B'riferenza għal Export Fund għal prodotti tal-biedja, jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat u/jew diskussjonijiet preliminari dwar il-format ta' dan il-fund matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Liema huma l-aktar destinazzjonijiet vantaġġjużi għall-prodotti tal-biedja lokali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed issir diskussjoni u konsultazzjoni ma l-awtoritajiet konċernati dwar l-Export Fund.
Sal-lum l-aktar destinazjoni vantaġġjuża għall-patata ta' Malta hija l-Olanda.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7030, Seduta Nru. 105?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant imissu jaf li din il- mistoqsija parlamentari 7030 tas-seduta 105 DIĠA ĠIET IMWIEĠBA fis-seduta 118 u cioe f' mistoqsija parlamentari numru 7423.
Jista' l-Ministru jispjega kemm kien jew huwa l-kalkolu tiegħu ta' sussidju għall-biedja u sajd mill-pre-accession funds? Kemm fil-fatt huwa l-vot tal-pre-accession funds għall-agrikoltura?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għal dan il-paragrafu fil-"Malta" 1999 Accession Partnership."
"Financial assistance from the year 2000 will be determined once the draft regulation on pre-accession finance adopted by the commision on........... has been decided by the Council. Under these national allocations, Malta will also be able to fund part of its future participation in community programmes"
B'riferenza għall-protokoll bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-biedja u sajd, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm matul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (BORG, JOE)
Peress li l-imsemmi Protocol jaqa` taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru ta` l-Agrikoltura u Sajd, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8110, Seduta Nru. 132, jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija sa Settembru 1999 u għall-istess perjodu 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9763
-------------------------------------------- --------
In-numru ta' self-employed bejn Mejju u Awwissu 1999 kien hekk:
XHUR TOTAL SELF-EMPLOYED
Mejju 1999 15,372
Ġunju 1999 15,408
Lulju 1999 15,385
Awwissu 1999 15,430
In-numru ta' self-employed bejn Ġunju u Settembru 1998 kien hekk:
XHUR TOTAL SELF-EMPLOYED
Ġunju 1998 15,435
Lulju 1998 15,447
Awissu 1998 15,428
Settembru 1998 15,381
Din l-informazzjoni tiġi ppublikata minn żmien għal żmien miċ-Ċentru Uffiċjali ta' l-Istatistika f'News Releases
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar Ta' Qali Crafts Centre u ċioe mistoqsija parlamentari numru 8102, Seduta Nru. 131
Min huwa responsabbli sabiex jeżamina dan il-proġett u x'għamel s'issa?
Response (BONNICI, JOSEF)
S'issa l-M.D.C. u l-Awtorita ta' l-Ippjanar għamlu l-evalwazzjoni tal-problemi li jistgħu jinqalgħu fl-eżekuzzjoni tal-proġett u fformulaw proposti li jistgħu jagħmlu l-proġett aktar fattibbli fl-interess tal-inkwilini kollha tal-villaġġ. Dawn il-proposti fil-preżent qed jiġu diskussi fi ħdan il-Ministeru tiegħi bil-għan li sussegwentement iservu bħala bażi għal taħdidiet mal-partijiet kollha interessati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb/jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 7020?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bi tkomplija mar-risposta mogħtija fl-24 ta' Mejju 1999, għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7020 ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta' Mejju 1999 sa 30 ta' Settembru ta' l-istess sena il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabet impjieg lill-37 persuna li l-eta tagħhom hija minn 48 sena 'l fuq. Il-Korporazzjoni hi mpenjata biex tkompli tipprovdi s-servizz indirizzat lil dawk li għandhom 'l fuq minn 40 sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ir-revenue mill-Beef Intervention Scheme f'ċifra ta' flus matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Kemm kien is-sussidju tar-raħħala għall-istess perjodu?
Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għal perjodu tas-sena preċedenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur tal-laħam taċ-ċanga li nbiegħ taħt il-'Beef Intervention Scheme' matul ix-xhur ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru kien ta' Lm65,787 fis-sena presenti, waqt li fis-sena 1998 kien ta' Lm147,276.
Is-sussidju li jinħareġ għax-xiri ta' ċanga minn għand il-produtturi huwa ta' madwar 75 cents kull kilo, dan is-susidju jvarja skond l-ammont ta' karkassi maħduma fl-emerġenza u skond kemm ikun nqatlu għoġiela.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6874 dwar tindif tal-widien li kienet saret f'Mejju li għadda, jista' l-Ministru jaġġornani bl-iżviluppi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kif diġa' spjegajt f'Mistoqsija Parlamentari Numru 9163 (Seduta 139), dan ix-xogħol huwa responsabbilta' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' spezzjonijiet li saru mid-dipartiment bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena sabiex f'pajjiżna jkun assigurat li s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tkun dejjem imħarsa?
Kemm tressqu kumpanniji privati l-Qorti matul l-istess perjodu għaliex ma obdewx id-direttivi li ngħatawlhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perjodu ndikat mill-Onor Interpellant, saru 525 spezzjoni ta' postijiet ta' xogħol mill Health and Safety Unit.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija u/jew ċittadinanza doppja bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti fil-mument?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li ħadu ċ-ċittadinanza Maltija bejn Jannar u Settembru ta` l-1999, kien ta` 63 permezz ta` reġistrazzjoni, u ta` 49 permezz ta` naturalizzazzjoni.
Bħalissa hemm madwar 300 applikazzjoni li għadhom qed jiġu pproċessati.
Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli Interpellant għall-fatt li, dwar ċittadinanza doppja, ir-rwol tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates huwa li jikkonferma, meta ssirlu talba, li l-persuna konċernata tista` żżomm żewġ ċittadinanzi: dik Maltija u l-oħra li tkun ottjeniet b`riżultat ta` emigrazzjoni.
Bejn Jannar u Settembru ta` l-1999, id-Dipartiment ħareġ 263 konferma f`dan is-sens, filwaqt li hemm 35 talba li għadhom qed jiġu pproċessati.
Jista' l-Ministru jara li fix-xhur li ġejjin tiġi rimedjata l-problema tal-bdiewa u raħħala li l-uċuħ u l-irziezet tagħhom għaddew f'idejn il-gvern wara li l-gvern xtara l-art mingħand il-knisja?
Peress li bl-investiment li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista meta xtara din il-proprjeta' kien ikkalkolat li l-prezz ta' kull tomna raba' li jrid idaħħal il-gvern huwa ta' madwar Lm20 jew Lm28 il-tomna, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'sar matul dawn l-aħħar 12-il xahar u ċioe' xi prezzijiet se jitlob il-gvern għal raba u rziezet imqabbla għand il-bdiewa u raħħala?