Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11031 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Rimi ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li d-Dipartiment tas-Saħħa ħa azzjoni kontra tagħhom dwar rimi ta' skart u ħmieġ matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa ħa proċeduri legali, kontra mija, tnejn u għoxrin persuna, f'Malta u Għawdex, dwar rimi ta' skart u ħmieġ ieħor, matul dawn l-aħħar ħames snin. L-informazzjoni mitluba hija murija sena b'sena fit-tabella annessa. Numri ta'ċitazzjonijiet sena b'sena dwar rimi ta' skart u ħmieġ ieħor: Malta ___________________________________________ _________________ Sena 1995 1996 1997 1998 1999 Total sa Novembru ________________________________________________ ____________ 28 9 14 20 24 95 ______________________________________________ ______________ Għawdex __________________________________________________ ____ 10 8 7 2 0 27 __________________________________________________ _____ Total 122 __________________________________________________ _____ _______________________________________________

Mellieħa — Xogħlijiet

Question

Peress lli fi Triq id-Denci l-Mellieħa, xogħlijiet fuq is-servizzi ta' l-ilma ma jistgħux jitkomplew għaliex il-formazzjoni tal-livelli ta' din it-triq mhux lesta u għaldaqstant ma jistgħux jitpoġġew il-kanen, jista' l-Ministru jara li jikkordina l-bżonn ta' dawn ix-xogħlijiet u jsiru mill-aktar fis sabiex ir-residenti jkollhom s-servizz ta' l-ilma aċċessibbli fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq id-Denċi hija privata u għalhekk ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant kellu jsir mill-iżviluppaturi li bnew il-postijiet li jagħtu għal fuq din it-triq. Għalhekk tal-parir li dawn l-iżviluppaturi jitkellmu mal-Korporazzjoni ta` l-Ilma biex bejniethom jaraw x`ihnu l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #10913 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Skart — Rimi ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti li saru mid-Dipartiment ta' l-Ambjent lill-pulizija dwar inċidenti li jikkawżaw ċerti persuni bir-rimi ta' skart fil-kampanja matul dawn l-aħħar snin? X'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Infakkar l-Onorevoli Interpellant li l-liġi dwar ir-rimi llegali ta' l-iskart taqa' taħt il-liġi tas-Saħħa u mhux taħt dik tal-Ħarsien ta' l-Ambjent. Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar snin id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma rrapporta l-ebda persuna partikulari fuq rimi llegali ta' skart fil-kampanja. Id-Dipartiment rrapporta kull każ ta' rimi llegali ta' skart li kien a kkonoxxenza tiegħu lill-Pulizija biex jittieħdu l-passi neċessarji. Ma nżammitx statistika fir-rigward. Dwar x'passi ttieħdu, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #10914 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rimi ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li tħarku mill-pulizija għaliex kienu qed jarmu l-iskart fil-kampanja? Kemm huwa n-numru ta'persuni li tressqu l-qorti kontra dan l-abbuż matul dawn l-aħħar ħames snin? X'multi weħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1995 u l-1999, (sal-31 ta` Ottubru), il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 69 persuna in konnessjoni ma` rimi ta` skart fil-kampanja. Dawk li nstabu ħatja weħlu multi li jvarjaw bejn il-Lm10 u Lm50.
Leg 9 PQ #10915 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Craft Village

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-Craft Village f'Ta' Qali, jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi li seħħew? Meta fil-fatt se jiġi ffinalizzat il-proġett ta' dan il-villaġġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 9764 waqt is-Seduta numru 176.
Leg 9 PQ #10916 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Trobbija tal-Majjal

Question

Peress li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea timplika t-tneħħija tal-kwoti tat-trobbija tal-majjal, jista' l-Ministru jinformana kif se ssir din it-transizzjoni mal-produtturi Maltin u Għawdxin? Kemm saru laqgħat mal-produtturi u x'kienet l-opinjoni tagħhom dwar it-tneħħija tal-kwota?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwota tal-majjal jiġu diskussi waqt in-negozjati. Kontrarjament għall-implikazzjoni li qed jistqar l-Onor. Interpellant, il-pożizjoni tal-Ministeru hija li dawn il-kwoti jibqgħu iseħħu.
Leg 9 PQ #10917 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Kosta għas-sajd

Question

Peress li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tiftaħ il-25 mil tal-kosta ta' pajjiżna għal sajd ta' 105,000 sajjied ġejjin mill-pajjiżi tal-Mediterran li huma membru ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformana kif dan se jaffetwa lis-sajjieda Maltin u Għawdxin? Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mas-sajjieda Maltin u Għawdxin dwar dan il-fatt? Kemm saru laqgħat mal-koperattivi tas-sajjieda dwar din il-materja li tista' thedded l-għajxien tas-sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jekk l-Onor. Interpellant diġa jaf illi l-kosta tagħna taħt il-25 mil ser tkun miftuha għall-105,000 sajjieda mill-pajjiżi tal-Mediterran li huma membri ta' l-UE għandu informazjoni avvanzata iktar minn dan il-Ministeru. Il-Ministru jkun f'pożizzjoni li jiddiskuti l-ftuh jew le fl-egħluq tan-negozjati. Laqgħat mas-sajjieda jsiru b'mod regolari minn naha ta' istituzjonijiet differenti bħal ma huma d-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura, il-'Fisheries Advisory Board', l-APEX u l-MIC. Waqt dawn il-laqgħat jiġu diskussi ħafna punti anke dak imqajjem mill-Onor. Interpellant. Infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-għijxien tas-sajjieda jiddependi fuq kemm hemm ħut fil-baħar u dawn fil-preżent imorru sa 200 mil bogħod sabiex ikollhom qbid tajjeb.
Leg 9 PQ #11011 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija ta' l-Għaġin

Question

Peress li l-Industrija ta' l-Għaġin lokali ġiet żvantaġġata bit-tneħħija tal-levy fuq dan il-prodott għaliex ġiet suġġett li tikkompeti ma' prodott importat li huwa ssussidjat mill-pajjiżi ta' l-oriġini għaliex Malta mhux membru ta' l-UE, jista' l-Ministru jintroduċi skema sabiex l-industrija lokali tiġi sussidjata bl-istess sussidju sabiex qabel insiru membri sħaħ ma tkomplix tkun fi żvantaġġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li l-unici levies fuq prodotti tal-ghagin li tnehhew permezz ta` l-avviz legali tas-16 ta` Lulju, 1999, huma dawk il-prodotti li jaqghu taht il-kodici tad-dwana 1902.20 u 1902.30 li jirreferu principalment ghal ghagin (pasta) diga msajjar. Fil-fatt dawn huma prodotti li minn xi zmien ilu diga` kienet qed tinghata regolarment ezenzjoni mil-levy fuqhom ghaliex ma jinhadmux f`Malta. Min-naha l-ohra, ma hemm l-ebda hsieb li jitnehhew il-levies fuq il-prodotti l-ohra kollha ta` l-ghagin li jaqghu taht il-kodici tad-dwana 1902.11 u 1902.19. Mhux qabel ma jkun hemm ftehim reciproku specifiku ma` l-Unjoni Ewropeja u ghalhekk tgawdi wkoll mill-provvedimenti tal-Common Agricultural Policy.
Leg 9 PQ #10901 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Koperattivi Nazzjonali tas-Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif il-Koperattivi Nazzjonali tas-sajjieda ma ġewx involuti fl-iscreening tas-sajd li sar riċentement bejn l-uffiċjali Maltin u ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' l-Ministru jgħid x'riżultat kisbu l-poplu Malti u s-sajjieda billi ma pparteċipawx f'dan il-proċess? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-iscreening report?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta' 'screening' huwa proċess fejn uffiċjali minn naħa taż-żewġ partijiet juru l-qagħda ta' pajjiżhom jew l-unioni ta' pajjiżi li huma jirrapreżentaw. Waqt l-'screening process' ma jkunx hemm preżenza ta' koperattivi, 'producers associations' u sajjieda jew bejjiegħa tal-ħut. L-anqas il-Kummissjoni Ewropeja ma ġabet sajjieda magħha. Fl-'screening process' ma jistax jinkisbu riżultati li l-Onor. Farruga huwa daqsekk ħerqan li jasal għalihom. Fix-xhur li ġejjin għandu jintemm il-process kollu ta' 'screening', isiru d-diskussjonijiet mal-partijiet kollha konċernati u mbgħad jibdew in-negozjati. Huwa wara t-tmiem ta' dawn in-negozjati li nkun f'pożizzjoni li nista' nirraporta lill-kamra u ninforma lill Onor. Interpellant x'riżultat kisbu il-Poplu Malti u s-sajjieda.
Leg 9 PQ #10902 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Islamic Cemetery

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar l-Islamic Cemetery, jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi? Meta se jkomplu l-laqgħat u bejn min matul dawn il-ġimgħat? Jista' jikkunsidra li sa Diċembru li ġej jirrimedja din il-problema li ilha pendenti s-snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa rċieva korrispondenza mill-Awtorita' tal-Ippjanar biex jagħti l-fehmiet tiegħu fir-rigward ta' applikazzjoni mill-`Malta Islamic Welfare Fund' biex jibnu ċimiterju fil-viċinanza tal-Moskeja f'Raħal Ġdid. Bħala riżultat ta' dan, l-applikanti ġew mitluba biex jagħmlu talba mal-Bord tas-Servizzi Ġenerali kif preskritt fil-Liġi. Il-Bord tas-Servizzi Ġenerali sejjer jiddiskuti dan is-suġġett fl-ewwel laqgħa tiegħu fil-25 ta' Novembru 1999.
Leg 9 PQ #10903 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

FAO — Survey

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibbilta' li jsir survey dwar il-bdiewa, sajjieda u raħħala produtturi żgħażagħ tal-gżejjer sabiex fl-okkażjoni tas-sena ddedikata lilhom mill-FAO pajjiżna juri aktar stima lejhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #10904 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rabat — Golf Course

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' bdiewa li kitbu lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jinfurmawh li jridu jibqgħu jaħdmu r-raba' li se ttieħed għall-użu tal-golf course fir-Rabat? X'passi ħa d-dipartiment u xi żviluppi kien hemm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma jirriżultax li xi bdiewa reċentiment kitbu lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jinfurmawh li jridu jibqgħu jaħdmu r-raba indikat għall-użu tal-'golf course' fir-Rabat. Pero ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-passat, u cioe fid-19 t' April 1998, is-segretarju ta' l-Għaqda Bdiewa Progressivi kienu kitbu lill-istess Interpellant (dak inhar Ministru) fejn informah, u nikwota, "Il-bdiewa preżenti għal laqgħa annwali ġenerali li saret il-Ħadd 15 ta' Marzu 1998 qablu li l-Għaqda għanda tħalli fil-liberta lill-bdiewa kollha jiddisponu mir-raba tagħhom kif iridu huma pero li dejjem tħares id-dritt li dawk li jridu jkomplu jaħdmu ir-raba tagħhom jitħallew jagħmlu dan anke jekk ikunu part-time." Kopja ta' l-istess ittra qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jgħaddi l-kummenti tiegħu l-Awtorita ta' l-Ippjanar, li tieħu deċiżjoni dwar dan il-proġett.
Leg 9 PQ #10911 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Ħalib Frisk

Question

Peress li l-ħalib frisk fuq il-kwota jkun suġġett għall-multi jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformana kemm huma dawn il-multi li jeħlu r-raħħala Maltin u Għawdxin jekk jipproduċu ħalib aktar mill-kwota stabbilita? Kemm saru laqgħat mal-KPH dwar din is-sitwazzjoni u x'inhija l-pożizzjoni tal-KPH dwar dan il-fatt?

Response (ZAMMIT, NINU)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qed iħawwad sabiex ibeżża' lir-raħħala mill-Unjoni Ewropeja. Ir-raħħala ma jkunux suġġetti għal ebda multi jekk jipproduċu fuq il-kwota iżda jitħallsu anqas għall-ħalib prodott fuq il-kwota skond kif ikun miftiehem mad-Dairy. Ir-raħħala jitħallsu d-Dairy Premium u l-Premium Suppliments skond il-kwota. Nirreferi l-Onor Interpellant għar-Regolament tal-Kunsill Numru 1255/1999. Konsultazzjoni mal-KPH ser issir fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #10912 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

MRLs — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn id-Dipartiment tal-Biedja u dawk tas-Saħħa dwar l-MRLs? Meta saru u xi żviluppi kien hemm? X'mistenni jsir fix-xhur li ġejjin dwar l-MRLs ta' l-Unjoni Ewropea fuq ħxejjex u frott frisk?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diversi laqgħat saru bejn il-Kunsil tas-Saħħa u d-Dipartiment tas-servizzi veterinarji, dwar l-MRL`s. Regolamenti li jikkonċernaw l-MRL`s fil-laħam ġew ippublikati fis-sena 1998. Għal aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett l-Onor. Interpellant jista jirreferi lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Biedja u Sajd.
Leg 9 PQ #10855 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet tal-by-pass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta'persuni ta' taħt il-45 sena li kellhom bżonn l-operazzjoni tal-by-pass minn mindu dawn bdew isiru fl-isptar lokali/San Luqa? Kemm kellha żmien l-iżgħar persuna li f'pajjiżna kellha bżonn din l-operazzjoni u xi programmi jsiru fuq il-postijiet tax-xogħol sabiex tingħata aktar edukazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema dwar din il-kawża? Fejn saru dawn il-programmi matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn April 1995, 50 persuna taħt l-eta` ta` 45 sena saritilhom l-operazzjoni ta` bypass tal-arterji tal-qalb. Tnejn biss kienu nisa. L-izgħar pazjent kien raġel ta` 31 sena li saritlu bypass ta` tlett arterji. L-operazzjonijiet fuq persuni taħt il-45 sena kienu maqsuma kif ġej:- April 1995 - Marzu 1996 14 April 1996 - Marzu 1997 10 April 1997 - Marzu 1998 9 April 1998 - Marzu 1999 9 April 1999 sallum 8 Id-dist ribuzzjoni bl-eta` kienet hekk: ETA Numru ta` Persuni 31 1 32 1 33 - 34 - 35 2 36 1 37 - 38 1 39 6 40 5 41 7 42 8 43 12 44 6 Ma kien hemm ebda programmi diretti ta` edukazzjoni u prevenzjoni ta` mard tal-qalb fuq il-postijiet tax-xogħol f`dawn l-aħħar 12 il-xahar. Dawn il-kampanji huma ndirizzati lill-pubbliku in ġenerali.
Leg 9 PQ #10857 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Libja — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li fil-preżent jinsabu jaħdmu fil-Libja? Kemm kien in-numru ta' dawn il-ħaddiema matul l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, JOE)

Records jew statistika ma jeżistux dwar in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li jaħdmu fil-Libja. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant l-ħaddiema mhumiex obbligati jindikaw lill-Ambaxxata li qed jaħdmu l-Libja. Ħadd ma jirraporta speċifikament lill-Ambaxxata li qiegħed il-Libja.
Leg 9 PQ #10858 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija fil-Libja — Ħaddiema Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin li talbu għajnuna lill-Ambaxxata Maltija fil-Libja sabiex tintervjeni dwar xi problemi li rriżultawlhom matul dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena fil-ħidma tagħhom fil-Libja? X'azzjonijiet ittieħdu?

Response (BORG, JOE)

L-Ambaxxata Maltija fi Tripoli, minn żmien għal żmien ikollha żjarat minn Maltin li jaħdmu l-Libja, dwar għajnuna li jkollhom bżonn matul il-perjodu ta' xogħol fil-pajjiż. Records jew statistika ta' dawn il-viżiti u każijiet għal assistenza ma jinżammux. L-Ambaxxata tagħti kull għajnuna u assistenza possibli lil dawn il-Maltin sabiex issolvi il-problemi li jistgħu jkollhom.
Leg 9 PQ #10893 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta/Libja — Żviluppi

Question

Peress li l-follow-up minutes tas-27 ta' Awissu, 1997 jikkonfermaw żviluppi wara l-protokoll bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tas-sajd, u l-fatt li kellhom jsiru xogħlijiet sabiex jitkattar ix-xogħol fit-tarznari lokali u opportunitajiet ta' mpjiegi oħra fil-Libja għall-ħaddiema Maltin, jista' l-Ministru jgħid x'sar matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #10894 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Malta/Libja — Protokoll

Question

Peress li l-follow-up minutes tas-27 ta' Awissu, 1997 dwar il-protokoll tal-Biedja u Sajd bejn Malta u l-Libja kellhom l-għan li jġibu opportunitajiet oħra relatati ma' l-industrija tas-sajd, jista' l-Ministru jinformani x'kontinwazzjoni kien hemm matul dawn l-aħħar 12-il xahar u ċioe' kemm-il laqgħa saret bejn il-Ministru tas-Sajd Malti u dak Libjan dwar il-kontinwazzjoni ta'dan il-protokoll?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saru diversi laqgħat bejn id-Direttur tas-Sajd u Akwakultura, u uffiċjali oħra ta' dan id-Dipartiment u l-Ministeru flimkien ma uffiċjali tad-Dipatiment tal-Marine Zoology u d-Dipartiment tal-Marine Wealth Libjani. Ir-riżultati ta' dawn il-laqgħat kien ftehim ta' kundizjonijiet ġodda għall-wasla ta' ħmistax-il student għall-kors ta' sena fit-teknika ta' trobbija tal-ħut. Parti minn dawn l-istudenti waslu Malta u qegħdin jagħmlu kors aċċellerat fl-Ingliż.
Leg 9 PQ #10645 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trab tal-ħalib — Importazzjoni

Question

Peress li fil-mistoqsija parlamentari numru 9292, il-Ministru rrifera għal Canary Islands liema gżejjer għandhom struttura ta' industrija tal-ħalib tat-trab u mhux frisk bħal fil-każ tal-gżejjer Maltin, dan ifisser li l-Gvern Malti beħsiebu jġib l-industrija lokali tal-ħalib tiddependi minn dik tat-trab tal-ħalib flok frisk? Peress li l-Canary Islands huma gżejjer ta' Spanja, filwaqt li l-gżejjer tagħna huma tal-Maltin, jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex se tkun ikklassifikata mill-Unjoni Ewropea għal trattament bħal dak tal-gżejjer tal-Canary?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant qed iħawwad. Fil-mistoqsija parlamentari 9292 l-Onor. Interpellant irrefera biss għall-ħalib tat-trab. L-industrija tal-ħalib frisk f' Malta bi sħubija sħieħa tissaħħaħ. Intenni li Malta tinnegozja l-ħtiġijiet tagħha bħala nazzjon u gżira kif fil-fatt hi.