Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9876 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Prezz ta' frott

Question

Peress li ssemma kemm-il darba f'rivisti lokali li l-prezz ta' kilo tuffieħ u larinġ f'pajjiżi ta' l-UE huma ferm ogħla minn dawk f'Malta, jista'l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-prezz ta' dawn il-prodotti jkunux suġġett għall-għoli ta' prezz bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jista' l-Ministru jgħid x'impatt ikollu dan fuq il-familji u ċittadini ta' dħul żgħir bħal pensjonanti, eċċ.?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-prezz al-frott mhux biss ivarja skond l-istagun izda jvarja ukoll skond il-kwalita tal-prodott. Mhux it-tuffieh u l-laring kollu l-istess. Differenza apparenti fil-prez ta' kilo frott tista' tkun priniċipalment ir-riżultat ta' differenza fil-kwalita tal-frott. Għalhekk wieħed irid joqgħod attent ħafna fil-paragun li jkun qiegħed jipprova jagħmel. Barra minn hekk, il-prezz ta' kilo tuffieħ jew ta' kilo larinġ għall-konsumatur ivarja ħafna minn belt għall-oħra, anki fl-istess Unjoni Ewropea (ngħidu aħna bejn Catania u Stokkolma). Fil-verita, diffiċli ħafna biex wieħed jitkellme dwar prezz tipiku għall-larinġ u għat-tuffieħ, fl-Unjoni Ewropea. Għal dawn ir-raġunijeit, diffiċli ukoll li wieħed ibassar konklussivament il-prezz tal-larinġ u tat-tuffieħ f'Malta, minn hawn u tlieta jew erba' snin oħra, fil-każ ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #9877 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE

Question

Peress li ntqal li l-prezz attwali tal-butir jgħola bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi stħarriġ sar mid-dipartimenti konċernati dwar dan il-fatt? Jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa l-familji u ċittadini bi dħul żgħir fil-gżejjer tagħna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa wieħed diġa jista' jsib għall-bejgħ f'Malta kwantitajit kbar ta' butir manifatturat fl-Unjoni Ewropea, prinċipalment impurtat mill-Irlanda. Għalhekk, is-sħubija eventwali ta' Malta fl-Unjoni Ewropea mhux maħsub li ser iġġib xi bidla drastika fl-importazzjoni ta' dan il-prodott. Fl-istess waqt wieħed irid isemmi ukoll li, mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, għandhom jitneħħew il-levies preżenti fuq il-margarine, li għandhom iwasslu għal roħs fil-prezz ta' din il-familja ta' prodotti. Globalment, għalhekk, mhux mistenni li jkun hemm xi varjazzjoni partikolari fl-ispiża għall-konsumatur.
Leg 9 PQ #9878 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Zokkor

Question

Peress li rriżulta f'diversi stqarrijiet u diskorsi, eċċ li z-zokkor importat f'pajjiżna jkollu jgħola bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra xi stħarriġ għamel d-dipartiment sabiex ikun stabilit dan il-fatt? Jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istħarriġ? Jista' jgħid kemm tkun il-levy fuq zokkor importata barra mill-Unjoni Ewropea jekk u meta nsiru membri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-pożizzjoni preżenti, iżda diffiċli li wieħed ibassar x'ser jiġri minn hawn uftit snin oħra. Dan għaliex bħalissa wieħed jista' jara moviment qawwi fi ħdan il-World Trade Organisation) sabiex il-proċess ta' liberallizzazzjoni jiġi estiż ukoll għas-settur agrikolu. Hemm ħafna li qed ibassru bidliet, anki radikali, f'dan il-qasam li jistgħu iwasslu, fi żmien qasir, għal tnaqqis sostanzjali fit-tariffi imposti mill-Unjoni Ewropea għall-importazzjoni ta' zokkor minn pajiiżi oħra.
Leg 9 PQ #9879 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Eurosun Ltd. — Impjegati

Question

B'riferenza għall-korrispondenza li l-Ministru kien irċieva mill-Eurosun Ltd., jista'l-Ministru jinforma bl-iżvilupp u cioe' dwar l-100 ħaddiema li hemm mhedda li jitilfu l-impjieg kemm-il darba ma jitteħdux il-miżuri proposti mill-imsemmija kumpannija?

Response (BORG, TONIO)

Il-ħinijiet ta` ftuħ u għeluq ta` ħwienet hija materja li ma taqax taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru ta` l-Intern, iżda dak tal-Politika Soċjali.

Pensjonanti

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonijiet taħt il-kategoriji A, B u C fil-mument f'Malta u f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jipprovdix għall-pensjonijiet taħt il-kategoriji A, B u C kif indikat mill-Onor. Interpellant. Għaldaqstant qed nassumi li qed jirreferi għar-rati sħaħ u dawk mnaqqsa illi jitħallsu bħala pensjonijiet b'rati fissi taħt l-iskema kontributorja. Ir-rata ta' dawn il-pensjonijiet tiddependi mill-medja ta' kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati minn sena għal sena matul il-perjodu applikabbli skond it-tip ta' pensjoni. Fejn din il-medja tkun ta' ħamsin fis-sena titħallas pensjoni bir-rata sħiħa. Fejn il-medja tkun anqas min ħamsin titħallas rata ta' pensjoni mnaqqsa skond l-iskali ta' medja kif jidhru fit-tabella ta' hawn. F'din it-tabella qed nuri wkoll it-tip ta' pensjoni u n-numru ta' pensjonanti f'kull kategorija. Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika skond il-lokalita. Tip ta' medja ta' kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati minn sena għal sena. RATA SĦIĦA RATI MNAQQSA U NUMRU TA' PENSJONANTI F'KULL KATEGORIJA 50 49 - 40 39 - 30 29 - 20 F'każ tal-pensjoni taż-żewġ terzi fejn il-medja tkun ħamsin il-pensjoni titħallas bir-rata sħiħa, fejn il-medja tkun anqas ir-rata hi marbuta direttament mall-medja. NUMRU TA' PENSJONANTI TIP TA' PENSJONI RATA SĦIĦA RATA MNAQQSA Żewġ Terzi 9,491 1,148 + 684 + 322
Leg 9 PQ #9887 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

FOI — Rapport

Question

Peress li riċentement intqal f'ġurnal lokali bl-Ingliż li r-rapport ta' l-FOI li kien sar fl-1989 minn awturi li llum għandhom pożizzjoni ewlenija fl-MIA, BOV u NTOM għadu valudu u cioe' li se jkun hemm żieda fil-prezzijiet tal-konsumatur u li tintilef il-kompetittivita' ta' l-industrija lokali, inkluż tal-biedja lokali, jista' l-Ministru jgħid fejn kienu żbaljati l-kalkoli ppubblikati fil-pubblikazzjoni ta' l-FOI "Malta at the cross roads" ta' dawk l-awturi peress li l-gvern qed jgħid il-kuntrarju ta' dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-pubblikazzjoni 'THe EC: Malta at the Crossroads', ikkordinata mill-MISCO f'isem il-Federazzjoni tal-Industrija u ppubblikata f'Settembru 1998. Kontra dak li timplika l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, il-pubblikazzjoni fuq imsemmija tipprevedi prezzijiet orħos għall-konsumatur Malti fil-każ ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea. F'paġna 54, paragrafu 1.2.2 insibu speċifikament: 'Prices in the MAlta market will be pushed downwards as a result of increased competition both due to a wider range of products all competing for a share of a fixed consumer income, and secondly because the reduced import duties as well as EC regulations on competition will erode any existing pricing arrangements adopted by local manufacturers.' Il-Pubblikazzjoni tistenna li l-proċess ta' liberalizzazzjoni (prinċipalment it-tneħħija tal-levies) jista' jġib miegħu xi problemi għal ċerti oqsma tal-manifattura li jeħtiġilhom jilħqu livell iktar għoli ta' effiċjenza jew jiddiversifikaw il-produzzjoni tagħhom. Minn naħa l-oħra, l-istess pubblikazzjoni, titkellem dwar il-prospetti ġodda għall-industrija Maltija li għandhom jirriżultaw minn aċċess sħiħ għas-suq tal-Unjoni Ewropea. Fuq kollox, il-pubblikazzjoni tisħaq fuq il-periklu serju għall-industrija tal-manifattura f'Malta kieku pajjiżna kellu jibqa barra mill-Unjoni Ewropea. Skond l-istess pubblikazzjoni, id-diskors dwar l-agrikoltura huwa wieħed iktar kompless. Iżda naki f'dan il-qasam, il-konklużjoni tal-MISCO kienet li, filwaqt li 's-sħubija fl-Unjoni Ewropea ser iġġib magħha l-bżonn ta' ristrutturazzjoni fis-settur agrikolu, dan ser jimplika ukoll opportunitajiet kbar għall-iżvilupp, fil-futur, ta' dan is-settur. Fl-aħħar ta' min jiftakar li, meta ħarġet il-pubblikazzjoni li għamel riferenza għaliha L-Onorevoli Interpellant; jiġifieri fl-1988, bosta pajjiżi (bħal Ungerija, Polonja, Repubblika Ċeka/Slovakkja, Latvia, Estonia, Litwanja, Bulgarija, Rumania u Slovenia) kienu għadhom wara 'il-purtiera tal-ħadid'. Illum dal-pajjiżi kollha qed iħabbtu il-bieb sabiex jidħlu fl-Unjoni Ewropea għaliex jaraw f'dan il-pass l-ikbar garanzija għal ġejjieni tagħhom.
Leg 9 PQ #9779 Sitting 179 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Applikazzjoni quddiem l-PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex matul it-12-il xahar li ġejjin jwettaq xogħlijiet ta' żvilupp? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-proġetti ta' dawn it-talbiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kien hemm applikazzjonijirt pendenti għand l-Awtorita ta' l-Ippjanar fuq sezzjonijiet differenti tal-proġett ta' Wied il-Qlejja. M'għandniex informazzjoni f'liema stadju waslu dawn l-applikazzjonijiet
Leg 9 PQ #9780 Sitting 179 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Rabat — Club tal-football

Question

Peress li d-dilettanti kollha tal-football fir-Rabat jixtiequ li l-club tagħhom ikollu titolu uffiċjali għall-faċilita' tal-ground tal-football ta' l-Imtarfa sabiex il-club Rabti jkun bħal bqija tal-clubs l-oħra li jgawdu din l-opportunita', jista'l-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri meħtieġa? Peress li din it-talba u xewqa tal-komunita' Rabtija ilha pendenti s-snin, jista'l-Ministru ġentilment jifhem l-importanza tagħha u jirrimedja bl-azzjonijiet meħtieġa mill-aktar fis possibbli qabel ma jkompli jkun tard wisq? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jwaqqaf kummissjoni bejn id-Dipartiment ta' l-Isport, id-Dipartiment ta' l-Artijiet u ta' l-Awtorita' tad-Djar sabiex tinqata' din il-problema li ilha pendenti sa minn meta Rabat bdew jużaw din il-faċilita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Klabb ta' Rabat Ajax ma għandux titlu tal-ground tal-football ta' l-Imtarfa għar-raġuni li għadu ma jistax jintlaħaq ftehim ma' l-Awtorita` ta' Djar fuq l-ammont tal-kirja ta' din il-Faċilita`. Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi t-talba tiegħu għal aktar tagħrif lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #9781 Sitting 179 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Furnara — Pitrolju - Sussidju

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa s-sussidju fuq kull litru pitrolju li jużaw il-furnara? Meta se jitneħħa dan is-sussidju u kemm huwa kkalkolat li se tgħola l-ħobża minħabba dawn il-miżuri li l-Gvern Malti se jieħu sabiex jakkomoda l-interessi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-pitrolju li jużaw il-furnara ma fih ebda sussidju. Ta` min jgħid li s-sussidju fuq il-pitrolju wżat mill-furnara kien ta` 7c5 kull litru. Dan is-sussidju kien ingħata peress li bejn Novembru 1997 u Diċembru 1998 il-prezz tal-pitrolju kien żdied minn 10c għal 17c5 kull litru. B`seħħ minn Jannar 1999, il-prezz roħos għal 12c5 u s-sussidju ma baqax jingħata. Peress li m`hemmx sussidju x`jitneħħa, it-tieni parti tal-Mistoqsija hija superflua.
Leg 9 PQ #9797 Sitting 179 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għammieri — Farm esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8450?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant messu jaf illi r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8450 TIĠA ĠIET MOGĦTIJA f'seduta numru 141.
Leg 9 PQ #9798 Sitting 179 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet storiċi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numru 7914 u 8279?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 8279.
Leg 9 PQ #9860 Sitting 179 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni ta' patata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8559 tat-30 ta' Ġunju, 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ispejjeż tat-trasport fuq l-ewwel 471 tunnellata patata esportata f'dawn l-aħħar tlett snin huwa stmat li kienu jikkonsistu:- 1999 - Lm19,460 1998 - Lm22,143 1997 - Lm28,500 Dan ifisser li l-ispiża għas-sena 1999 hija ta' madwar 14% inqas mis-sena 1998 kifukoll hija inqas b'madwar 46% meta mqabbla mas-sena 1997.
Leg 9 PQ #9773 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Taxxa

Question

Peress li l-Ministru ċaħad li l-CAP ukoll tfisser taxxa fuq il-familji tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid fejn hija żbaljata l-OECD meta tgħid li kull familja ta' erbgħa fl-Unjoni Ewropea tħallas madwar Stg 20 fil-ġimgħa għat-taxxi fuq l-agrikoltura u fuq prezzijiet ta' l-ikel?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-CAP tfisser solidarjeta' mal-bdiewa. L-OECD tirrikonoxxi dan speċjalment minnħabba l-"multifunctionality" tal-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #9774 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sħubija

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformani x'kienu r-raġunijiet li madwar 20,000 bidwi fir-Renju Unit mistennija jfallu din is-sena minħabba l-CAP?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-sitwazzjoni fl-Agrikoltura fir-Renju Unit hija kompletament Differenti minn dik f'Malta, għaldaqstant is-sitwazzjoni fir-Renju Unit hija irrelevanti għal-dik f'Malta. Skond rapport tal-OECD id-daqs medju tal-farms fir-Renju Unit f'dawn l-aħħar 20 sena żdiedet minn 68 ettaru (612 tumoli) għal 73 ettaru (657 tumoli). Dan ifisser lu huwa żbaljat li tgħid li xi bdiewa ifallu minħabba l-CAP. Ta' min ifakkar li l-agrikoltura fir-Renju Unit għada kemm sofriet ħafna minnħabba l-Marda tal-BSE jew kif mgħarufa il-"Mad Cow".
Leg 9 PQ #9775 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ASM

Question

Peress li l-ASM m'għandiex titolu uffiċjali għall-korsa, jista' l-Ministru jirrimedja bl-arranġamenti meħtieġa? Peress li din it-talba ilha pendenti sa mill-1985, jista' l-Ministru jikkonsidra jwaqqaf kummissjoni sabiex din il-problema tiġi rimedjata u l-ASM tkun aktar soda ħalli tagħmel l-investiment meħtieġ sabiex jogħla l-livell ta' dan l-isport f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar qed topponi t-talba għal titlu legali a favur l-Assoċjazzjoni Sports Muturi (ASM) fuq l-art preżentement użata mill-istess Assoċjazzjoni għar-raġuni li l-applikazzjoni pendenti ma tissodisfax il-kriterji u l-kundizzjonijiet imposti mill-liġi.
Leg 9 PQ #9776 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti b'diżabilita' li fl-istaġun skolastiku 1999/2000 se jattendu fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern u tal-Knisja? X'faċilitajiet se jkollhom dawn l-istudenti sabiex ikun assigurat li jiġu ntegrati mal-bqija ta' l-istudenti sħabhom? Kemm saru laqgħat preparatorji mal-ġenituri u l-għalliema ta' dawn l-istudenti u x'kienu l-konklużjonijiet finali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti b'diżabilita` li fis-sena skolastika 1999/2000 ser jattendu fl-iskejjel primarji u sekondarji statali huma kif ġej: Stat Knisja Total Skejjel 66 Kinder 4 Kinder 70 Primarji 328 Primarji 86 Primarji 414 Skejjel 83 13 98 Sekondarji Total 477 103 580 Fil-waqt li l-proċess fih innifsu għandu l-għan li jintegra lill-istudenti kollha, l-livell ta' faċilitajiet u servizzi offruti jiddependu mill-bżonnijiet partikulari ta' l-istudenti u biex dawn ikunu jistgħu jsegwu programm edukattiv effettiv skond il-potenzjal tagħhom. Il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva kien talab lill-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni fl-Universita` biex tagħmel MAPS lil studenti bi bżonnijiet speċjali u li kienu se jgħaddu mill-iskejjel primarji għall-iskejjel sekondarji. Waqt dawn il-laqgħat, sew il-ġenituri kif ukoll l-għalliema u l-facilitators iddiskutew x'inhuma l-bżonnijiet tat-tfal. Informat li l-MAPS ittieħdet in konsiderazzjoni fit-tqassim ta' support staff lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali. Madanakollu mhux dejjem ikun possibli li l-ġenituri jkunu mgħarrfa min ikun se jagħti support lit-tfal tagħhom. Fl-aħħarnett informat ukoll li fil-bidu tas-sena skolastika l-ġenituri ta' studenti b'diżabilita` jiddiskutu ma' support staff il-bżonnijiet tat-tfal tagħhom.
Leg 9 PQ #9777 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Nazzjonali ta' l-Isparar bil-Plattini

Question

B'riferenza għat-talbiet pendenti ta' l-Għaqdiet Nazzjonali ta' l-Isparar bil-Plattini u sewqan bil-Muturi u l-Karozzi fi tracks lokali għal sportivi żgħażagħ taħt it-18-il sena, jista' l-Ministru jinformani xi żviluppi kien hemm wara dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm saru laqgħat dwar din in-natura u ma' min saru dawn il-laqgħat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kemm is-Segretarjat Parlamentari kif ukoll il-Ministeru ma rċieva ebda talba speċifika mill-Għaqdiet Nazzjonali ta' l-Isparar bil-Plattini u Sewqan bil-Muturi u Karozzi rigward il-prattika ta' l-isport tagħhom minn sportivi żgħażagħ ta' taħt it-18. Informat ukoll li l-kwistjoni ta' xi forma ta' liċenzja għall-prattika ta' sparar minn żgħażagħ taħt it-18 f'kompetizzjoni jew taħriġ sportiv qegħda tkun kunsidrata fl-abbozz ta' liġi li għandu jirrevedi l-Ordinanza ta' l-Armi. Rigward is-Sewqan bil-Muturi u l-Karozzi, bħalissa qegħda titħejja politika li għandha tindirizza l-issues kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dawn id-dixxiplini sportivi.
Leg 9 PQ #9778 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Ċimiterju

Question

B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tal-Mellieħa sabiex jiġi estiż iċ-ċimiterju tal-lokal, jista' l-Ministru jinformani x'inhija s-sitwazzjoni wara dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jistudja l-possibilita' li minflok estenzjoni taċ-Ċimiterju eżistenti, jiġi rihabilitat iċ-Ċimiterju tal-Militar fl-istess lokal. Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 8366 dwar l-istess suġġett, ninfurmah ukoll li bħalissa d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jistenna d-deċiżjoni finali tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar abbozz tal-pjan għall-Majjistral ta' Malta li tinkludi wkoll konsultazzjoni dwar dan iċ-Ċimiterju.
Leg 9 PQ #9767 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pixxispad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qabda tal-pixxispad u l-prezz medju għall-istaġuni 1997, 1998, 1999? Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul għas-sajjieda mill-pixxispad fis-snin 1995 u 1996?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni DIĠA ĠIET MOGĦTIJA fir-risposta tad-domanda parlamentari numru 8130 ta' l-istess interpellant.
Leg 9 PQ #9768 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dulliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni u l-prezz medju għad-dulliegħ għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba hija; Sena Kgs. Lm Avr.(cents) -------------------------------------------------- --- 1999 2,318,406 339,229 14.63 1998 2,98 8,065 274,915 9.20 1997 2,440,062 336,695 13.80 1996 2,5 36,171 310,615 12.25 1995 2,631,440 342,814 13.02