Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9651 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw għall-grading tal-majjal frisk fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalissa wara li saru d-diskussjonijiet Multilaterali qiegħed isir studju biex wieħed ikun aktar ezatt f'dawk li huma regol u interpretazzjonijiet. Dawn se jerggħu jiġu diskussi fil-bilaterali, fejn wieħed ikollu stampa iktar cara dwar ir-'requirements' u l-interpretazzjoni vera tal-liġijiet ta'l-UE.
Leg 9 PQ #9652 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-bdiewa għar-rigward ta' l-MRL's fil-gżejjer tagħna? Jista' jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta'l-Agrikoltura qed ifassal pjan sabiex il-ħxejjex u l-frott jibdew jiġu analizzati għall-MRL's. Programm ta' analiżi ta' l-MRL's fil-laħam ilu jiġu mħaddem mis-Servizz Veterinarju għal dawn l-aħħar snin. Il-vantaġġi huma prodotti aktar bnini għall-konsumatur w użu aktar razzjonali tal-pestiċidi u mediċinali mill-bdiewa u mir-raħħala.
Leg 9 PQ #9653 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-bdiewa dwar il-grading tal-ħaxix frisk fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-sistema ta' grading tal-ħaxix frisk fl-UE jinkorpora għażla tal-prodott fi tlett klassijiet "Extra, Class I u Class II" skond il-prodott. Il-vantaġġi ta'l-għażla huma evidenti fis-suq; l-iprem kwalita' iġġib l-għola prezz; il-konsumatur ikun jaf x'qed jixtri u prodott li mhux tajjeb għal-bejgħ ma għandux jinġieb fis-suq. Bejgħ dirett mill-bidwi huwa eżentat mill-grading.
Leg 9 PQ #9654 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-pitkala fil-Pitkalija fil-Gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-qasam tal-ħxejjex u frott, l-UE saħħet is-sehem tal-għaqdiet tal-bdiewa billi ingħatalhom il-poter li jintervjenu fis-suq sabiex il-prezzijiet ma jaqgħux. Dawn l-għaqdiet għandhom id-dritt li jippreparaw programm ta'attivitajiet sabiex itejbu l-qagħda tal-membri tagħhom bi żvilupp fis-swieq. Għal dan il-għan id-Dipartiment tal-Agrikoltura ħejja l-qafas leġislattiv li fi żmien qasir sejjer jiġi diskuss mall-għaqdiet tal-bdiewa eżistenti. Il-vantaġġi ta' dan huwa assistenza finanzjarja fix-xogħol tal-għaqdiet tal-bdiewa.
Leg 9 PQ #9655 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-middlemen tal-biċċerija fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalissa wara li saru d-diskussjonijiet Multilaterali qiegħed isir studju biex wieħed ikun aktar eżatt f'dawk li huma regoli u interpretazzjonijiet. Dawn se jerġgħu jiġu diskussi fil-bilaterali, fejn wieħed ikollu stampa iktar ċara dwar ir-'requirements' u l-interpretazzjoni vera tal-liġijiet ta' l-UE.
Leg 9 PQ #9656 Sitting 170 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-meat sellers (bejjiegħa tal-laħam) fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiwet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalissa wara li saru d-diskussjonijiet Multilaterali qiegħed isir studju biex wieħed ikun aktar eżatt f'dawk li huma regoli u interpretazzjonijiet. Dawn se jerġgħu jiġu diskussi fil-bilaterali, fejn wiehed ikollu stampa iktar ċara dwar ir-'requirements' u l-interpretazzjoni vera tal-liġijiet ta' l-UE.
Leg 9 PQ #9645 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' siġar li matul l-aħħar 12-il xahar tkabbru fis-serer li kienu ġew mogħtija mill-APS Bank sabiex id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jkabbar aktar siġar standards għal kunsilli u sabiex insebħu l-landscaping tal-gżejjer tagħna? Meta huwa mistenni li dawn is-siġar jingħataw lill-kunsilli jew jitħawwlu fit-toroq? Jista' l-Ministru jara li fit-triq prinċipali tar-Rabat jitħawwlu aktar siġar tal-prinjol peress li bir-riħ u l-inċidenti tat-traffiku qed dejjem jinqerdu ħafna siġar li ilhom is-snin isebbħu din it-triq?

Response (ZAMMIT, NINU)

B'riferenza għall-mistoqsija numru 9645, fis-serra li ġiet mogħtija mill-APS Bank, tħawlu 12-il varjeta t'arbuxelli u siġar ġo 'seeding trays', li minnhom 24080 baqgħu ħajjin u ġew imħawla fi qsari. It-tieni lot li tħawwel iktar tard kien jikkonsisti f'7 varjetajiet li jwassal għall-7200 pjanti żgħar li għadhom ma ġewx 're-potted'. Għal dan l-istaġun diġa ġew preparati 257 tilari ta' 13-il varjeta ta' żrieragħ biex jiġu mkabbra. Teknikament dawn m'humiex siġar imma pjanti żgħar u skond kull varjeta jridu jgħaddu numru ta' snin, qabel ma jitqiesu bħala standard. Skond ix-xita, l-provvista ta'l-ilma, attakki ta' parassiti jew mard u bosta fatturi bioloġiċi oħra numru ta' dawn is-siġar, la jilħqu d-daqs meħtieġ, ikunu jistgħu jintużaw għall-landscaping. Kull sena jsir programm biex jitħawlu aktar siġar fit-toroq prinċipali kollha, inklużi t-taħwil tas-siġar nieqsa, bħala dawk tat-triq prinċipali tar-Rabat.
Leg 9 PQ #9646 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw għall-bejjiegħa tal-ħaxix frisk fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma hemm ebda liġijiet u regoli li jridu jibdew japplikaw għall-bejjiegħa tal-ħaxix frisk ħlief li l-prodott ikun tajjeb għall-konsum skond standards minimi u l-prodott ikun mibjugħ b'mod iġeniku skond regoli ta' iġene minima.
Leg 9 PQ #9647 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinformani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw għal kwarantina fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u regoli tal-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-liġijiet tal-kwarantina u l-kundizzjonijiet ta' l-importazzjoni ta' l-annimali huma simili ma dawk ta' l-Ewropa, jekk mhux iktar stretti, bħall-importazzjoni tal-klieb/qtates.
Leg 9 PQ #9648 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw għal sistemi veterinarji fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizz Veterinarju lokali diġa ġie assesjat mill-Unjoni Ewropeja u fil-fatt Malta tista' tesporta lejn l-Ewropa kemm laħam u ħut kif ukoll annimali ħajjin. Għalkemm wieħed irid isaħħah is-Servizz Veterinarju lokali bl-introduzjoni tal-'Border Check Point', wieħed irid japprezza li l-prodott Malti jkun jista' jidħol fl-Ewropa mhux mill-ftit partijiet Ewropej approvati imma min kull port jiġifieri anke minn Pozzallo.
Leg 9 PQ #9649 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinformani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-bdiewa u raħħala fuq l-irziezet tagħhom fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura qed iħejji 'kodiċi ta' prattika tajba fil-biedja'. Dan ikun jinkorpora l-kundizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ta' l-UE fejn ikunu applikabli għal Malta. Il-vantaġġi jinkludu għajnuna finanzjarja mill-UE b'mod partikolari minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna. Wieħed jista' jqis ċertu regoli bħala żvantaġġ iżda dawn għandhom joffru opportunitajiet sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-kwalita' tal-prodott.
Leg 9 PQ #9650 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw dwar il-grading tal-frott frisk fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-sistema ta' grading tal-frott frisk fl-UE jinkorpora għażla tal-prodott fi tlett klassijiet "Extra, Class I u Class II" skond il-prodott. Il-vantaġġi ta'l-għażla huma evidenti fis-suq; l-iprem kwalita' iġġib l-għola prezz; il-konsumatur ikun jaf x'qed jixtri u prodott li mhux tajjeb għal-bejgħ ma għandux jinġieb fis-suq. Bejgħ dirett mill-bidwi huwa eżentat mill-grading.
Leg 9 PQ #9639 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kollużjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta'kollużjonijiet/aċċidenti tat-traffiku rrapportati lill-pulizija bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm-il darba kellha tissejjaħ l-ambulanza u l-SAG u kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Awissu 1999, kien hemm 7,462 inċidenti tat-traffiku u kolliżżjonijiet irrappurtati lill-Pulizija, li f`654 minnhom kien hemm il-feruti filwaqt li 7 kienu fatali. Ir-Rescue Unit ta` l-SAG, ġiet imsejħa fuq 33 minn dawn l-inċidenti. Dwar kemm il-darba kellha tissejjaħ l-ambulanza, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Toroq — Barriers

Question

Peress li f'ċerti arterji tat-traffiku ftit li xejn hija l-prattika li jkun hemm barriers ma' l-arbli tad-dawl, jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir studju sabiex ikun stabbilit jekk f'pajjiżna għandniex bżonn miżuri ta' din ix-xorta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li din il-problema qed tkun analizzata minn kumitat iffurmat bejn il-Korporazzjoni Enemalta u d-Dipartiment tat-Toroq.

Assoċjazzjoni Torball Blind — Bini

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani x'ġara mit-talba pendenti li t-Torball Blind Association għandha sabiex tingħata l-bini fl-Imtarfa fejn tixtieq tiżviluppa ċ-ċentru tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru qiegħed jikkunsidra li juża dan il-bini biex minnu jingħata servizz residenzjali liż-żgħażagħ skond kif kien issemma fil-laqgħat tal-kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Kamra meta ftit xhur ilu iddiskuta s-servizzi f'pajjiżna għat-tfal u żgħażagħ.
Leg 9 PQ #9642 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Hands on Farming — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mill-Board tal-Hands on Farming matul l-aħħar 12-il xahar? X'ġie mħejji għal matul is-sena skolastika li se tibda dalwaqt?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Board tal-'Hands on Farming' ma ġiex rikostitwit għax deher li ma tantx kien effettiv. Il-programm iżda baqa' jitmexxa b'mod regolari minn uffiċjali tad-Dipartiment ta'l-Agrikoltura matul l-aħħar 12-il xahar. Minn Jannar 1999 'l hawn beda programm ġdid immirat għall-istudenti tal-bioloġija ta' Forms IV u V ta'l-iskejjel sekondarji. Għas-sena skolastika 1999 - 2000 saru t-tħejjijiet kollha sabiex il-programmi li saru s-sena li għaddiet jirrepetu rwieħhom.
Leg 9 PQ #9643 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Parkinson disease

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pazjenti li matul din is-sena ddaħħlu fl-isptarijiet ta' l-Istat ibatu mill-marda tal-Parkinsons Disease? Xi programm ta' kura jingħataw? Kemm kien in-numru ta' pazjenti matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena li ddaħħlu għal din il-kura u x'etajiet kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal- Hospital Activity Analysis fis-snin mill-1994 u mill-1998 u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru ta' din is-sena ddaħħlu fl-Isptar San Luqa 263 każ ta' Parkinsons disease (ICD-9 code 3320; ICD-10 code G20). L-etajiet tagħhom kienu kif jidher fit-tabella segwenti: Eta' (Snin) __________________________________________ _______________________ Sena 30- 40- 50- 60- 70- 80- 90- Eta' mhumiex Total 39 49 59 69 79 89 99 irrekordjata ________________________________________________ _________________ 1994 0 1 3 12 15 12 0 0 43 1995 0 3 2 12 12 23 1 3 56 1996 2 3 8 11 17 12 0 3 56 1997 0 2 3 7 19 8 1 0 40 1998 0 2 8 7 16 9 0 0 42 1999 0 0 8 8 2 8 0 0 26 Parti _______________________________________ ___________________________ Total 2 11 32 57 81 72 2 6 263 _____________________________________________ _____________________ 2. Ma' dawn wieħed iżid numru akbar ta' persuni li jattendu regolarment bħala Out-Patients. in-numru totali ta' pazjenti ji jirċievu trattament għal Parkinson's disease fuq Skeda V huwa viċin is-700. 3. Id-Dipartiment joffri servizz komplut ta' dijanjosi u trattament għal Parkinson's Disease. Il-mediċini liċenzjati fl-Ewropa u fl-Amerika u li huma effettivi bħala kura għal din il-marda huma kollha għad-dispożizzjoni ta' l-ispeċjalisti li jkunu huma li jiddeterminaw il-ħtiġijiet individwali ta' kull pazjent. F'każi estremi ġew referuti pazjenti għall-operazzjoni ta' pallidotomy li ssir barra minn Malta iżda ta' min jirrimarka li dawn ma tawx ir-riżultati mixtieqa. Dwar żviluppi ġodda li qed isiru fil-kura tal-Parkinson's, l-ispeċjalisti tagħna qed iżommu ruħhom kontinwament aġġornati dwar: i. mediċini ġodda; ii. progress fil-qasam tal-kirurġija fuq il-moħħ; u iii. deep brain stimulation Dawn is-servizzi jiġu ntrodotti biss meta l-istudji xjentifiċi internazzjonali jaslu f'konklużjonijiet ċari dwar vantaġġi u benefiċċji għal pazjenti li jiżbqu dawk li toffri t-terapija preżenti.
Leg 9 PQ #9644 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Reservoirs — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' reservoirs ta' l-ilma li ġew imnaddfa matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Liema kienu u kemm kienet l-ispiża għal dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tnax (12) -il xahar ġew imnaddfa erbgħa (4) ġibjuni. Dawn huma: Ġibjun Nru 1 ------------ Lokalita: Belt il-Ħażna, Floriana Ix-xogħol sar bejn l-1 ta' Settembru 1998 u l-4 ta' Settembru 1998. L-ispiża kienet ta' Lm480. Ġibjuni Nri 2 u 3 ----------------- Lokalita: Wied ta' l-Imsida, Msida Ix-xogħol sar bejn l-1 ta' Settembru 1998 u t-30 ta' Settembru 1998. L-ispiża kienet ta' Lm1689. Ġibjun Nru 4 ------------ Lokalita' Triq Xrobb l-Għaġin, Marsaxokk-Żejtun. Ix-xoghol sar bejn l-4 ta' Mejju 1999 u l-31 ta' Mejju 1999. L-ispiża kienet ta' Lm2312.
Leg 9 PQ #9633 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtaħleb — Twaħħil ta' bozoz

Question

B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tal-Imtaħleb sabiex jiddawwlu aħjar it-toroq u jitwaħħlu aktar bozoz mal-farm houses li jinsabu mudlama, jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħol li tħejja għax-xhur li ġejjien sabiex it-talbiet imsemmija jiġu rimedjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma jirriżultax li hemm talbiet mill-Kunsill Lokali għall-lampi fl-Imtaħleb. It-talbiet kollha għandhom jsiru għand il-Kunsill Lokali li wara jgħaddihom lil Enemalta skond il-priorita li jagħtihom il-kunsill stess.
Leg 9 PQ #9634 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qawra — Twaħħil ta' bozoz

Question

B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tal-Qawra sabiex jiddawlu aħjar it-toroq fil-lokal u jitwaħlu aktar bozoz, jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħol li tħejja għax-xhur li ġejjien sabiex it-talbiet imsemmija jiġu rimedjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat lil-Korporazzjoni qed tagħmel stima sabiex jitwaħħlu sitt lampi ġodda fil-Qawra.