Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9751 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni barranin — Permessi għal xogħol

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8096 bl-informazzjoni sa Settembru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu u s-snin li l-Onor. Interpellant talab l-informazzjoni dwarhom, in-numru ta` barranin li kellhom liċenza ta` impjieg u li isimhom deher fil-lista li tiġi ppubblikata kull xahar mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni kien kif jidher hawn taħt:- Xahar 1995 1996 1997 1998 1999 ----- ---- ---- ---- ---- ---- Ġunju 2,063 2,223 2,476 1,971 2,130 Lulju 2,025 2,223 2,513 1,996 2,144 Awissu 2,060 2,321 2,429 2,011 2,154 Settembru 2,053 2,365 2,356 2,016 2,209
Leg 9 PQ #9753 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Basal

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8460?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-provi fuq il-basal li saru għal-istaġun 1998 - 99 kienu jikkonsistu f'dawn li ġejjin: i) Provi f'fertilizzanti differenti. ii) Provi f'razez diversi ta' basal. iii) Provi b'tħawwil ta' xitel b' distanzi differenti. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rapporti ta' dawn il-provi. Provi maħsuba għall-istaġun 1999 - 2000 huma dawn li ġejjin: i) Repetizjoni tal-provi li saru s-sena ta' qabel. ii) Aktar provi b'varjetajiet "hybrid" fejn dawn huma maħsuba li jipproduċu basal ta'daqs aktar uniformi u ta' kwalita aħjar minn ta' dawk il-varjetajiet lokali fejn iż-żerriegħa tinżzmm minn staġun għal ieħor u għalekk hemm aktar possibilta' ta' taħlit.
Leg 9 PQ #9669 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-ilxahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tal-ħalib tal-mogħoż u nagħaġ fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 9664. Ir-regolament relevanti jiprovdi għal għajnuna speċjali għall-ħażna tal-ġobon mill-ħalib tal-mogħoż u tan-ngħaġ.
Leg 9 PQ #9670 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet u l-liġijiet li tinponi l-UE mal-bdiewa tal-pajjiżi membri li jkabbru l-Cannabis għall-użu ta' l-industrija? Kemm huwa s-sussidju li jingħata lill-bdiewa li jkabbru din il-pjanta fil-mument fl-UE? Kemm huwa s-sussidju li fil-fatt jieħdu l-bdiewa tal-pajjiżi membri fuq il-prezzijiet ta' prodotti bħal kaboċċi, pastard, karrotti, basal, patata eċċ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-partijiet relevanti tal-Aquis tal-UE b'mod partikolari għar-regolament tal-Kunsill Numru 1308/70.
Leg 9 PQ #9671 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Regoli

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regoli u liġijiet għall-industrija tal-majjal sabiex din tkun konformi mal-CAP?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-partijiet relevanti tal-Aquis ta'l-UE b'mod partikolari r-regolament tal-Kunsill Numru 2759/75.
Leg 9 PQ #9744 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li fil-Portugal bejn l-1985 u l-1994 minkejja s-sussidju tal-CAP u l-opportunita' ta' l-esportazzjoni li tiggarantixxi l-UE, l-esportazzjoni tal-bdiewa niżlet min 10% għall-7%, l-persentaġġ tal-bdiewa jaħdmu r-raba niżel min 24% għall-11%. Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif Malta mhux se jkollha dawn id-disfatti fis-setturi tal-Biedja u Sajd bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq il-progress tal-Portugal u l-andament ekonomiku tiegħu minn meta l-Portugal sar membru ta'l-UE. Dan hu ta' siwi għall-preparazjonijiet tagħna għan-negozjati għall-biedja u s-sajd. L-Onor. Interpellant jista' jibqa' ċert li l-Ministeru qed jaħdem għall-aħjar kundizzjonijiet għall-biedja u s-sajd kif il-bdiewa u s-sajjieda, u l-poplu Malti kollu inġenerali, jixraqlu. Il-figuri ikkwotati mill-Onor. Interpellant jindikaw żiedja sostanzjali fl-attivita' ekonomika tal-Portugal fil-perjodu indikat. Fil-waqt li s-sehem tal-prodotti tal-biedja fl-esportazjoni naqas, l-esportazjoni totali żdiedet b'mod konsiderevoli, u fil-waqt li n-numru tal-bdiewa naqas bħala persentaġġ tan-nies kollha li jaħdmu, n-numru tal-ħaddiema fis-settur relatat tal-ikel, inkluż it-trasport, l-ippakkjar u l-ipproċessar żdied għal 20.4% skond studju ta' l-OECD. Skond l-istess studju, bdiewa fil-Portugal saru ħafna aktar effiċjenti tant li l-"istandard gross margin" jiġifieri l-qliegħ tal-bdiewa żdied b'mod sostanzjali.
Leg 9 PQ #9745 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħmira — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min fejn qed tiġi mportata l-ħmira tal-furnar fil-preżent? Kemm hija l-levy li jkollu jdaħħal il-Gvern Malti fuq il-ħmira meta din tiġi mportata mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent il-ħmira tal-furnar qed tiġi mpurtata mill-Italja u l-Olanda. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ta' min jinnota li l-ħmira mhijiex soġġetta għall-levy (imposta) meta tiġi mpurtata, la minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas minn dawk li mhumiex.

Impjiegi — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rrapportati fuq il-post tax-xogħol bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali u kemm ta' natura ta' diżabilita' permanenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li korrew fuq ix-xogħol minn l-1 ta' Jannar 1999 sat-30 ta' Settembru 1999, kienu ta' 3,864. Minn dawn kien hemm 239 persuna li ħadu gratuity għax ir-rata ta' diżabilita' kienet bejn 1% u 19%. Kien hemm 17-il persuna oħra li ħadu pensjoni għax id-diżabilita' kienet ta' 20 jew aktar fil-mija. Skond l-"Occupational Health and Safety Unit" in-numru ta' inċidenti fatali matul dan il-perjodu kien ta' tmienja.
Leg 9 PQ #9663 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regola ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi taċ-ċanga fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalissa wara li saru d-diskussjonijiet Multilaterali qiegħed isir studju biex wieħed ikun aktar eżatt f'dawk li huma regoli u interpretazzjonijiet. Dawn se jerġgħu jiġu diskussi fil-bilaterali, fejn wieħed ikollu stampa aktar ċara dwar ir-'requirements' u l-interpretazzjoni vera tal-liġijiet ta'l-UE.
Leg 9 PQ #9664 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw l-produtturi tal-ħalib frisk fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal-parti relevanti tal-Acquis ta'l-UE b'mod partikolari R.1255/1999 li ser tibda tapplika fl-1 ta' Jannar 2000. Dan ir-regolament introduċa s-sistema ta' pagament dirett lir-raħħala li jkun ta' benefiċċju għar-raħħala Maltin kemm il-darba Malta tissieħeb fl-UE.
Leg 9 PQ #9665 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tat-tjur fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalissa wara li saru d-diskussjonijiet Multilaterali qiegħed isir studju biex wieħed ikun aktar eżatt f'dawk li huma regoli u interpretazzjonijiet. Dawn se jerggħu jiġu diskussi fil-bilaterali, fejn wieħed ikollu stampa iktar ċara dwar ir-'requirements' u l-interpretazzjoni vera tal-liġijiet ta' l-UE.
Leg 9 PQ #9666 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tad-dundjan fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalissa wara li saru d-diskussjonijiet Multilaterali qiegħed isir studju biex wieħed ikun aktar eżatt f'dawk li huma ragoli u interpretazzjonijiet. Dawn se jerġgħu jiġu diskussi fil-bilaterali, fejn ikollu stampa iktar ċara dwar ir-'requirements' u l-interpretazzjoni vera tal-liġijiet ta'l-UE.
Leg 9 PQ #9667 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinformani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw għall-produzzjoni agrikola organika fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għall-parti relevanti tal-Acquis ta'l-UE, b'mod partikolari għar-regolament tal-Kunsill 2092/91.
Leg 9 PQ #9668 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi ta' l-EMU fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regoli li jirrigwardaw il-produtturi tal-EMU huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-Welfare ta' l-istess għasafar. Dawn ir-regolmenti huma l-istess bħal tal-'Council of Europe', liema 'Convention' Malta diġa ffirmat.
Leg 9 PQ #9657 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tat-tadam imqadded fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma hemm ebda provedimenti partikolari għall-produtturi tat-tadam imqadded.
Leg 9 PQ #9658 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tal-ġbejniet friski fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9368.
Leg 9 PQ #9659 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi ta' l-għeneb għat-tagħsir ta' l-inbid fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta'l-Agrikoltura fassal abbozz ta' liġi dwar il-produzzjoni ta' l-inbid li jinkorpora fih il-liġijiet u regoli ta' l-UE. Dawn il-liġijiet qed jiġu mibdula u simplifikati mill-istess UE. Id-Dipartiment ta'l-Istatistika qed ifassal 'survey' dwar id-dwieli f'Malta u Għawdex bil-koperazjoni tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #9660 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tat-tadam għat-tagħsir fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-qasam tal-produzzjoni tat-tadam għall-ipproċessar l-UE qed issaħħah l-importanza tal-għaqdiet tal-bdiewa li jkabbru t-tadam għall-ipproċessar. Bil-għan li dawn l-għaqdiet jissaħħu wkoll f'Malta, il-Ministeru ħejja abbozz ta' liġi li jirregola l-għaqdiet tal-produtturi.
Leg 9 PQ #9661 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tal-bajd frisk fil-ġżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-'Malta Standardization Authority' ġiet mitluba sabiex tippubblika l-'istandard' tal-bajd frisk. Id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji ħejja abbozz ta' liġi dwar l-animal welfare.
Leg 9 PQ #9662 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tal-fniek fil-gżejjer tagħna? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il-liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalissa wara li saru d-diskussjonijiet Multilaterali qiegħed isir studju biex wieħed ikun aktar ezatt f'dawk li huma regoli u interpretazjonijiet. Dawn se jerggħu jiġu diskussi fil-bilaterali, fejn wieħed ikollu stampa iktar ċara dwar ir-'requirements' u l-interpretazzjoni vera tal-liġijiet ta' l-UE.