Peress li fl-iskola primarja A tar-Rabat, Malta jirriżulta li hemm familji li mhux jibgħatu lill-uliedhom l-iskola għaliex qed jistennew li jkun hemm il-facilitator sabiex jassisti lill-uliedhom waqt il-lezzjonijiet, jista' d-dipartiment jara li dan il-bzonn jiġi rimedjat?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qiegħdha fil-proċess li tirrekluta impjegati każwali biex tagħti dan is-servizz.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8852 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn Lulju u Settembru tal-1999 kien hemm 1,322 persuna li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol.
FUQ IL-35 SENA
--------------
Irġiel Nisa TOTAL
545 81 626
TAĦT IL-35 SENA
---------------
Irġiel Nisa TOTAL
658 38 696
Fil-perjodu msemmi mietu tlett persuni wara inċidenti li ġraw fuq il-post tax-xogħol.
Peress li jirriżulta li hemm ħaddiema mad-Dipartiment ta' l-Artijiet fil-Baviera li għandhom permessi speċjali sabiex jidħlu fis-6.15 a.m. u joħorġu lura fit-8.20 a.m., jista'l-Ministru jgħid għaliex qed jingħata dan il-permess? Kemm fil-fatt huma l-ħaddiema li għandhom dawn l-arranġamenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma jirriżultalix li hemm xi ħaddiema mad-Dipartiment ta`
Peress li residenti ta' Għar Barka, Rabat, Malta, ilhom is-snin jistennew li jsiru l-kuntratti uffiċjali ta' plots/proprjeta' tagħhom, jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana x'sar matul dawn l-aħħar 12-il xahar sabiex jitħaffef il-proċess u jsiru dawn il-kuntratti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn naħa tagħha l-Awtorita' tad-Djar ħarġet skema li qabel ma kienetx teżisti, biex min bena d-dar tiegħu fuq plot li sa issa l-Gvern għad ma għandux it-titolu legali fuqha jista' jifdi iċ-ċens tal-plot b'rata sussidjata, biex b'hekk, il-benefiċjarju jieqaf mill-ħlas taċ-ċens. Rigward il-proċess għall-akkwist tal-art, dan isir min dipartiment li ma jaqgħax taħt id-dekasteru tiegħi.
Peress li l-prezz tat-tadam għall-ipproċessar fl-Italja din is-sena kien ta' 3c2m minnhom 2c huma sussidjati mill-UE għall-ipproċessar, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li jkun il-prezz tad-tadam għall-bdiewa Maltin u Għawdxin jekk u meta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-ministeru qed jagħmel dan l-analisi?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant jmissu jaf li l-prezz tat-tadam jiddependi mis-suq, mill-varjeta', mill-kwalita' u minn diversi fatturi oħra. Għaldaqstant din il-mistoqsija hija frivola.
Peress li l-prezz tal-prodott tal-patata għall-bdiewa fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea f'Settembru li għadda kien ta' 5c-il kilo fir-Renju Unit, u 3c4m fil-Ġermanja, jista' l-Ministru jgħid kemm huma kkalkolat li jkun il-prezz medju ta' dan il-prodott bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant jmissu jaf li l-prezz tal-patata jiddependi mis-suq, mill-varjeta', mill-kwalita' u minn diversi fatturi oħra. Għaldaqstant din il-mistoqsija hija frivola.
Peress li l-prezzijiet tal-majjal fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea għall-produtturi f'Settembru kienu ta' 55c fir-Renju Unit, 56c fil-Ġermanja, 47c fl-Olanda, 49c fil-Belgium, 59c fi Franza, 65c fl-Italja, 50c fid-Danimarka, 49c fl-Irlanda u 53c fi Spanja, jista' l-Ministru jgħid kemm huma kkalkolat il-prezz tal-majjal għar-raħħala Maltin bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien il-prezz tal-majjal għall-produtturi Maltin għax-xahar ta' Settembru ta' din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-prezz tal-majjal għall-produtturi Maltin huwa skond il-'Price Order No:16'.
Nemfasizza lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-value added fuq il-processing, jiġifieri mill-qtil sal-prodott finali, huwa baxx, il-prodott Malti ikun jista' jikkompeti ma dak ta' l-Ewropa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema każwali li saru tal-post matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?
F'liema grad saru tal-post dawn il-ħaddiema każwali u għaliex uħud oħra ma sarux jekk huwa l-każ?
Meta fil-fatt se jsiru tal-post il-ħaddiema każwali fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi ħafna mix-xogħol li jrid isir fuq din il-mistoqsija jrid jinġabar manwalment u huwa wieħed voluminuż, nitlob l-Onor. Membru biex jekk għandu xi każ partikolari jagħmel domanda f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema fil-Freeport mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru, 1999?
Kemm mistenni li jidħlu ħaddiema aktar fil-Freeport fis-sitt xhur li ġejjien u f'liema gradi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn il-15 ta' Settembru 1998 u t-30 ta' Settembru 1999, il-Malta Freeport Corporation Limited impjegat 46 ħaddiem ġdid. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ta' min jgħid li l-ingaġġ ta' ħaddiema jsir skond il-ħtieġa.
B'riferenza għal-laqgħat li saru bejn l-uffiċjali għolja tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-UE dwar is-setturi varji tal-biedja, jista' l-Ministru jinformani ma' liema kooperattivi u għaqdiet tal-bdiewa Maltin u Għawdxin, l-uffiċjali tad-dipartiment iddiskutew l-informazzjoni u l-iżviluppi ta' dawn il-laqgħat?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji eżatt, ċioe' meta saru dawn il-laqgħat mal-koperattiva u l-għaqdiet tal-bdiewa/raħħala lokali dwar dan is-suġġett kif ukoll minn kienu l-membri preżenti ta' l-imsemmija koperattiva u għaqdiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Saru diversi laqgħat ma' l-għassara ta' l-għeneb, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, dwar il-liġi l-ġdida ta' l-inbid li qed tiġi mħejjija biex tieħu post il-liġi antika ta'l-inbid (Att IX ta' l-1969).
Kopja ta' abbozz tal-liġi l-ġdida ntbagħtet lil kull għassar kummerċjali nkluż lill-Koperattiva tal-Bdiewa Produtturi ta' l-Inbid u ntalbu l-kummenti u r-rimarki tagħhom dwar kif dan l-abbozz jista' jaffettwa l-attivita kummerċjali tagħhom.
Laqgħat simili mistennija jsiru ma setturi oħra meta tinħass il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8856 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra.
Inżid ngħid li l-prezz medju għall-dawn it-tlett xhur li għamel referenza għalijhom l-Onor. Interpellant kien ta' 16.35c/kg għas-sena 1999, u 14.14c/kg għas-sena 1998. Dan juri zieda medja ta 2.21c/Kg, żieda ta' madwar 16%.
Dan ir-riżultat juri li l-impenn l'għandu dan il-Gvern f'dan il-qasam qed iħalli l-frott mixtieq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8854 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' fabbriki li ssnesjaw ħaddiema bejn Ġunju u Settembru 1999 kien 68.
Is-sensju xahar b'xahar kienu kif ġej:
Lulju 28
Awissu 20
Settembru 20
---------------
Total 93
Senior Officials and Managers 4
Professionals 1
Technicians and Associate Professions 2
Clerks 6
Services Workers and Shop and Market Sales Workers 6
Craft and Related Trade Workers 18
Plant and Machine operators and assemblers 19
Elementary Occupations 37
Minn 93 persuna li ħadu s-sensja
Sabu xogħol full-time 23
Sabu xogħol part-time 1
___________________________
Total 24
Kumpanniji privati — Ħarsien fuq is-saħħa tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8851 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn Ġunju w Settembru 1999, l-ispetturi tat-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol għamlu dawn l-ispezzjonijiet:
XAHAR SPEZZJONIJIET 'FOLLOW-UP INSPECTIONS'
Ġunju* 29 7
Lulju 75 25
Awissu 57 17
Settembru 43 10
In-numru tal-ispezzjonijiet għax-xahar ta' Ġunju kif mogħti fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8851 jirreferi għal dawk l-ispezzjonijiet li saru sad-data li fiha saret id-domanda parlamentari.
Peress li riċentement iċ-chairman ta' l-MIA f'ġurnal lokali bl-Ingliż irrifera għall-pubblikazzjoni ta' l-FOI ta' l-1989 "Malta at the cross roads" liema rivista tgħid li sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ġġib - nikkwota eżatt - "Severe strain" fuq is-settur agrikolu tal-gżejjer tagħna, u l-fatt li l-Gvern Nazzjonalista u l-Ministeru tal-Biedja qed jgħidu li sħubija sħiħa se ġġib dħul aktar għall-bdiewa u se ssaħħaħ l-ekonomija tal-biedja, jista' l-Ministru jgħid fejn kien u kienu żbaljati d-dikjarazzjonijiet ta' dawn l-awturi li llum għandhom pożizzjoni ewlenija fil-BOV u l-NTOM barra l-MIA?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-UE ġġib opportunitajiet u sfidi għas-settur agrikolu f'Malta. Il-Gvern tiegħi huwa fiduċjuż li l-bdiewa u r-raħħala Maltin lesti jaħtfu l-opportunitajiet u jilqgħu l-isfidi. Għaldaqstant il-Gvern itenni li sħubija se ġġib dħul aktar għall-bdiewa u ser issaħħaħ l-ekonomija tal-bdiewa f'Malta u rikonoxximent għall-"multifunctionality" ta' l-agrikoltura f'Malta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8567 dwar l-Imtarfa Bypass peress li l-Ministru ilu jgħid 12-il xahar li se jieħu l-passi, jista' l-Ministru jippreċiża meta se jsiru x-xogħlijiet, per eżempju, sitt xhur oħra, jew sena oħra?
Jista' l-Ministru jikkonsidra fil-pjanijiet ta' riabilitazzjoni ta' din il-Bypass li ssir side way għal pedestrians peress li ħafna persuni jużaw din it-triq għal passiġġjati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fl-Imtarfa Bypass beda u miexi b`ritmu tajjeb.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8565, jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunellaġġ tal-ħut esportat fl-istess snin rispettivament?
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-prezz medju kull kilo għas-sajjied għat-tonn u għal pixxispad għall-istess snin rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista'l-Ministru jikkonsidra l-fatt li residenti tal-parti ta' isfel ta' Triq Bir Ir-Riebu mid-dar Redentur, li tmiss ma' Triq Pierre Muscat, sa dar Nru. 31, li tmiss ma' Triq Patri G.A. Bonelli, Rabat, minħabba li għandhom l-inkonvenjent li jidħol l-ilma tax-xita fi djarhom, japprovax li jsiru culverts biex jispiċċa dan l-inkonvenjent? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Intepellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġerilu li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista'l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' familji li jirċievu l-benefiċċji taċ-childrens' allowance fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji self-employed, kull sena rispettivament, li rċevew dawn il-benefiċċji u kemm kien in-numru ta' ħaddiema mpjegati u/jew qed jirreġistraw għax-xogħol li rċevew dawn il-benefiċċji fl-istess perijodu sena b'sena?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet is-somma fl-istess perijodu li tħallset kull sena għal dawn il-benefiċċji taċ-childrens' allowance għall-istess kategorija rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W92 fejn l-informazzjoni mitluba hija rigward l-aħħar ħames snin. Mhux possibbli li tinġabar informazzjoni mis-sistema tal-kompjuter rigward familji li kienu jitħallsu qabel dan il-perjodu.
Il-ħlas tal-Allowance tat-Tfal hu marbut mal-kura u l-kustodja effettiva tat-tfal taħt is-sittax-il sena u mad dħul kombinat tal-ġenituri tal-istess tfal. Peress li d-dħul tal-familja f'ħafna każijiet ma jkunx ġej minn sors wieħed jew minn impieg wieħed, jew minn ġenitur wieħed biss, ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistia li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Peress li l-katusi tas-sistema ta' water flooding fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, Għajn Qajjed, l-Imtarfa u Rabat ma tnaddfux, jista' l-Ministru jara li jawtorizza dawn ix-xogħlijiet sabiex ir-residenti u l-pedestrians ma jiffaċjawx inkonvenzjenza minħabba traskuraġni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.