-ġonna/roundabouts li ġew irranġati/mibdula jew sarulhom xi modifikazzjonijiet u manutenzjoni mid-Dipartiment ta' l-Urban and Rural Landscapinng mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Mill-5 ta' Settembru 'l hawn, ma sar l'ebda tibdil strutturali jew radikali fir-roundabouts jew ġonna li jaqgħu taħt ir-responsabilita diretta tal-Gvern Ċentrali, biss, min-naħa l-oħra, l-manutenzjoni u l-irranġar ta' dawn hija misura kontinwa.
Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet bdew jiġu kordinati bejn l-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita' u d-Dipartment ta' l-Agrikoltura mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Kemm huwa n-numru ta' parteċipanti/studenti li qed jattendu għal dawn il-korsijiet u meta bdew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fil-Board tal-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta hemm bħala membri 'ex-officio' d-Direttur ta' l-Agrikoltura u rappreżentant tal-Ministeru ta' l-Agricoltura u Sajd. Għaldaqstant il-korsijiet kollha tal-Istitut huma koordinati bejn il-Ministeru u l-Universita'.
Dwar dettalji tal-korsijiet nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-Ministeru u l-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta?
Meta saru, min kienu l-persuni/uffiċjali preżenti u x'ġie diskuss?
X'kien il-programm taż-żewġ naħat għal dawn l-aħħar għaxar xhur?
Response (ZAMMIT, NINU)
Saru diversi laqgħat bejn il-Ministeru u l-Istitut tal-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta. F'dawn il-laqgħat, fost affarijiet oħra, ġie diskuss programm ta' koperazzjoni ma l-Universita' ta' Udine.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni/Biedja — Laqgħat internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat interministerjali bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tal-Biedja u Sajd mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
X'materji ġew diskussi?
Xi żviluppi kien hemm?
Xi programmi ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ ministeri ġew imnieda matul dawn l-aħħar għaxar xhur?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa issa saret laqgħa bejn uffiċċjali taż-żewġ Ministeri f'Lulju 1999 bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u dak tal-Biedja u Sajd fejn ġew diskussi fost l-oħrajn:
a) Miżuri kif jista' jissaħħaħ il-kuntatt bejn l-oqsma tal-
biedja u sajd u dak ta' l-edukazzjoni.
b) Is-servizz ta' esperti sabiex jagħtu pariri lill-bdiewa.
c) Il-parteċipazzjoni tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd fl-
Istitut ta' l-Agrikoltura fl-Universita` ta' Malta.
d) Il-koperazzjoni bejn iż-żewġ Ministeri fl-amministrazzjoni
ta' l-Iskola ta' l-agrikoltura.
Fid-dawl ta' dan kollu ġie deċiż li hemm bżonn ta' research framework adattat sabiex il-ħidma nvoluta ssir bi sforz komuni. Ġie deċiż ukoll li għandhom jiġu identifikati inizjattivi speċifiċi fejn hemm similaritajiet li jagħtu lok li jsir xogħol konġunt bejn dawn iż-żewġ Ministeri.
Peress li f'diversi artikli fil-ġurnali lokali ġie rrapportat li se jkun hemm diffikultajiet fin-negozjati ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dwar is-settur tal-biedja u sajd, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'diffikultajiet fil-fatt jeżistu fin-negozjati u fejn se jintlaqtu ħażin il-bdiewa kemm-il darba ma jiġux rimedjati?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iscreening dwar l-agrikoltura mistenni jsir fis-sena 2000 filwaqt li dak tas-sajd mistenni jsir aktar tard din is-sena. In-negozjati imbagħad isiru wara l-iscreening. Il-Gvern qed iħejji ruħu tajjeb għal dawn in-negozjati u ma jarax diffikultajiet partikulari fl-innegozjar dwar is-setturi tal-biedja u s-sajd.
Qed isir stħarriġ min naħa tal-Gvern dwar l-~acquis~ tal-biedja u s-sajd u kif dawn jolqtu s-sistemi preżenti li għandna f`Malta u Għawdex. Dan l-istħarriġ għandu jservi sabiex il-Gvern jkun jista jinnegozja l-aħjar pakkett possibbli għal benefiċċju tal-bdiewa u sajjieda Maltin ħalli b`hekk ikunu jistgħu igawdu bl-aħjar mod mill-benefiċċji kbar li iġġib magħha sħubija fl-Unjoni Ewropeja għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew finalizzati rapporti fil-laqgħat li saru bejn l-uffiċjali Maltin u ta' l-Unjoni Ewropea dwar tibdil li jrid isir fis-setturi lokali sabiex dawn ikunu konformi mal-CAP? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma saru ebda laqgħat bejn uffiċjali Maltin u ta' l-Unjoni Ewropea dwar tibdil li jrid isir fis-settur lokali sabiex dawn ikunu konformi mal-CAP. Huwa mistenni li l-bilateral screening dwar l-Agrikoltura jibda s-sena d-dieħla.
B'riferenza għall-mistoqsijiet li tressqu dwar Triq G. Borg Olivier, Rabat, u l-fatt li matul l-interventi tiegħi preċedenti l-Ministru kien qal li kellu jsir pjan ta' prova biex jiġi studjat l-impatt li tikkawża sistema one way ta' din it-triq, jista' l-Ministru jinformana x'xogħol sar mill-Ministeru matul April, Mejju u Ġunju sabiex isir dan il-pjan? Meta se jsir dan il-pjan ta' prova?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq, flimkien mat-Traffic Control Board, qed jagħmel il-preparamenti meħtieġa.
B'riferenza għall-prezzijiet sussidjati tal-bdiewa tal-pajjiżi membri, jista' l-Ministru jinformana x'varjazzjoni ta' prezzijiet jeżistu fl-Unjoni Ewropea meta paragunati ma' prezzijiet ta' prodotti tal-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin bħal fil-każ ta' produzzjoni ta' tadam għal għasir, majjal frisk, tiġieġ friski, bajd frisk, eċċ, fid-diskussjonijiet li kellhom l-uffiċjali Maltin ma' uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-settur tal-biedja u l-impatt ta' sħubija sħiħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-prezzijiet tal-prodotti tal-Agrikoltura fl-Unjoni Ewropea jvarjaw skond is-suq intern u s-suq internazzjonali, minn lokalita' għall-oħra u minn żmien għal żmien. Għaldaqstant wieħed ma jistagħx jagħmel paraguni diretti bejn dawn il-prezzijiet u prezzijiet f' Malta.