Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa mill-inħawi ta' Ħad-Dingli, Rabat u nħawi oħra li rrapportaw lid-Dipartiment tal-Biedja ħsarat kkawżat mis-silġ li għamel is-Sibt 13 ta' Novembru, 1999?
Kemm kienet stmata l-ħsara kkawżata?
Jikkonsidra l-Ministru li dawn il-bdiewa jingħataw l-istess għajnuna li ngħataw bdiewa oħra ftit tax-xhur ilu li ġarbu ħsarat simili kawża tal-maltemp?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-maltempata tas-silġ li laqtet l-aktar l-inħawi ta' Ħad-Dingli u ta' madwar għamlet ħsara fl-uċuħ lill madwar 40 bidwi.
Din il-ħsara għada qed tiġi stmata.
Fil-ħsara li ġrat fid-19 ta' Novembru 1998 il-bdiewa qed jiġu kompensati biss għal telf ta' strutturi u materjal. Din il-ħsara tas-silġ ta' dan ix-xahar ikkaġunat l-aktar ħsara fl-uċuħ kif ukoll ħsara ta' ftit liri li jammontaw għal madwar Lm700 fi ħġieġ tas-serer.
Qed isiru spezzjonijiet lill dawk il-bdiewa li rrapportaw dawn il-ħsarat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' sajjieda Maltin u Għawdxin fulltime u part-time fil-mument?
Peress li sar l-iscreening tas-sajd bejn id-Dipartiment tas-Sajd u l-uffiċjali ta' l-UE, jista' l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' sajjieda fulltime u part-time tal-pajjiżi membri u kemm minn dawn is-sajjieda ġejjin mill-pajjiżi tal-Mediterran?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-sajjieda full-time huma: Maltin - 250 Għawdxin - 130
Is-sajjieda part-time huma: Maltin - 1315 Għawdxin - 228
L-istati membri ta' l-Unioni Ewropeja ma jikkategorizzawx id-dgħajjes tas-sajd tagħhom f'full-time u part-time u l-kwantita totali ta' sajjieda kienet ikkwotata fid-domanda parlamentari ta' l-istess interpellant nru 10917.
Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li l-Gvern kellu fin-negozjati tiegħu dwar il-każ tas-sajjieda Maltin u Għawdxin li sofrew danni fl-ibħra internazzjonali tar-reġjun tal-Mediterran mis-sajjieda Tunesini?
Meta sar l-ewwel kuntatt uffiċjali bejn iż-żewġ ministri tas-sajd taż-żewġ pajjiżi u meta se jkomplu dawn il-konsultazzjonijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambaxxatur ta' Malta f'Tuneż għamlu r-rapreżentazjonijiet tagħhom lill-uffiċjali għolja tal-Gvern Tuneżin u lill-Ambaxxatur ta' Tuneż f'Malta. Il-Gvern Tuneżin minn naħa tiegħu wiegħed li ser jagħmel verifika tal-fatti irrapurtati u jikkomunika lura ir-riżultati.
Ma saru l-ebda laqgħat bejn il-Ministri rispettivi pero f'April li għadda kienet saret żjara f'Tuneż fejn iltaqgħu iż-żewġ Diretturi tas-Sajd. Il-konsultazzjoni bejn id-Dipartimenti għada għaddejja permezz ta' korrispondenza.
B'riferenza għal każ li nqala' bejn sajjieda Maltin u Tuneżin u l-iżvantaġġ kbir li qed jiffaċċjaw is-sajjieda Maltin u Għawdxin, jista' l-Ministru jinformani x'miżuri temporanji qed jieħu l-Gvern Malti u l-Armata sabiex fiċ-ċirkostanzi jipproteġi l-qagħda kritika li jinsabu fiha s-sajjieda Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Palamentari numru 11478 u nżid ngħid illi meta s-sajjieda Maltin javżaw lill-Malta Radio li ħerġin fuq il-'fishing grounds', il-'Patrol Boats' joħorġu fuq 'Patrol' qrib l-istess 'fishing grounds'. Jiena nemmen li ma jkunx għaqli li nieħdu azzjonijiet bil-mezzi ta' l-armata għax dawn jistgħu jiġu interpretati bħala aggressjoni u jirrovinaw ir-rapport ta' "Buon Vicinat" li jeżisti bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien ta' xulxin.
Inżid ngħid li wara l-inċidenti li saret referenza għalihom, is-sajjieda tagħna ħarġu jistadu fl-istess ibħra mingħajr xkiel.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mal-Ħal Far Groupage Bonded Stores, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 f'seduta numru 192.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mal-Customs Cash Office, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema mhuwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 f'seduta numru 192.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mad-Dipartment ta' l-Inland Revenue, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 f'seduta numru 192.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mad-Dipartment ta' l-Artijiet, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 f'seduta numru 192.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mad-Dipartiment tal-Lottu, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 f'seduta numru 192.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9860, il-Ministru qed jirriferi għall-47 tunnellata Sante' jew Alpha?
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż taż-żewġ esportazzjonijiet ta' l-Alpha u tas-Sante' għall-ewwel 471 tunnellata taż-żewġ varjetajiet?
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt ta' l-esportazzjoni Alpha mill-amministrazzjoni preċedenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-ewwel 471 tunnellata patata ta' Malta li kienet imsiefra din is-sena kienet tal-varjeta Sante'. Għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9860 ma setgħatx ma tikkonċernax din il-varjeta.
L-ispejjeż għall-ġarr tal-patata Sante' u dawk għall-ewwel 471 tunnellata Alpha laħqu Lm19,455 u Lm21,282 rispettivament.
Kif jaf tant tajjeb l-Onor. Interpellant, il-kuntratt preżenti kien iffirmat fil-5 ta' Mejju 1998, jiġifieri qabel ma għalaq dak ta' qablu fejn kawża ta' hekk il-kuntrattur ma kellux jagħmel xi sforzi żejda biex joħroġ ta' raġel lejliet l-għotja ta' kuntratt ġdid, ovjament ħobżu kien diġa maħżun minn sena qabel. Kien għaldaqstant li l-patata dik is-sena ma kisbitx prezzijiet aħjar, peress li diġa kellu l-kuntratt ta' tlett snin ta' wara f'idejh.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Armata ġietx infurmata li l-HSBC (Mid-Med) se jwaqqaf is-servizzi tar-Revenue Security Corps?
Jekk iva, x'se jiġri minn dawn il-ħaddiema u ċioe' fejn se jintbagħtu sabiex iservu l-professjoni tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Armata ma hiex infurmata li l-HSBC se tieqaf tagħmel użu mis-serviżżi tar-Revenue Security Corps.
Peress li l-bunkering li qed isir f'Anchor Bay fil-Mellieħa qed iħammeġ l-inħawi, jikkawża problemi ambjentali u jkun ta' ħsara kbira għas-sajjieda Għawdxin u Mellieħin li jistadu fl-inħawi, jista' l-Ministru jara li l-bunkering isir f'inħawi oħra li ma jkunx daqstant frekwentat mis-sajjieda tal-lokal?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li x-xogħol ta' bunkering li qed issir mill-MOBC fil-bajja msemmija la qiegħed iħammeġ l-inħawi u lanqas jikkawża problemi ambjentali. Ta' min iżid li kemm ilha tagħmel xogħol ta' bunkering tul dawn l-aħħar għaxar snin, l-MOBC qatt ma kellha inċidenit fiż-żoni wżati.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mal-Monti di Pieta', jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigurta lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li f'Awissu 1999, il-Ministeru tal-Finanzi awtoriżża li l-Armata titħallas għas-servizzi ta' sigurta li jagħmlu l-membri tar-Revenue Security Corps mad-Dipartimenti tal-Gvern, b'effett mill-ewwel ta' Jannar 2000. Ma naf bl-ebda theddida għall-impieg ta' dawn il-ħaddiema.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps ma' l-iStamperija tal-Gvern, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwieġħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 fis-seduta ta' llum.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex tħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mal-Malta International Airport, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li membri tar-Revenue Security Corps jagħtu żewġ servizzi fil-Malta International Airport. Wieħed huwa tal-Cash Escort mill-Cargo Section f'isem il-Kontrollur tad-Dwana u dan is-servizz se jħallas għalih l-istess Dipartiment tad-Dwana b'effett mill-1 ta' Jannar 2000. L-ieħor huwa servizz ta' skorta mal-posta. Dan se jieqaf skond arranġamenti ma l-Airport Security Committee u ma jidhirlix li għandhom jixxandru d-dettalji. Hemm xogħol ieħor fi ħdan l-RSC għal individwi li kienu jagħmlu dan ix-xogħol.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9650, jista' l-Ministru jinformani kemm saru laqgħat mal-bdiewa u l-kooperattiv tagħhom kif ukoll mal-Pitkala dwar il-grading skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?
Meta saru u x'punti tqajjmu mill-bdiewa mill-koperattivi u pitkala dwar dawn ir-regoli?
Response (ZAMMIT, NINU)
Konsultazzjoni ma' kull min hu nvolut sejra ssir fi żmien qasir.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9647, il-Ministru fit-tweġiba tiegħu qed jirriferi għall-istrutturi u l-apparat tal-kwarantina lokali li huma konformi ma' l-istandards u liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nikkonferma li l-liġijiet tal-kwarantina u l-kundizzjonijiet ta' l-importazzjoni ta' l-annimali huma simili ma dawk ta' l-Ewropa, jekk mhux iktar stretti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9649, jista' l-Ministru jinformani bir-regoli l-ġodda fuq il-volum u dispożizzjoni tad-demel mill-irziezet tal-majjal li l-produtturi lokali jridu jkunu konformi magħhom bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Kemm se jiswa fis-spejjeż lir-raħħal produtturi tal-majjal f'Għawdex u f'Malta?
Kemm saru laqgħat sabiex ir-raħħala jiġu nformati dwar dawn il-bidliet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li immaterjalment mis-sħubija ma' l-Unjoni Ewropeja, diġa qed jittejbu l-faċilitajiet tad-dispożizzjoni tad-demel mill-irziezet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma fil-fatt ir-regoli, standards minimi u regoli ta' l-iġjene minimi li qed jirriferi għalihom f'mistoqsija parlamentari numru 9646?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn ir-regoli tal-UE?
Saru xi laqgħat ma' dawn il-bejjiegħa tal-ħaxix u frott frisk sabiex jiġu mfissra lilhom dawn ir-regoli minimi ta' standards u iġjene ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-Regolament tal-Kunsill Numru 2200/96 u regolamenti oħra relattivi. Konsultazjonijiet mal-GRTU sejra ssir fi żmien qasir.