Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu tagħna kemm-il darba jimponi xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mill-pajjiżi membri ta' l-UE bħal butir u dan minħabba l-Integrated Tariffs of the European Communities, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq dan il-prodott importat?
Jista' l-Ministru jgħid kif din se taffettwa l-prezzijiet tal-konsumaturi Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Billi bħal issa fl-ambitu tal-WTO qed jiġi diskuss programm ta' tnaqqis ta' Tariffi ħadd ma jista' jgħid kemm sejra tkun it-tariffa li tkun trid tapplika Malta. Barra minn hekk skond l-istess "Integrated Tariffs of the European Communites" il-prodott ta' ħafna pajjiżi jidħol fl-U.E. bla ma jħallas ebda dazju.
Ta' min jgħid ukoll li ċertu gżejjer bħall ma huma Madeira u Canary Islands għandhom "specific supply measures" sabiex ikunu jistgħu jimpurtaw il-butir bil-prezz tas-suq internazzjonali.
Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu tagħna kemm-il darba jimporta xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mill-pajjiżi membri tal-UE inkluż li tneħħi s-sussidju fuq l-istess prodott bħal fil-każ taż-żejt taż-żebbuġa, u dan minħabba l-Integrated Tariffs of the European Communities, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq dan il-prodott importat?
Jista' l-Ministru jgħid kif din se taffettwa l-prezzijiet tal-konsumaturi Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Billi bħal issa fl-ambitu tal-WTO qed jiġi diskuss programm ta' tnaqqis ta' Tariffi ħadd ma jista' jgħid kemm sejra tkun it-tariffa li tkun trid tapplika Malta. Barra minn hekk skond l-istess "Integrated Tariffs of the European Communities" il-prodott ta' ħafna pajjiżi jidħol fl-U.E. bla ma jħallas ebda dazju.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru dwar l-esportazzjoni tal-majjal matul dawn l-aħħar 14-il xahar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li d-domanda tal-majjal lokalment hija għolja, ma kienx hemm bżonn li jsir l-ebda studju. Fil-fatt ippruvajt insib studju ta' meta kienet saret l-esportazzjoni diżastruża ta' 43 majjal waqt l-amministrazzjoni l-oħra u lanqas dak inhar ma kienet inħasset il-ħtieġa li jsir dan it-tip ta' studju.
Infakkar ukoll li l-istess interpellant, dak iż-żmien Ministru, kellu jesporta 10,000 majjal u mhux 43 majjal. S'hemm kienet tasal il-propaganda vojta u puerili ta' l-istess interpellant.
Peress li riċentement l-Ministru fil-question time wieġeb li produttur tal-poultry se jkun jista' jesporta għaliex jieħu s-sussidju mill-UE, jista' l-Ministru jinfurmana kemm huwa s-sussidju fuq l-esportazzjoni tal-bajd frisk, laħam tad-dundjan u tat-tiġieġ u kemm huwa l-livell ta' prezz li bih il-produttur Malti jrid jikkompeti sabiex fil-fatt jesporta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-regolamenti ta' l-U.E. 2771/75 (bajd) u 2777/75 (tjur) kif emendati bir-regolament 354/96. L-interpellant huwa mitlub jgħid f'liema seduta sar l-imsemmi 'statement'.
Peress li l-Ministru ċaħad li l-UE qed titlob lill-Portugal sabiex inaqqas 20% tal-produzzjoni tat-tadam għal għasir u ċaħad li l-President tal-Portugall ġie rrapportat f'April li għadda li pajjiżu wriet kriżi fl-agrikoltura riżultat ta' sħubija fl-UE, u dan għaliex ivverifika u jew tkellem mal-Ministru tal-Biedja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid jekk għadux jikkonferma din iċ-ċaħda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din l-allegazzjoni ta' caħda hija ġennata oħra bħat-"Taxxa ta' Lm600" li vvinta l-istess Interpellant.
Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu tagħna kemm-il darba jimporta xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mal-pajjiżi membri tal-UE bħal fil-każ ta' l-importazzjoni taz-zokkor u dan minħabba l-Integrated Tariff of the European Communities, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq il-prodott importat?
Kemm fil-fatt hija levy/tariffa li jħallas il-poplu Taljan u ċioe' Sqallija wkoll?
Jista' l-Ministru jgħid x'effett dan se jkollu fuq il-poplu u l-industrija lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Shubija fl-Unjoni Ewropeja tipprovdi access akbar ghall-prodotti tal-biedja u sajd kif ukoll ghal dawk ta` l-agroindustrija. Dan ifisser li jkun hemm skop ta` espansjoni ta` esportazzjoni fis-suq Ewropew tal-prodotti taghna li sa issa ghandhom access limitat hafna f`dan is-suq.
Naturalment wiehed irid ukoll japplika il-Community Integrated Tariff ta` l-Unjoni Ewropeja meta Malta ssir membru shih. Din il-materja qed tigi mistharrga u f`dan l-istadju ghadu kmieni wisq biex wiehed ikun aktar definit. Li nista` nghid hu li dawk il-pajjizi li dahlu fl-Unjoni Ewropeja qed jibbenefikaw mill-programmi li jolqtu s-settur agrikolu.
Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu tagħna kemm-il darba jimporta xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mill-pajjiżi membri ta'l-UE bħal fil-każ tal-corned beef u dan minħabba l-Integrated Tariffs of the European Communities, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq dan il-prodott importat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Billi bħal issa fl-ambitu tal-WTO qed jiġi diskuss programm ta' tnaqqis ta' Tariffi ħadd ma jista' jgħid kemm sejra tkun it-tariffa li tkun trid tapplika Malta. Barra minn hekk skond l-istess "Integrated Tariffs of the European Communities" il-prodott ta' ħafna pajjiżi jidħol fl-U.E. bla ma jħallas ebda dazju.
Ta' min jgħid li ċertu gżejjer bħal ma huma l-Canary Islands għandhom "specific supply measures" sabiex ikunu jistgħu jimpurtaw il-corned beef bil-prezz tas-suq internazzjonali.
Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu kemm-il darba jimporta xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mill-pajjiżi membri ta' l-UE bħal-luncheonmeat mill-Far East u dan minħabba l-Integrated Tariffs of the European Communities, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq dan il-prodott importat?
Jista' l-Ministru jgħid kif din il-miżura se taffettwa l-poplu Malti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Billi bħal issa fl-ambitu tal-WTO qed jiġi diskuss programm ta' tnaqqis ta' Tafifi ħadd ma jista' jgħid kemm sejra tkun it-tariffa li tkun trid tapplika Malta. Barra minn hekk skond l-istess "Integrated Tariffs of the European Communities" il-prodott ta' ħafna pajjiżi jidħol fl-UE bla ma jħallas ebda dażju.
Ta' min jgħid ukoll li ċertu gżejjer bħall ma huma l-Canary Islands għandhom "specific supply measures" sabiex ikunu jistgħu jimpurtaw il-luncheonmeat bil-prezz tas-suq internazzjonali.
Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija lokali li tuża bħala kompożizzjoni l-ħalib tat-trab se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' din il-materja prima, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-prezent ma tezisti l-ebda skema fejn il-Gvern ihallas sussidju fuq l-importazzjoni tat-trab tal-halib.
Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija lokali tal-ħobż se titlef sussidju fuq l-importazzjoni tal-qamħ u dqiq, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju l-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-importazzjoni kollha tal-qamh f`Malta ssir permezz tal-Medigrain, kumpanija li fiha l-Gvern ghandu l-maggoranza ta` l-ishma. Il-Medigrain thaddem skema mahsuba sabiex il-prezz li bih jinbiegh il-qamh f`Malta jibqa` wiehed stabbli. Dan fil-prattika jimplika sussidju fuq l-importazzjoni tal-qamh li jintuza sabiex jinhadem fi dqiq. Fl-istess waqt, bhalissa, tezisti levy fuq l-importazzjoni tad-dqiq.
Mad-dhul ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja, il-levy fuq l-importazzjoni tad-dqiq trid tispicca. Min-naha l-ohra, il-pozizzjoni tal-Medigrain u ta` l-operat taghha ghadu qed jigi studjat.
Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija lokali li tagħmel użu mit-trab tal-bajd u prodotti oħra simili se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti u prodotti oħra mportati magħmula minnhom, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-prezent ma tezisti l-ebda skema fejn il-Gvern ihallas sussidju fuq l-importazzjoni tat-trab tal-bajd.
Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, l-industrija lokali tal-majjal se titlef sussidju fuq l-importazzjoni tal-gwież, il-protezzjoni tal-levy u tal-kwota tal-produzzjoni, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffettwa lill-industrija lokali u lill-poplu?
Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn dwar dan l-impatt?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja ta' dan ir-rapport?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-"position paper" ta' Malta vis-a-vis l-industrija tal-majjal qed tiġi ppreparata u meta jkun il-waqt tiġi ppublikata.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-produtturi tal-pajjiżi membri ta' l-UE li jġiebu prezz medju ta'82c-il kilo għal majjal kif inġiebu fil-preżent l-produtturi Maltin u Għawdxin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li produttur Maltin jrid iwaqqa' l-prezz tiegħu sabiex ikun bħal produtturi ta' l-UE?
Jista' l-Ministru jgħid f'Settembru ta' din is-sena kemm kienu l-prezzijiet tal-majjal f'Malta għall-produtturi lokali u kemm kien dak f'kull pajjiżi membru ta'l-UE għar-raħħala tal-pajjiżi membri?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-prezzijiet ivarjaw minn żmien għal żmien u minn suq għal suq anki fl-istess Ewropa u saħansitra ukoll anki minn suq għal suq ġewwa l-istess pajjiż Ewropew.
Għaldaqstant ma nafx x'sens jagħmel li wieħed jipparaguna l-prezzijiet mingħajr ma jkun qed jagħti każ il-fatturi ekonomiċi kollha relevanti u prevalenti f'kull suq.
Infakkar ukoll li l-prezz tal-majjal jiddependi fuq il-bilanċ bejn provvista u domanda. L-Onor Interpellant għalekk għandu jsir konxju tal-fatt li l-proġett fjask tiegħu ta' l-esportazzjoni tal-majjal fejn b'tant daqq ta' trombi kien jgħid li kellha ssir esportazzjoni ta' 10,000 majjal meta fir-realta ġew esportati biss 43 majjal, l-istess qerq u ngann ta' l-Onor Farrugia serva biss biex ġiegħel lir-raħħala jkabbru l-produzzjoni meta ma kienx hemm bżonnha u allura din iż-żieda serviet ta' dannu għall-istess industrija.
Peress li l-Ministru qal li l-produtturi tal-majjal bi sħubija sħiħa ta' Malta se jesportaw kemm iridu l-prodotti tagħhom lejn il-pajjiżi ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat il-prezz tal-majjal li bih il-produtturi Maltin jridu jesportaw il-prodotti tagħhom sabiex ikunu kompetittivi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-prezz tal-majjal fis-swieq tal-pajjiżi membri ta' l-U.E. ivarja minn żmien għal żmien. Li hu żgur huwa li l-majjal Malti, meta nkunu membri sħaħ ta' l-U.E., ma jkunx suġġett għad-dażji projbittivi, kif suġġett meta ġie esportat il-majjal fi żmien l-Onor. Interpellant.
Infakkar ukoll li l-prezz tal-majjal jiddependi fuq il-bilanċ bejn provvista u domanda. L-Onor. Interpellant għalhekk għandu jsir konxju tal-fatt li l-proġett fjask tiegħu ta' l-esportazzjoni tal-majjal fejn b'tant daqq ta' trombi kien jgħid li kellha ssir esportazzjoni ta' 10,000 majjal meta fir-realta ġew esportati biss 43 majjal, l-istess qerq u ngann ta' l-Onor. Farrugia serva biss biex ġiegħel lir-raħħala jkabbru l-produzzjoni meta ma kienx hemm bżonnha u allura din iż-żieda serviet ta' dannu għall-istess industrija.
Peress li f'Ottubru tas-sena l-oħra l-BBC f'wieħed mir-rapporti li għamel qal li l-CAP qed tiswa lill-familji ta' erba' persuni tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea 20 sterlina fil-ġimgħa, li huma madwar Lm600 fis-sena, għall-familji Maltin, jista' l-Ministru jgħid dawn humiex ħrejjef jew fatti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi messu jaf li din il-Mistoqsija Parlamentari TIĠA STAQSIHA b' Mistoqsija Parlamentari numru 11490 f'seduta numru 196. Nerġa nikkonferma li t-"Taxxa ta' Lm600" ta' Noel Farrugia HIJA ĦRAFA.
Peress li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-GDP niżel bi kważi miljun fis-setturi tal-biedja u sajd, meta pparagunat mas-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet ta' dan it-telf?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din hija kelma b'kelma tal-Mistoqsija Parlamentari numru 11491 ta' l-istess interpellant. Għaldaqstant għandu jirreferi għar-risposta diġa mogħtija.
Peress li jirriżulta li Malta se jkollha diffikultajiet kbar sabiex tipproteġi l-25 mil tal-kosta, fejn huma protetti li jistadu sajjieda Maltin u Għawdxin kif ġie rrapportat f'ġurnal lokali, jista'l-Ministru jinformana x'inhija l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar din il-problema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-kwistjoni imsemmija għada trid tiġi ttrattata fin-negozjati li jibdew wara Ġunju 2000. Qabel ma dawn jintemmu ma jkunx prudenti li wieħed jippreżenta l-pożizzjoni meħuda.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema laqgħat ma' l-APEX u l-Koperattivi tas-Sajjieda, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn il-Ministeru tkellem dwar dan il-punt u x'kienu r-reazzjonijiet tal-kooperattivi tas-sajjieda?
Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija lokali li timmanifattura l-butir se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' din il-materja prima, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan il-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma jirriżultax li teżisti 'industrija li timmanifattura l-butir f'Malta'. Kif lanqas ma teżisti l-ebda skema fejn il-Gvern iħallas sussidju fuq l-importazzjoni tal-butir.
Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-industrija lokali li tuża z-zokkor bħala kompożizzjoni fil-manifattura tagħha se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' din il-materja prima, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lil-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet numru 9878 u 10643 li t-tnejn jittrattaw l-importazzjoni taz-zokkor.