Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9635 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mtarfa — Triq Santa Luċija - Xogħlijiet

Question

Peress li r-residenti jridu jkunu jafu għaliex ix-xogħlijiet fi Triq Santa Luċija (il-qadima) fl-Imtarfa kienu bdew xhur ilu u waqfu, jista' l-Ministru jinfurmani bis-sitwazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #9636 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mtarfa — Ġrieden u ħmieġ

Question

Peress li ħafna residenti fl-Imtarfa qed jilmentaw li żdiedu l-ġrieden u l-ħmieġ fl-inħawi, jista' l-Ministru jirrimedja bi programm ta' xogħol sabiex dawn l-ilmenti tar-residenti jiġu rimedjati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Mtarfa — Sinjali tat-traffiku

Question

Peress li t-traffiku fl-Imtarfa kulma jmur qed jikber, jista' l-Ministru jikkonsidra li quddiem il-Main Gate ta' l-ex-sptar ta' l-Imtarfa ssir zebra crossing? Peress ukoll li din it-triq hija frekwentata ħafna mit-tfal li jattendu l-iskola u residenti ta' l-Imtarfa li jattendu l-Knisja ta' Sant'Oswald, jista' l-Ministru jara li t-talba tiegħi titwettaq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qed jieħu l-passi neċessarji dwar din it-talba.
Leg 9 PQ #9638 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mtarfa — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk għandux pjanijiet li jiftaħ għassa tal-pulizija fl-Imtarfa? Jekk iva, meta u jekk le, għaliex? Kemm kien in-numru ta' inċidenti, serqiet eċċ li seħħew fl-Imtarfa rrapportati lill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` kelli okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti fuq dan is-suġġett, huwa maħsub li tinfetaħ Għassa tal-Pulizija fl-Imtarfa wara li jispiċċa l-proċess ta` l-ingaġġ ta` rekluti ġodda. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #9426 Sitting 166 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mġarr — Ġrieden

Question

Peress li qed nirċievi rapporti li fl-Imġarr u l-madwar qed jiżdiedu l-ġrieden fl-inħawi, jista' d-dipartiment jara li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex din il-problema tiġi rimedjata u jispiċċa l-inkonvenjent għar-residenti? Jista' d-dipartiment jagħti breakdown tal-ħidma li rodent section wettqet fl-Imġarr sabiex tikkontrolla dawn il-ġrieden fl-aħħar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn statistika miġbura regolarment mis-sezzjoni tal-'Pest Control' ma jirriżultax li fl-Imġarr hemm xi żieda mhux normali ta' ġrieden. Fil-fatt għal perjodu bejn Jannar u Settembru ġew irreġistrati 6 ilmenti biss minn dan ir-raħal. B'danakollu bħal ma' jsir f'irħula oħra, darba fis-sena, din is-sezzjoni tagħmel xogħol regolari ta' tqegħid ta' velenu madwar ir-raħal kollu kif ukoll fis-sistema tad-drenaġġ. Rendikont tax-xogħol li sar fl-Imġarr fl-aħħar snin hu kif indikat: 1996 - sar matul Marzu u April 1997 - sar f'Mejju 1998 - sar matul April u Mejju 1999 - sar f'Ottubru
Leg 9 PQ #9427 Sitting 166 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-ġonna ta' Mount Carmel spiċċaw invaduti bil-ġrieden? Jista' dipartiment bla aktar telf ta' żmien jieħu l-passi sabiex jiġu kkontrollati dawn il-ġrieden? Min kien responsabbli matul dawn l-aħħar sitt xhur u x'preparamenti saru anqas mir-rutina tas-soltu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Management ta` l-Isptar Monte Carmeli ma għandu l-ebda rapport li hawn xi invazzjoni ta` ġrieden ġewwa l-isptar. Is-sezzjoni tar-Rodent Control jiġu fl-isptar regolarment u jagħmlu l-valenu. Il-kontroll tal-ġrieden jaqa` taħt ir-responsabilita` ta` l-amministrazzjoni ta` l-isptar u f'dawn l-aħħar sitt xhur ma sar xejn anqas mir-rutina tas-soltu.
Leg 9 PQ #9594 Sitting 166 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Triq Nigret - Dwal

Question

Peress li Triq in-Nigret ir-Rabat, Malta li ilha bla dwal għal dawn l-aħħar tliet ijiem, jista' d-dipartiment konċernat jara li jiġu rimedjati l-ħsarat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fit-triq imsemmija hemm bozza waħda biss li kellha bżonn manutenzjoni, u din saret fl-1 ta' Ottubru 1999.
Leg 9 PQ #9630 Sitting 166 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Twaħħil ta' bozoz

Question

B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tar-Rabat sabiex jiddawlu aħjar it-toroq fil-lokal u jitwaħħlu aktar bozoz, jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħol li tħejja għax-xhur li ġejjien sabiex it-talbiet imsemmija jiġu rimedjati? Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ tad-dawl f'ċerti toroq għal aktar minn tliet ijiem bħal fil-każ ta' Triq Konti Ruggieru, Triq in-Nigret eċċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba li għamlu r-residenti tar-Rabat għal titjib fis-servizz tad-dawl fit-toroq qed jiġu evalwati flimkien ma' talbiet oħra. Il-ħsara fis-sistema ta' l-'istreet lightening' fi Triq il-Konti Ruġġieru ġiet ikkawżata minn ħsara fuq il-linji. Din il-ħsara issewwiet fis-16 ta' Settembru. Dwar Triq in-Nigret, nirrefri lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 9594.
Leg 9 PQ #9631 Sitting 166 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtarfa — Twaħħil ta' bozoz

Question

B'riferenza għat-talbiet tar-residenti ta' l-Imtarfa sabiex jiddawwlu aħjar t-toroq fil-lokal u jitwaħħlu aktar bozoz, jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħol li tħejja għax-xhur li ġejjien sabiex it-talbiet imsemmija jiġu rimedjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talbiet tar-residenti ta' l-Imtarfa qed jiġu evalwati mill-Korporazzjoni flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #9632 Sitting 166 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baħrija — Twaħħil ta' bozoz

Question

B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tal-Baħrija sabiex jiddawwlu aħjar it-toroq u l-farm houses fil-lokal u jitwaħħlu aktar bozoz, jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħol li tħejja għax-xhur li ġejjien sabiex it-talbiet imsemmija jiġu rimedjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talbiet tar-residenti tal-lokal imsemmi qed jiġu evalwati flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #9420 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Annimali/għasafar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali u għasafar li nżammu fil-kwarantina bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm minnhom instabu morda u b'liema marda u x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn Jannar u Awissu 1999 in-numru ta'annimali li nżammu fil-kwarantina kienu kif ġej: Klieb: 72 Qtates: 19 Għasafar: 266 Meta ddaħħlu l-kwarantina l-annimali ma kellhomx sinjali ta' mard.
Leg 9 PQ #9421 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fish Farms — Ħut

Question

Jista' l-Ministru x'kienet il-produzzjoni u l-valur ta' flus tal-ħut fil-fish farms lokali bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? X'kienet il-produzzjoni u l-valur għall-istess perjodu tas-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din id-domanda hija kważi identika għall-domanda parlamentari nru 2796 u għaldaqstant nirreferik għar-risposta mogħtija dak in-nhar.
Leg 9 PQ #9422 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħxejjex/frott frisk — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-kwantita' ta' l-importazzjoni tal-ħxejjex u frott frisk bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba hija: 1998 18,867.471 tunnellati 1999 18,072.787 tunnellati
Leg 9 PQ #9423 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Gbejniet — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ġbejniet friski f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm fil-fatt hija l-merħla tal-mogħoż u ngħaġ fil-gżejjer tagħna? X'pjanijiet ġodda għandu l-ministeru sabiex jinċentiva aktar din l-industrija u x'miżuri innovattivi ħa matul l-aħħar 12-il xahar sabiex iwettaq din il-politika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma tinżammx statistika ta' kemm ġew prodotti ġbejniet friski f'Malta u f'Għawdex. Bejn Jannar u Awissu ħarġu 30,700 label f'iskema li adotta d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fuq bażi volontarja. Il-merħla tal-mogħoż hija ta' 4900 u tan-ngħaġ 7900. Il-Ministeru għandu ppjanat skema ta' denominazzjoni ġeografika kontrollata. Dan l-aħħar id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ħa ħsieb sabiex jimporta f'isem il-produtturi tal-ġbejniet, numru ta' ngħaġ u mogħoż sabiex jiġġedded id-demm. Bħal issa uffiċjali tad-Dipartiment qed jagħżlu dawn il-bhejjem fil-Ġermanja.
Leg 9 PQ #9424 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Analisi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li matul l-aħħar 12-il xahar saritilhom analisi xjentifika tal-ħamrija f'Malta u Għawdex? Kemm huwa kkalkolat li jkun n-numru ta' testijiet tal-ħamrija għat-12-il xahar li ġejjin?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' bdiewa li matul l-aħħar 12-il xagħar saritilhom analisi xjentifika tal-ħamrija huwa 238, b'kollox saru 1180 analisi. Din il-figura ma tinkludix kampjuni ta' ħamrija miġbura għal skop ta' riċerka, li matul is-sena li għaddiet kienet ta' 579 kampjun li fuqhom saru 2865 analisi. In-numru ta' testijiet li huwa kkalkolat għat-12 il xahar li ġejjin huwa 5,000 fuq medja ta' 800 kampjun ta' ħamrija.
Leg 9 PQ #9425 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ġrieden

Question

Peress li qed nirċievi rapporti li fl-inħawi tal-Baħrija, Tas-Salib, Kunċizzjoni, Landrijiet, Mtaħleb u l-madwar li qed jiżdiedu l-ġrieden, jista' d-dipartiment jara li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex il-problema tiġi rimedjata u jispiċċa l-inkonvenjent għar-residenti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istrateġija mplimentata mis-sezzjoni tal-'Pest Control' tippermetti li taħt kundizzjonijiet normali kull raħal u belt jiġi ttrattat bil-velenu tal-ġrieden ta' l-anqas darba f'sena. Ta' min jinnota li statistika għal perjodu Jannar sa Settembru turi li 14-il rapport biss ġew irreġistrati mir-Rabat li tinkludi l-lokalijiet indikati. Bħal ma kien programmat, ix-xogħol ta' tqegħid ta' velenu fil-postijiet indikati beda fl-aħħar ta' Settembru. Fis-snin li għaddew sar xogħol simili kif indikat hawn taħt: 1996 - sar matul Jannar u Frar 1997 - sar f'Ottubru 1998 - sar f'Novembru 1999 - sar f'Settembru
Leg 9 PQ #9415 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Ħxejjex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' flus tal-ħxejjex u frott frisk li daħħal il-Pitkalija ta' Malta u Għawdex bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur għall-istess perijodu s-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba hija: Pitkali - Malta Pitkali - Għawdex Sena Ħaxix (Lm) Frott (Lm) Sena Ħaxix (Lm) Frott (Lm) 1998 3,396,156 545,482 1998 26,384 8,866 1999 3,339,307 567,902 1999 20,464 9,655
Leg 9 PQ #9416 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċanġa friska — Qatla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qatla u l-piż taċ-ċanga friska u l-valur tal-flus tagħha bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur u l-qatla għall-istess perjodu tas-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li n-numru, piż u prezz medju (kif irrapurtat mill-'middlemen') fis-snin 1998 u 1999 huwa skond l-iskeda hawn taħt: Qatla taċ-Ċanga bejn Jannar u Awissu Sena Numru Piż (kg) 1999 3,748 1,013,332 Lm1,300,000 1998 3,796 1,003,150 L m1,303,000
Leg 9 PQ #9417 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Qatla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' flus tal-qatla tal-majjal f'Malta u Għawdex xahar b'xahar bejn Jannar u Awissu din is-sena? Kemm kien il-piż u numru ta' karkassi fl-istess perjodu? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-perjodu tas-sena preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur eżat ta' flus tal-qatla tal-majjal hija nformazzjoni f'idejn il-Koperattiva tal-Majjal. Il-piż / numru ta' karkassi fis-sentejn li talab qed jiġu mpoġġija fuq il-mejda tal-kamra.