Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — ilmenti fl-Imtarfa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti dwar il-fond Nru.6B Binja Ġebel id-Dwejra Mtarfa, l/o Rabat, kif imfissra mill-inkwilini fl-ittra tagħhom tal-31 ta' Mejju, 1999 lill-Awtorita' tad-Djar? Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab soluzzjoni mill-aktar fis possibbli u ċioe' l-ilmenti mressqa jiġu rranġati bla aktar telf ta' żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għat-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 12036.

Unjoni Ewropea — Export refunds - Ġobon

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali ta' l-ikel bħal ġobon eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Export refunds - Cereals

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali ta' l-ikel bħal breakfast oats, cornflakes eċċ., b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Export refunds - Tqiq tal-ħobż

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali ta' l-ikel kif ukoll jintilfu ħafna benefiċċji ta' sussidju bħalma huma dawk li diġa' bdew jintilfu fuq it-tqiq tal-ħobż, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffi/levies ġodda kemm-il darba jkun mpurtat f'Malta minn pajjiżi li ma jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Politika komuni

Question

Peress li sabiex f'pajjiżna ndaħlu l-politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea jkun ifisser għall-poplu tagħna li l-ispejjeż ta' l-amministrazzjoni tal-pitkalija u tal-biċċerija li llum jissussidja l-Gvern Malti jgħaddu fuq il-konsumaturi u l-industriji lokali nkluż l-industrija tal-catering, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'impatt se jkollhom dawn il-bidliet fuq is-soċjeta u ċioe' l-familji Maltin u Għawdxin u dawk li l-għixien tagħhom jiddependi mill-benefiċċji soċjali? Peress li l-Ministru ma' jirrikonoxxix li s-sistema/regoli tal-Politika Komuni tal-Biedja ta' l-UE se jiswew lill-poplu Malti u Għawdxi aktar minn Lm600 fis-sena għall-kull household li f'pajjiżna hija kkalkulata 3.2 persuni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li din il-politika se tiswa fi spejjeż u f'taxxi diretti u indiretti? Il-Viċi Prim Ministru jassigura lill-poplu li din il-Politika Komuni tal-Biedja ta' l-UE mhux se tpoġġi lill-familji Maltin u Għawdxin fi spejjeż u f'taxxi diretti u indiretti ta' mill-inqas Lm600 fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #12014 Sitting 209 1999-12-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif persuna li toqgħod waħedha (Account 9401 363 80) qed tirċievi kontijiet għoljin tad-dawl u l-ilma fil-livelli ta' Lm102.00 kull term meta suppost is-servizzi tad-dawl u l-ilma kellhom jorħsu u mhux jgħolew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li fil-kaz li ghalih qed issir riferenza ma giex specifikat l-ammont ta` konsum, wiehed ma jistax jasal ghal konkluzjoni immedjata. Il-kaz gie mghoddi lill-Korporazzjoni ta` l-Ilma sabiex jigi mistharreg.

Mtarfa — Bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' min saru l-konsultazzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-bypass ta' l-Imtarfa? Meta saru l-laqgħat mal-kunsill lokali tar-Rabat u l-kumitat tar-residenti ta' l-Imtarfa qabel ma bdew ix-xogħlijiet fuq il-bypass? Peress li tqanqlu ħafna lmenti dwar il-mod ta' kif qed tiġi ddisinjata din il-bypass u ċioe' dwar l-aċċess ta' l-ispazju tat-triq fil-parti li minnha tkun niżel minn din il-bypass, jista' l-Ministru jinformana x'investigazzjoni saret dwar dawn l-ilmenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għamel ix-xogħol li kien hemm bżonn biex jiġu ppreparati l-pjanti meħtieġa għal dan il-proġett b`konsultazzjoni sħieħa ma l-esperti Ġermaniżi li għandu l-Gvern għal dan il-għan. Id-Dipartiment tat-Toroq irċieva lment wieħed biss mingħand persuna li normalment tinżel bit-truck minn niżla ta` l-Imtarfa, u l-bankina f`din il-lokalita ġiet irranġata biex dan it-tip ta` truck kbir ikun jista` jimanuvra bla tfixkil. Minbarra hekk meta tfassal ix-xogħol meħtieġ ittieħed in konsiderazzjoni l-volum tat-traffiku li jgħaddi jew jista` jgħaddi minn din it-triq. Fil-fatt, wara din l-analiżi ġie deċiż li filwaqt li fid-direzzjoni t`isfel hemm lane wieħed tal-`lay bys`, id-direzzjoni `l fuq ser issir b`żewġ lanes.
Leg 9 PQ #12004 Sitting 208 1999-12-14 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Export Refund - Sunflower oil/olive oil

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewoprea l-imporaturi lokali jitilfu export refund fuq kull litru ta' sunflower oil, olive oil, eċċ li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tas-sunflower oil u l-olive oil għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġew importati varjetajiet ta' żjut ta' din il-kwalita' matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Twegiba ohra.

UE — Export refunds - Butir

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali bħal butir eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma jkunux fl-Unjoni Ewropea, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Export refunds - Sunflower oil

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali bħas-Sunflower Oil eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Export refunds - Zokkor

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali bħaz-zokkor, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Tax refunds - Ross eċċ

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali bħar-ross eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha inkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Unjoni Ewropea — Export refunds - Ħalib tal-bott u trab tal-ħalib

Question

Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali bħal ħalib tal-bott u trab tal-ħalib eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha nkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin? Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun impurtat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE, liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna. Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #11965 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata Sante' — Esportazzjoni

Question

B'riferenza għall-esportazzjoni tal-varjeta' Sante', jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prezzijiet jew prezz minimu garanti għall-istaġun li ġej ta' din il-varjeta'?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11999 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Butir - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 76c fuq kull kilo butir li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista'l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund? Jassigura l-Ministru lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tal-butir għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat butir matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12000 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Zokkor - Export refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi, il-fabbriki, dolċiera, eċċ lokali jitilfu export refund ta'madwar 22c3 fuq kull kilo zokkor li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tagħmel użu minn dan il-prodott? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura l-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta'l-Unjoni Ewropea il-prezz taz-zokkor għall-poplu tagħna mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat zokkor matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12001 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Ross - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewoprea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 6c fuq kull kilo ross li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista'l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista'l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tar-ross għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat ross matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12002 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Trab tal-ħalib - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund fuq kull kilo trab tal-ħalib li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tat-trab tal-ħalib għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie importat trab tal-ħalib matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12003 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Ġobon - Export Refund

Question

Peress li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-importaturi u l-proċessuri lokali jitilfu export refund ta' madwar 52c fuq kull kilo ġobon li jimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif dan it-telf se jaffettwa lill-importaturi u l-industrija lokali li tipproċessa dan il-prodott? Jista' l-Ministru jgħid min irid jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta'l-export refund? Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li, minkejja dan it-telf fl-export refund fuq l-importazzjoni ta' dan il-prodott mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-prezz tal-ġobon għall-poplu mhux se jogħla wara li nsiru membri? Kemm fil-fatt ġie mportat ġobon matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u minn liema pajjiżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11654 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti ta' l-ikel — Levies

Question

Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu tagħna kemm-il darba jimporta xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mill-pajjiżi membri ta' l-UE bħar-ross u dan minħabba l-Integrated Tariffs of the European Communites, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq dan il-prodott importat? Jista' l-Ministru jgħid kif din il-miżura se taffettwa l-konsumaturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Billi bħal issa fl-ambitu tal-WTO qed jiġi diskuss programm ta' tnaqqis ta' Tariffi ħadd ma jista' jgħid kemm sejra tkun it-tariffa li tkun trid tapplika Malta. Barra minn hekk skond l-istess "Integrated Tariffs of the European Communities" il-prodott ta' ħafna pajjiżi jidħol fl-U.E. bla ma jħallas ebda dazju. Ta' min jgħid ukoll li ċertu gżejjer għandħom "specific supply measures" sabiex ikunu jistgħu jimpurtaw ir-ross bil-prezz tas-suq internazzjonali.