Peress li skond ma ġie rrapportat minn Dr Leonard Mizzi f'ġurnal lokali Malta se jkollha diffikultajiet kbar sabiex tiproteġġi l-25 mil tal-kosta fejn huma protetti li jistadu sajjieda Maltin u Għawdxin, jista' l-Ministru jinformani x'inhija l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar din il-problema?
Mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, f'liema laqgħat ma' l-APEX u l-Kooperattivi tas-Sajjieda, il-Ministeru tkellem dwar dan il-punt u x'kienu r-reazzjonijiet tal-kooperattivi tas-sajjieda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tad-domanda parlamentari numru 10917.
Perress li f'ħarġa riċenti ta'l-OECD nikkwota l-kliem eżatt li "the annual monetary value of gross transfers from consumers and taxpayers ta' agriculture produce arising from policy measures creating a gap between domestic market prices and border price of a specific agriculture commodity, measured at the farm gate level" huwa kkalkolat li jiswa lill-familji membri ta' l-UE ta' erba' persuni madwar Lm600 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar 14-il xahar sabiex jiġi studjat kif dan se jaffettwa l-industrija lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-risposta ta' mistoqsija numru 11489 tal-Ministru ta' l-Agrikoltura fuq din il-materja.
Peress li f'ħarġa riċenti ta' l-OECD nikkwota l-kliem eżatt li "the annual monetary value of gross transfers from consumers and taxpayers to agriculture produce arising from policy measures creating a gap between domestic market prices and border price of a specific agriculture commodity, measured at the farm gate level", huwa kkalkolat li jiswa lill-familji membri ta' l-UE ta' erba' persuni madwar Lm600 fis-sena, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi studju sar mill-ministeru tiegħu sabiex jiġi analizzat kif din iż-żieda li ġġib fuq il-familji ta' pajjiżna sħubija sħiħa fl-UE se tolqot il-familji ta' dħul żgħir bħal pensjonanat u persuni li jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma naqbilx mal-premessi li qiegħed jagħmel l-Onor. Membru fil-Mistoqsija tiegħu.
Peress li l-unika bozza li hemm fil-Pjazza tal-Landrijiet, Rabat ilha maqtugħa għal aktar minn erba' ġimgħat, jista' l-Ministru jara li din terġa' tinxtegħel mill-aktar fis possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozza fil-pjazza imsemmija saret fit-18 ta` Novembru, 1999.
B'riferenza għall-korrispondenza datata 8 ta' Novembru, 1999 mill-President Maltese Cultural Association - li ismu qed jintbagħat separatament - jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bil-konsiderazzjoni li għamel l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar dan il-każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Convention of Leaders of Associations of Maltese Abroad and of Maltese Origin qed tiġi organiżżata mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin flimkien mal-Kummissjoni ta' l-Emigranti. L-Uffiċċju tiegħi nforma b'dan lill-President tal-Maltese Cultural Association filwaqt li għadda kopja ta' l-ittra tiegħu lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin għal kunsiderazzjoni tagħhom.
Peress li f'ħarġa riċenti ta' l-OECD, nikkwota l-kliem eżatt, li "the annual monetary value of gross transfers from consumers and taxpayers to agricultural produce arising from policy measures creating a gap between domestic market prices and border price of a specific agriculture commodity measured at the farm gate level" huwa kkalkolat li jiswa lill-familji membri ta' Unjoni Ewropea ta' erba' persuni madwar Lm600 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid għaliex huwa jsejjaħ effetti bħal dawn li ġġib sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fuq il-familji Maltin u Għawdxin, bħala ħrejjef?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi messu jaf illi din il-Mistoqsija Parlamentari DIĠA GĦAMILHA permezz ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 11489 li ġiet imwieġba fis-seduta precedenti. Pero nerġa nikkonferma li hekk huma, xejn ħlief ħrejjef.
Peress li matul dawn l-aħħar 14-il xahar il-Ministru dejjem tkellem fuq ir-riorganizzazzjoni tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll bagħat numru ta' uffiċjali tal-ministeru f'Brussels sabiex din ir-riorganizzazzjoni ssir ukoll skond l-istandards ta' l-UE, jista' l-Ministru jpoġġi r-rapport prelimari u/jew finali li tħejja, jew qed jiġi mplimentat għal dan il-għan?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-'Management Efficiency Unit' ta' l-Ufficju tal-Prim Ministru ġie mitlub sabiex jgħin il-Ministeru fir-riorganizzazjoni skond il-ħtieġa taż-żminijiet tal-lum, u dan irrispettivament jekk inkunx jew le fl-Ewropa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' veterinarji, tekniċi, ħaddiema eċċ li jridu jiġu mpjegati mad-dipartimenti sabiex dan ikun f'pożizzjoni li josserva l-liġijiet, regoli u direttivi ta' l-UE?
X'taħriġ beda jingħata u se jkompli jingħata lill-ħaddiema uffiċjali, tekniċi li llum huma mpjegati mad-dipartimenti rispettivi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Huwa stmat li madwar 28 uffiċjal professjonali u tekniku huma meħtieġa sabiex insaħħu l-operat tal-Ministeru għaż-żminijiet tal-lum, u dan irrispettivament jekk inkunux fl-Ewropa jew le.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien f'ċifra ta' flus is-sussidju fuq il-gwież u l-qamħ li l-gvernijiet Maltin issussidjaw matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni dwar kemm kien is-sussidju fl-istess perjodu fuq il-gwież li Malta bbenefikat għaliex mhix pajjiż ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nissuġġerixxi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li f'ħarġa riċenti tal-OECD, nikkwota l-kliem eżatt li "the annual monetary value of gross transfers from consumers and taxpayers to agriculture produce arising from policy measures creating a gap between domestic market prices and border price of a specific agriculture commodity, measured at the farm gate level" huwa kkalkolat li jiswa lill-familji membri ta' l-UE ta' erba' persuni madwar Lm600 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isejjaħ dawn il-fatti li ġġib sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE fuq il-familji Maltin u Għawdxin bħala ħrejjef?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għax hekk huma, xejn ħlief ħrejjef. L-ispiża ta' l-Unjoni Ewropeja fit-tħaddim tal-'Common Agricultural Policy' għandha titqies biss bħala solidarjeta' mall-bdiewa tal-pajjiżi membri ta' l-Unioni Ewropeja bħala rikonoxximent għall-produzzjoni ta' l-ikel u għaż-żamma ta' l-ambjent. Mingħajr l-inċentivi tal-'Common Agricultural Policy, il-produzzjoni ta' l-ikel tkun ħafna anqas u l-prezzijiet għall-konsumatur ħafna aktar.
Peress li f'Ottubru tas-sena l-oħra l-BBC f'wieħed mir-rapporti li għamel qal li l-CAP qed tiswa lill-familji ta' erba' persuni tal-pajjiżi membri ta' l-UE 20 sterlina fil-ġimgħa, li huma madwar Lm600 fis-sena għall-familji Maltin, jista' l-Ministru jgħid għaliex skond huwa dawn il-fatti huma ħrejjex?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għax hekk huma, xejn ħlief ħrejjef. L-ispiża ta' l-U.E. fit-tħaddim tal-CAP għandha titqis biss bħala solidarjeta' mall-bdiewa tal-pajjiżi membri ta' l-U.E. bħala rikonoxximent għall-produzzjoni ta' l-ikel u għaż-żamma ta' l-ambjent. Mingħajr l-inċentivi tal-CAP, il-prodizzjoni ta' l-ikel fl-Ewropa kienet tkun ħafna anqas u l-prezzjijiet għall-konsumatur ħafna aktar.
Peress li fl-ewwel disgħa xhur tas-sena l-GDP niżel b'kawżi miljun fis-setturi tal-biedja u sajd meta pparagunat mas-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet ta' dan it-telf?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-kontribut tal-Agrikoltura u Sajd għall-GDP huwa stmat li naqas b'Lm700,000 fl-ewwel 9 xhur ta' din is-sena, meta mqabbel ma l-ewwel 9 xhur tas-sena l-oħra. Eventwalment dan setgħa kien ikkaġunat minn bejgħ anqas ta' bajd frisk.
Għall-iżjed dettalji ta' statistika l-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu raġunijiet li l-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sajd Maltin u l-uffiċjali ta' l-UE li flimkien għamlu l-iscreening tas-sajd fil-gżejjer tagħna ma ltaqgħux mal-Koperattivi Nazzjonali li jirrappreżentaw is-sajjieda Maltin u Għawdxin?
Kemm il-laqgħa saret bejn l-uffiċjali Maltin tas-sajd u ta' l-UE sabiex sar dan l-iscreening u jekk saru xi konsultazzjonijiet ma' minn saru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tad-domanda parlamentari numru 10901.
Peress li huwa previst li l-Ministeru tal-Biedja u Sajd se jieħu għajnuna ta' madwar Lm600,000 mill-UE sabiex id-Dipartment tas-Sajd u ta' l-Agrikoltura, l-bdiewa, raħħala, produtturi, sajjieda u l-Agro Industrija jaġġornaw mal-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u CFP, jista' l-Ministru jgħid kif dawn il-flejjes se jitqassmu qasam, qasam u dipartment dipartiment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għall-ewwel darba l-Onor. Interpellant qed jammetti u jikkonferma li l-U.E. tgħin b'mod finanzjarju biex jiġu msaħħa l-oqsma tal-Biedja u Sajd anke fil-perjodu sakemm insiru membri sħaħ.
Bħas-soltu l-figura li kkwota l-Onor. Interpellant ma hiex figura uffiċjali. Tkun xi tkun il-figura, din titqassam skond prijoritajiet li jiġu determinati skond il-ħtieġa.
B'riferenza għall-preparazzjonijiet li jridu jsiru sabiex pajjiżna jkunu konformi mal-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u CFP, jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkulata n-nefqa li l-Gvern Malti jrid jiffinanzja sabiex jimplimenta dawn il-bidliet qabel is-sħubija?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-istess kalkoli tan-nefqa dejjem għall-Gvern Malti wara s-sħubija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din l-informazzjoni tkun tista' tiġi kkwantifikata wara li jitlesta l-'bilateral screening' u wara li jiġu mifthema il-miżuri u l-bidliet kollha li jkunu meħtieġa għall-ġid tal-Biedja u Sajd, liema tibdiliet huma meħtieġa kemm jekk nidħlu u kemm jekk ma nidħlux fl-U.E.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkolata n-nefqa lid-Dipartiment tal-Agrikoltura jenħtieġ sabiex jiżviluppa l-laboratorji tiegħu ħalli jsiru l-analisi tal-ħamrija, ilma, eċċ u l-MRL's fuq il-ħxejjex u l-frott frisk li jipproduċu l-bdiewa Malin u Għawdxin?
Meta fil-fatt se jiġi żviluppat dan ix-xogħol fid-dipartment u fejn se jsir dan l-iżvilupp?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-laboratorju li ħalla warajħ l-Onor. Interpellant huwwa suffiċjenti.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa li l-Gvern Malti jrid jiffinanzja sabiex id-Dipartiment tas-Sajd u tal-Biedja sezzjoni sezzjoni jkun konformi mal-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u CFP li ġew pproġettati mill-5 ta' Settembru tal-1998 'il hawn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din l-informazzjoni tkun tista' tiġi kkwantifikata wara li jitlesta l-'bilateral screening' u wara li jiġu mifthema l-miżuri u l-bidliet kollha li jkunu meħtieġa għall-ġid tal-Biedja u Sajd, liema tibdiliet huma meħtieġa kemm jekk nidħlu u kemm jekk ma nidħlux fl-U.E.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-kalkoli tan-nefqa li ġiet ipproġettata mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn li l-agro-industrija fil-gżejjer tagħna tirrikjedi sabiex tiffinanzja l-investiment meħtieġ sabiex tkun konformi mal-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din l-informazzjoni tkun tista' tiġi kkwantifikata wara li jitlesta l-'bilateral screening' u wara li jiġu mifthema l-miżuri u l-bidliet kollha li jkunu meħtieġa għall-ġid tal-Biedja u Sajd, liema tibdiliet huma meħtieġa kemm jekk nidħlu u kemm jekk ma nidħlux fl-U.E.
Peress li l-anzjana residenti fi Triq il-Knisja l-Qadima, il-Manikata ilha tilmenta sitt xhur sabiex tinbidel il-bozza maqtugħa li hemm ħdejn ir-residenza tagħha, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi ħalli jiġu rranġati l-ħsarat?
Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba ta' din l-anzjana bħala waħda urġenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-hsara li ghaliha qed issir riferenza issewwiet fis-17 ta` Novembru, 1999.
Peress li l-anzjani residenti fi Triq David, l-Imtarfa ilhom jilmentaw li twaħħlu l-arbli tad-dawl sena ilu f'din it-triq bla ma twaħħlu l-bozoz, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli dawn l-anzjani jkollhom dawl adegwat fl-inħawi residenzjali tagħhom?
Jista' l-Ministru jikkonsidra din it-talba bħala waħda urġenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-arbli li hemm fit-triq imsemmija gew installati biex jghaddu l-linji minn fuqhom u mhux ghall-lampi. Madanakollu t-talba ghal aktar dawl qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.